Legislature:
Category:
Reset
Active:

rwol tal-perit fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien speċifikament ir-rwol tal-perit li dettalji dwaru qed jintbagħru separatament fil-proġett ta' Bieb il-Belt? Kemm tħallas u mistennija titħallas id-ditta tiegħu għax-xogħol ta' perizja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-perit in kwistjoni huwa partner f'ditta privata li tirrapreżenta lil Renzo Piano Building Workshop. Għaldaqstant il-Gvern m'għandu l-ebda kuntratt mal-perit imsemmi.

Liċenzja ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15523 u jgħid kemm saret tiswa liċenzja ta' karozza tal-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kellu korrispondenza li kienet tgħid li l-liċenzja kellha tkun ferm inqas milli hija llum? Jista' jagħti spjegazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15816, li parti minnha ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji, bħal per eżempju, tal-monti, tal-linja u tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13158 u 12374 u jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar VRT stations

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' VRT stations li ġew liċenzjati sal-lum mill-bidu ta' dan it-test? Kemm minn dawk hekk liċenzjati m'għadhomx joperaw? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux l-istations kollha huma mqabbda on line mal-fergħa rispettiva ta' l-Awtorità tat-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ VRT stations li ġew liċenzjati sal-lum minn meta beda jsir dan it-test huwa ta’ 42. Infurmat ukoll li minn dawn il- VRT stations hemm 5 li m’għadhomx joperaw. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l- VRT stations huma kollha mqabbda on-line ma' Transport Malta.

Civil Aviation — numru ta' investigazzjonijiet dwar inċidenti tal-ajru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' investigazzjonijiet li saru mis-Civil Aviation matul l-2008 u l-2009 dwar inċidenti tal-ajru? Meta saru dawn l-investigazzjonijiet u liema minnhom ġew finalizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li investigazzjonijiet dwar inċidenti tal-ajru fil-qasam tal-avjazzjoni Ċivili ma jsirux mis-Civil Aviation imma mill-Bureau of Air Accident Investigation. In-numru ta' każijiet li dan l-uffiċċju eżamina matul l-2008 u l-2009 kienu ħamsa dwar inċidenti li minnhom tnejn seħħew f'April 2008, wieħed f'Mejju 2009, ieħor f'Lulju 2009 u l-ħames wieħed f'Novembru 2009. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda waħda minn dawn l-investigazzjonijiet ma waslu għal rapport konklussiv preżentat lili iżda ninsab infurmat li t-tħejjija tagħhom kollha tinsab fi stadju avvanzat.

sejħa għall-offerta għat-tħaddim tas-servizzi ta' baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li toħroġ l-offerta għat-tħaddim tas-servizzi tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ issa jgħid jekk is-servizz Mġarr-Sa Maison hux se jkun parti minn din l-offerta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tħejji l-offerta għat-tħaddim tas-servizzi tal-baħar bejn Malta u Għawdex. Id-data tal-ħruġ ta' din l-offerta titħabbar meta jitlesta dan il-proċess. Nikkonferma li l-ħsieb huwa li s-servizz Mġarr-Sa Maison/Port il-Kbir se jkun parti minn din l-offerta.

Ministeru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni — attivitajiet/konferenzi/taħditiet organizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet/konferenzi/taħditiet ġew organizzati mill-ministeru u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur? X'kienet l-attività? X'kienet l-ispiża involuta? Kien hemm xi ko-finanzjament għal dawn? Jekk fl-affermattiv minn min sar il-ko-finanzjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Awtorità dwar it-Trasport — refund fuq pagament dovut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8572 u jgħid x'inhi r-raġuni illi r-refund li kien dovut wara pagament li sar f'Jannar 2004 għall-vetturi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament lill-Awtorità dwar it-Trasport u li effettivament saret rikjesta għar-refund fit-18 ta' Frar, 2008 dovut lill-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Ladarba dawn kienu dovuti b'effet b'lura, jaħseb il-Ministru li ċ-chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport għandu jimplika change in policy retroattiv, meta dan mhux il-każ? U jekk hu l-każ, iħoss il-Ministru li dan l-ammont li llum f'munita Ewro jammontaw għal €2,766 għandhom jingħataw lil din il-persuna minnufih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Ħsejjes ta' irrejżjar ta' magna tal-ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-inċident u ċioe, l-irrejżjar ta' magni tal-ajruplani fil-hangers li hemm fil-Karwija ma jerġax jirrepeti ruħu speċjalment fil-ħinjiet ta' matul il-lejl u kmieni filgħodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parking bays

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8177 u jgħid min għandu raġun jekk hux il-gwardjan lokali li jħarrek sid ta' vettura li ma jkunx bogħod aktar minn ħames metri minn kantuniera jew liwja (fejn m'hemmx parking bays) jew inkella dawk il-kunsilli lokali li għandhom parking bays lanqas żewġ metri bogħod minn kantuniera jew liwja?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li m'hix il-konswetudni ta' dan il-Parlament li d-domandi Parlamentari jsiru biex jintalbu jew biex jingħataw interpretazzjonijiet tal-liġi.

Residenza San Vinċenz de Paule — Karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8477 u 7597 u jgħid kemm huma frekwenti l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn ħdejn ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Dawn il-karozzi tal-linja jkunu low floor jew normali? Dawn ikunu aċċessibbli biex anzjani li jkollhom problemi ta' mobilità jkunu jistgħu jaċċessawhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li fil-preżent hemm tlett rotot li jgħaddu minn ħdejn ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule, li huma r-rotot bin-numri 35, 38 u 138. Infurmat ukoll li r-rotta 35 għandha frekwenza ta’ kull nofs siegħa, filwaqt li r-rotot 38 u 138 għandhom frekwenza ta’ kull siegħa. Fil-preżent, uħud mill-karozzi tal-linja li joperaw fuq dawn ir-rotot huma tat-tip low floor, għalhekk mhux is-servizzi kollha illum huma huma aċċessibbli għall-persuni bi problemi ta’ mobilità. Ta’ min jinnota li bl-introduzzjoni tas-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku, l-vetturi kollha li jipprovdu dan is-servizz eventwalment se jkunu aċċessibli għal persuni bi problema ta’ mobilità.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li n-numru ta' mobile phones li ntużaw fid-dekasateru tiegħi fl-2009 kien ta' 553. L-ispiża fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2009 kienet ta' €131,783 li tħallset kollha.

Santa Margerita l-Mosta — Triq Dawret il-Wied - bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-bus shelter li hemm fi Triq Dawret il-Wied fiż-żona ta' Santa Margerita l-Mosta jinbidel u jsir aktar modern u bla periklu għat-tfal tal-iskola u n-nies li jagħmlu użu minnu? Dan il-bus shelter qiegħed bil-maqlub ta' dak li hemm bżonn fejn id-daħla tiegħu tinstab fuq triq dislivellata u għalhekk mhuwiex aċċessibbli u jista' jkun ta' periklu għal min jaċċessah?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-modifiki meħtieġa fuq il-bus shelter in kwistjoni saru.

Gżira — Regional Road - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex tinbeda t-triq li se tgħaqqad ix-xatt tal-Gżira ma' Regional Road jew l-hekk imsejħa Link Road?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħolijiet fuq din it-triq ikunu jistgħu jinbdew biss meta u jekk ikunu allokati l-fondi neċessarji.

Gżira, Tarxien, Sliema, Tignè u San Ġiljan — bini kbir

Question

Billi l-proġetti ta' bini kbir li qed isiru jew se jsiru ġol-Gżira, Tarxien, Sliema, Tignè u San Ġiljan se jwasslu għal żieda ta' traffiku mill-Imsida, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' traffic assessment sar fuq dawn il-proġetti? Kif se jolqot lir-residenti Msidjani? X'passi se jieħu l-Gvern biex l-impatt jitnaqqas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li studji dwar l-impatt fuq it-traffiku huma parti normali tal-approvazzjoni ta' proġetti tat-tip li qed jiddeskrivi l-Onor Interpellant.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Wileġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9837, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jirrigwarda Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar billi m'hemm l-ebda triq bl-isem Lilly kif miktub fid-domanda oriġinali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 14397.

Salina u Iklin — stallazzjonijiet ta' dawl fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jara li fin-nuqqas ta' stallazzjoni ta' dawl fit-triq li tieħu mis-Salina għall-Iklin, peress li d-dawl baqa' ma ġie stallat qatt, id-diversi cat's eyes li m'għadhomx imwaħħla kif ukoll diversi signs oħra li kienu hemm iżda tkissru jew insterqu, fil-fatt jerġgħu jitwaħħlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet tenders għal dawn ix-xogħlijiet. Dawn it-tenders għalqu fid-29 ta' Marzu 2010 u x-xogħlijiet mistennija jinbdew wara l-aġġudikazzjoni tal-offerti.

Mosta — speed camera fit-triq prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb jew sarx xi studju biex titwaħħal speed camera fit-triq prinċipali li twasslek lejn l-Imġarr min-naħa tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-fatt xi żmien ilu kienet saret applikazzjoni biex titwaħħal speed camera fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Iżda, peress li l-policy dwar l-ispeed cameras qed tkun riveduta għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni fuq l-ispeed camera in kwistjoni. Ovvjament din id-deċizjoni tkun tista’ tittieħed ġaladarba tkun finalizzata l-policy l-ġdida.

muturi żgħar armati fuq roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fit-toroq qed ikun hawn għadd ta' roti (bicycles) li fuqhom qed jintramaw muturi żgħar, imma li jtellgħu speed qawwi? Jirriżulta li dawn huma b’xi mod regolati jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 1441.