Ħal Far: trakka tal-karozzi – immigranti li jinsabu f’ċentri miftuħa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2032, peress li l-Ministru għamel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2027, u din it-tweġiba ma tagħtix ir-risposta għall-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li immigranti li jinsabu fiċ-Ċentri Miftuħa, Ċentri tar-refuġjati u ċentri oħra li jinsabu qrib u madwar is-sit fejn hemm il-ħsieb li tinbena t-trakka tal-karozzi f'Ħal Far hux ser jiġu rilokatti u jekk iva, kemm minnhom u fejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ħal Far – ħsejjes iġġenerati mit-trakka tal-karozzi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2027, peress li din ma tirrispondix il-mistoqsijiet fl-istess domanda, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtietx kopja tal-istudji dwar il-ħsejjes li ser ikunu qed jiġu ġġenerati mit-trakka tal-karozzi f'Ħal Far lill-Kunsilli Lokali ta' Birżebbuġa, taż-Żurrieq u ta' Ħal Safi? Jista' jgħid id-dati meta saru laqgħat ta' konsultazzjoni ma’ dawn il-Kunsilli? Jista' jgħid x'kienu l-punti mqajma? Jista' jgħid kif dawn il-punti ser jiġu indirizzati u jippreżenta dokumentazzjoni li turi dan? Jista' wkoll ipoġġi r-rapport jew rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra dwar il-ħsejjes li mistennija jiġu ġġenerati u kif dawn ser jiġu mmitigati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Swali ta’ skejjel użati bħala mħażen għal materjal tal-COVID
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li bħalissa għandhom is-swali tagħhom użati bħala mħażen għall-materjal tal-COVID? Jista’ jgħid meta dawn ser ikunu qed jitbattlu u jingħataw lura lill-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Matematika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Matematika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 59 għalliema biex jgħalmu fil-primajra. Wieħed mis-suġġetti li jgħallmu huwa l-Matematika.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Physics
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Physics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Physics ma jiġi mgħallem fil-Primarja.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Franċiż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Franċiż?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Franċiz ma jiġix mgħallem fil-Primarja.
Skejjel Statali – għalliema li ma baqgħux fis-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ għalliema fi skejjel statali li ma baqgħux fis-servizz għal kull sena mill-2012 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ għalliema fi skejjel statli li ma baqgħux fis-servizz mill-bidu ta’ Jannar 2012 sa l-4 t’Ottubru 2022 huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt
Sena
Għalliema li ma baqgħux fis-servizz
2012
42
2013
38
2014
42
2015
39
2016
32
2017
43
2018
58
2019
65
2020
33
2021
57
2022
37
Jista’ l-Ministru jagħti data meta ser jibda x-xogħol fuq il-Fgura Adventure Park li tħabbar mill-Gvern fid-29 ta’ Mejju 2017 bi spiża ta’ €350,000 ? Jista’ jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ dan il-proġett? Jista’ jikkonferma meta ġew ippreżentati l-pjanti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar meta dakinhar li tħabbar il-proġett, il-Gvern kien wiegħed li l-pjanti ser jiġu ppreżentati sa Ġunju 2017? Jista’ jikkonferma jekk il-permess ġiex approvat jew le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Ingliż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Ingliż?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Physical Education
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Physical Education?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tat-Taljan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu t-Taljan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema hu d-dipartiment responsabbli mill-ħlas ta’ dawk li jkollhom iċ-ċertifikati kollha approvati fl-iskema ‘Get Qualified’? Jista' jgħid ukoll kemm-il każ hemm miftuħ mas-servizz.gov fuq l-iskema ‘Get Qualified’?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw s-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għalliema Peripatetiċi li kienu ħadu klassi f'Għawdex fi żmien il-Covid-19, għandhomx dritt li jibqgħu fil-klassi bħala class teachers? Kemm-il għalliem Peripatetiku talab biex jibqa' fil-klassi, u kemm-il talba ġiet aċċettata u kemm-il talba ġiet rifjutata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena skolastika 2021-2022 ma kien hemm l-ebda talba minn għalliema peripatetiċi li jservu f’Għawdex biex jieħdu klassi.