Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kontijiet tad-dawl u ilma maħruġa mis-software li qed jitħaddem mill-Arms Ltd jikkonformaw kompletament mal-Avviż Legali relevanti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22777.
In vista tad-dikjarazzjoni li għamel il-Prim Ministru waqt id-dibattitu tal-Mozzjoni dwar Arms Ltd, jista' l-Ministru jgħid meta se jkun ippubblikat il-kuntratt dwar l-ismart meters?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, wara li l-Korporazzjonijiet talbu lill-IBM għall-permess neċessarju biex jiġi ppubblikat il-kuntratt riferut, dawn irrifjutaw minħabba li dan huwa ta’ natura kunfidenzjali kummerċjalment.
Għaldaqstant, il-kumpanija intalbet li tikkompila rapport dwar l-implimentazzjoni tas-sistema, u tal-effett li din kellha fuq l-i
stakeholders
. Dan ir-rapport ġie kkumpilat u tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
BWSC — każijiet ta' korruzzjoni - parir tal-Avukat Ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-parir tal-Avukat Ġenerali rigward il-multa ta' 10% lill-BWSC fir-rigward tan-nuqqas ta' dikjarazzjoni fir-rigward tal-
involviment tagħha u ta
s-sub-contractors
tagħha f' każijiet ta' korruzzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22797. Għandu jingħad li l-parir mill-Avukat Generali għadu ma ngħatax lill-Gvern.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21640, peress li l-mistoqsija ġiet imwieġba in parti, jista' l-Ministru jwieġeb il-bqija tal-mistoqsija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi peress li l-informazzjoni mitluba tesporri l-kunfidenzjalità tal-pakketti finanzjarji tal-persuni konċernati, din ma tistax tingħata fid-dettall mitlub mill-istess Onorevoli Interpellant.
Niċċara biss illi fil-każ tal-Heads, dawn mhumiex intitolati għal karozza tal-kumpanija, u mhux kif indikati fit-tabella annessa mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21640.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħlijiet fid-Dipartimenti u uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22130 u jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22130.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħwienet, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li huma proprjetà tal-gvern, humiex għall-kiri jew għall-bejgħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ ħwienet li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, bħalissa huma vojta. Wieħed minn dawn il-ħwienet li jinsab fi Triq Melita ħareġ bl-offerti fit-13 t’Awwissu 2010, iżda ma ġiex aġġudikat peress li l-unika offerta li ntefgħet kienet inqas mill-valur minimu mitlub mid-dipartiment. Fir-rigward tal-ħanut l-ieħor, dan se jingħata bħala fond alternattiv lill-individwu li l-ħanut tiegħu ġie affetwat mill-proġett ta’ Bieb il-Belt.
Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema tal-famlija, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li toqgħod f'post privat imma l-art hija tal-gvern u għandha problema fis-sistema tad-drenaġġ, li hija problema antika u qed ikun hemm ta' spiss is-sadd? Jista' xi ħadd mid-dipartiment ikellem lill-inkwilin jew jagħtiħ parir x'jista' jagħmel peress li d-drenaġġ mhux ta' wieħed waħdu, imma jiġbor fih drenaġġ ta' nies oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma irriżulta li l-problema hija interna mhux mill-mejn tal-korporazzjoni.
Il-familja kkonċernata ġiet infurmata u gwidata x’għandha tagħmel biex issolvi l-problema.
Dipartiment tal-Inland Revenue — tax refund lil tax payers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm taxpayersbħalissa li qed jistennew jingħataw tax refund mid-Dipartiment tal-Inland Revenue? X'inhu l-ammont totali dovut lit-taxpayers? Kemm ilhom jistennew dawn it-tax refunds? Kemm qed iħallas interessi l-gvern fuq dawn it-tax refunds? Meta se jitħallsu dawn it-tax refunds dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ taxpayers (individwi u kumpanniji) li qed jistennew tax refund mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni huwa 11,850. L-ammont totali dovut huwa €33.3 miljun. Hemm 5 persuni li r-refund tagħhom kien dovut f’Diċembru 2008; 25 persuna li r-refund tagħhom kien dovut f’Diċembru 2009; 11,820 persuna li r-refund tagħhom kien dovut f’Diċembru 2010. It-total tal-interessi dovuti mill-gvern huwa €700 elf. Dawn ir-refunds bdew jitħallsu f’Jannar u se jkomplu jitħallsu fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex din tiddiskuti ma' Transport Malta biex kemm jista' jkun malajr jitwaħħlu l-arbli tad-dawl, u jinxtegħlu l-bozoz li huma bżonnjużi biex it-triq li mis-Salina twassal sar-roundabout tal-Iklin tkun tista' tinxtegħel biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Enemalta tagħti servizz lil kull applikazzjoni tad-dawl li tirċievi minn għand Transport Malta, sakemm dawn l-applikazzjonijiet ikunu skont ir-regoli tal-Electricity Supply Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Jista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Settembru 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2010 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienu jammontaw (i) il-pensjonijiet u allowances u (ii) il-bonus tal-għoli tal-ħajja li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema (Kap 58)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni self employed u x'tip ta' qliegħ jiddikjaraw? Jista jagħti l-figuri f'forma ta' tabella li jindika kemm self empoloyed iddikjaraw li jaqilgħu:
a) taħt l-€10,000;
b) bejn €10,000 u €15,000;
ċ) bejn €15,000 u €20,000;
d) bejn €20,000 u €30,000;
e) bejn €30,000 u €40,000;
f) bejn €40,000 u €50,000;
g) bejn €50,000 u €70,000;
h) u aktar minn €70,000?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejd tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Din l-informazzjoni ma tinkludix
taxpayers
li għandhom dħul minn
part-time self employment
, u l-valur iddikkjarat mit-
taxpayers
bħala dħul ieħor, bħal bejgħ ta’ proprjetà, divident u imgħax tal-bank.
Billi diversi media qegħdin jikkwotaw sorsi qrib l-Korporazzjoni Enemalta li jirriferu għall-crude oil prices, jista' l-Ministru jgħid kif jista' wieħed jirrikonċilja dan mal-fatt li effettivament l-Enemalta tixtri fuel oil, u anke f'każi fejn jista' jirriżulta li tkun qed tixtrih crude u ġġibu raffinat, xorta waħda jkun hemm refining fee x'jiġi factored in?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta tixtri kif irrefera l-Onorevoli Interpellant, Fuel Oil u anke Gas Oil biex jiġi maħruq għal ġenerazzjoni tal-elettriku. Dan il-Fuel jinxtara dirett u għaldaqstant f’dan il-proċess l-element ta’ Crude ma jidħolx. Il-Korporazzjoni Enemalta tirreferi għal Crude għar-rigward ta’ hedging. Il-policy tal-korporazzjoni hija li tagħmel hedge ta’ Crude Oil għaliex din hija l-aktar hedge li hija likwida fis-suq. Tajjeb li wieħed jikklarifika li l-Korporazzjoni Enemalta tista’ tieħu crack ta’ fuel oil fuq l-istess crude li effetivament ifisser li tkun ħadet pożizzjoni diretta fuq il-fuel oil.
Jista' l-Ministru jgħid fl-istudju tiegħu dwar sourcing ta' enerġija mill-interconnectoril-Gvern qed jieħu konsiderazzjoni tal-fatt:
(i)Sqallija tant għandhom power outages li l-Unjoni Ewropea saħansitra qablet li tagħtihom inċentivi fiskali għall-konsumaturi l-kbar li jista' jkollhom emergency generation capability problems, bħala sussidju mingħajr ksur tar-regoli tal-Unjoni Ewropea jekk jaqblu li jiġu disconnected fl-eventwalita' ta' power shortages?
(ii) Billi ħafna drab il-media lokali tikkwota skond għejun tal-Enemalta stess b'kemm Franza qed tbiegħ l-elettriku lill-Korsika li magħha dejjem kellha relazzjonijiet mill-qrib, għaliex qatt ma jiġu kkwotati l-prezzijiet li bihom jinbiegħ l-elettriku lill-pajjiżi terzi minn Franza bħar-Renju Unit?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura minn Terna, l-Operatur tat-Trasmissjoni Taljana, l-outages imsemmijin ta’ Sqallija huma fuq il-110kV u 11kV tas-sistemi tad-distribuzzjoni u mhux fuq il-220kV tat-trasmissjoni fejn huwa ntenzjonat li jaqbad l-interconnector. Korsika, li hija gżira fit-territorju Franċiż tixtri l-elettriku mill-Italja minn ġo Sardenja barra minn ġenerazzjoni lokali. Barra minn hekk, il-bejgħ tal-elettriku li jinkludi dak minn Franza għal pajjiżi oħra huma suġġetti għal arranġamenti kummerċjali, li mhux kollha huma pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux ħjiel ta' kemm ser tkun f'mod approssimattiv l-ispiża tat-transmission tal-enerġija permezz tal-interconnector mill-Italja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa mistenni li l-ispiża tat-transmissjoni tal-elettriku tal-interconnector mill-Italja hija madwar €25/MWh u din se tinkludi l-ispejjeż tal-operat u tal-ROCE.
Korporazzjoni Enemalta — ilmenti rigward kwalità ta' diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar jiem il-Korporazzjoni Enemalta daħlulhiex xi ilmenti dwar il-kwalità tad-diesel li ngħata minn ċerti pompi tal-petrol? Jekk iva, kemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa kkonfermat li f’dawn l-aħħar jiem daħlu għand l-Enemalta xi lmenti dwar il-kwalità tad-diesel imqassam minn xi stations. Peress li l-istations jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi, min għamel l-ilment intalab sabiex jgħamel l-ilment tiegħu ma' din l-awtorità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm–il kumpanija ġdida tal-ICT twaqqfet fl-2008, 2009 u 2010 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura mill-NSO, in-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' intrapriżi f'attivitajiet relatati mal-ICT fl-2008 u l-2009 kien ta' 161 u 181 rispettivament.
L-informazzjoni rigward l-2010 għadha qed tinġabar.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — trasferiment ta' ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu trasferimenti minn ħaddiema fid-dipartiment/uffiċini li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u kemm minnhom intlaqgħu? Jista' jgħid minn liema dipartiment intalab it-trasferiment u għal fejn sar it-trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.