Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li se jagħmel il-proġett ta' Bieb il-Belt u l-kumplament peress li fil-media ingħad li l-proġett se jibda jekk mhux beda ukoll? Issejħet offerta ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur fuq ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għadu ma ġiex imqabbad. Dan għandu jsir wara li tinħareġ sejħa għall-offerti (tenders).
Żurrieq — Triq Dun Vincenz Schembri - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Dun Vincenz Schembri fiż-Żurrieq u dan għaliex madwar sentejn ilu l-Ministru kien informa lir-residenti li kellha ssir għaliex kellhom joħorġu t-tenders?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'posibilità hemm li Triq il-Qiegħa ġoż-Żurrieq tiġi mibnija u mogħtija wiċċ, peress li ilha pendenti għal iktar minn 25 sena u qiegħda żżomm milli jibda l-proġett tal-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta’ toroq li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq ikunu jistgħu jsiru skont il-fondi u l-prioritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma liċenzjati bħala parkers? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-car parks fejn joperaw dawn il-parkers? X'inhu x-xogħol proprju ta' dawn il-parkers? Tista' persuna tingħata liċenzja temporanja biex topera bħala parker?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 59 car park attendant li għandhom liċenzja maħruġa mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta (Transport Malta).
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-
car parks
fejn joperaw dawn il-
parkers.
Ir-responsabbilitajiet ta’ c
ar park attendant
huma skont ''Regulation 65 of the Motor Vehicles Regulations (SL.65.11).
Ninsab infurmat ukoll li m’hemm xejn li jżomm lil Transport Malta milli toħroġ liċenzji temporanji iżda minkejja dan, l-awtorità mhux toħroġ liċenzji ġodda minħabba li l-postijiet ta’ parkeġġ huma kollha assenjati.
Trasport pubbliku minn ħdejn l-Isptar Boffa sal-venda ta' Putirjal
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix l-possibilità li jkun hemm servizz ta' trasport minn ħdejn l-Isptar Boffa sal-venda ta' Putirjal? Huwa vera li d-distanza hija qasira ħafna iżda bosta drabi jkun hemm pazjenti li jinsabu taħt kura għal kanċer li wara li jkunu marru għal kura l-isptar, ikollhom jimxu u jitilgħu t-telgħa biex jilħqu t-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-preżent ir-rotta 98 tgħaddi minn ħdejn l-Isptar Boffa u li l-iżjed bus stop viċin huwa dak ta’ ħdejn il-Poliklinika tal-Furjana.
Infurmat ukoll li bl-introduzzjoni tas-servizz l-ġdid ta’ trasport pubbliku, se jibqa’ jkun hemm rotta li tgħaddi minn ħdejn l-Isptar Boffa u li se jitwaħħal
bus stop
fil-viċinanzi tal-istess sptar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 13753 u 15153.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku ġie trasferit mill-qalba tal-Belt għall-parti t'isfel b'detriment għall-aċċessibilità kif ukoll għall-bejgħ mill-ħwienet? X'se jkun l-użu tal-uffiċini fi Triq il-Merkanti/Triq it-Teżorerija li minnhom tneħħa r-Reġistru Pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
pjanti approvati għall-proġett bejn Xatt ir-Risq u Dock One
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti approvati għall-proġett bejn Xatt ir-Risq u Dock One, kif ukoll għall-area ta' madwar Dock One?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat Ii l-pjanti tal-proġett in kwistjoni għad ma ġewx approvati mill-MEPA.
monument tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna
Question
Peress li t-Tarzna issa għaddiet f'idejn il-privat, jikkonsidra l-Ministru li l-monument biex ifakkar il-ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt li qed jaqdu dmirijiethom fit-Tarzna, jitpoġġa u jiġi nkorporat fl-area ta' Baċir Nru.1 f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru tiegħi la hu responsabbli għat-tarzna u lanqas għal monumenti għalkemm naqbel ħafna mas-suġġeriment tal-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tagħhom bħal ngħidu aħna onorarja u fringe benefits oħra jekk jeżistu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' titjib u bini mill-ġdid ta' toroq fosthom arterji li mistennija jsiru din is-sena, jiġifieri 2010? Kemm se tiġi tiswa kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-proġett ta' titjib u bini mill-ġdid ta' toroq fosthom arterji ewlenin tat-traffiku f'pajjiżna, kemm se joħroġ il-Gvern ta' Malta u kemm se joħorġu flus li ġejjin minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jassigura li l-impjiegi li se jinħolqu ġo Smart City se jkunu għall-Maltin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qabel xejn, nassigura lill Onor Interpellant li nippretendi li kull min jimpjega n-nies f’pajjiżna josserva l-liġijiet kollha fosthom li ma jiddiskriminax bejn ċittadini tal-Unjoni Ewropeja, issa li Malta hi membru tal-UE. Veru li l-Onor Interpellant u sħabu xtaqu li nkunu Svizzera oħra, imma anki fl-Isvizzera, il-Gvern Svizzeru jrid jagħti l-istess opportunitajiet liċ-ċittadini tal-UE li jagħti liċ-ċittadini Svizzeri!
B’danakollu jien dejjem emmint li l-Maltin m’għandhom xejn anqas mill-barranin u kapaċi jikkompetu magħhom f’kull qasam speċjalment wara l-inizjattivi ta’ taħriġ li qed jipprovdi l-Gvern biex b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu fil-kumpaniji li ser ikun hemm fi Smart City. Dawn l-inizjattivi jinkludu l-programm myPotential fejn il-Gvern qed jagħti għajnuna fiskali lil min jagħmel korsijiet f’dan il-qasam kif ukoll proġett ffinanzjat mill-fondi strutturali biex jitħarġu nies fit-teknologija u b’hekk ikunu jistgħu jibdew jaħdmu f’din l-industrija. Infakkar lill-Onor Interpellant iżda li mhux legalment possibli għall-Gvern li jeskludi ċittadini Ewropej oħra f’impjiegi f’Malta. Lanqas m’hu mixtieq li fejn ikunu meħtiega impjegati minn pajjiżi oħra minħabba snajja speċifiċi li jkollhom dawn, jitrażżnu a detriment tal-investiment lejn Malta.
Il-fatt li jiġu jaħdmu barranin f’Malta fl-industrija tat-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni huwa tajjeb, għax b’hekk ikollna bdil tal-għerf bejn il-ħaddiema. Dan jirriżulta fit-tkabbir ta’ ħiliet fl-industrija tagħna. Is-sens komun jgħid iżda li kull operatur ekonomiku bbażat f’Malta jimpjega l-ewwel riżorsi bbażati Malta flok jonfoq aktar biex jimporta riżorsi minn barra, dejjem fejn ir-riżorsi f’Malta jkunu jeżistu.
Jista' l-Ministru jassigura li l-impjiegi li se jinħolqu se jkunu impjiegi ġodda u mhux impjegati imċaqalqa minn entitajiet bħall-Malta Information Technology Agency għal ma' Smart City? Jista' jikkonferma dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba numru 15621.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15872 u jikkonferma fiex wasal il-proċess tal-ID Cards il-ġodda, issa li għadda ż-żmien li fih suppost l-Unjoni Ewropea kellha tagħtina jew tallokalna l-fondi meħtieġa? Jista' jikkonferma għaldaqstant meta se jibda dan il-proċess kif ukoll jagħti garanzija li l-proċess ikun intemm kollu sakemm tintemm din il-leġiżlatura fiż-żmien stipulat tagħha? Kemm-il darba l-fondi mill-Unjoni Ewropea mhumiex ġejjin, xi jfisser dan fil-prattika dwar dan il-proċess li diġà ilu żmien twil li waqa' lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess li għandu jalloka fondi mill-Unjoni Ewropeja għadu ma ngħalaqx.
Ħal Għaxaq — ta' Landar u Triq Carmelo Rosario Dimech - xogħol meħtieġ
Question
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6613 u press li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 11379 kien intqal verbalment li x-xogħol kellu jitlesta sal-aħħar tal-2009, jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex ix-xogħol in kwestjoni għadu mhux lest?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għal kemm nifhem li il-konnessjoni ta’ Malta ma' Renzo Piano tmur lura s-snin dwar il-proġett tat-teatru l-imwaqqa, jista' l-Ministru jgħid meta ġie commissioned għall- assignment speċifiku li għandu bħalissa mill-gvern Malti? Dan jmur lura saħansitra għal qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet jew le? Jekk iva, x’kienet il-brief tiegħu sa dakinhar u x’kienu s-suġġerimenti tiegħu sad-data tal-elezzjoni li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Renzo Piano Building Workshop kienu kkummissjonati f'Novembru tas-sena 2008, jiġifieri wara l-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha mal-perit Renzo Piano dwar is-siting u l-bini tal-Parlament il-ġdid kif ukoll dwar il-parametri li ntalab jaħdem fihom? Kemm kien hemm struzzjonijiet li ma ngħatawx bil-miktub u jekk iva x’kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Perit Piano ingħata struzzjonijiet verbali mill-Prim Ministru biex fuq is-sit tat-Teatru Rjal jinbena Parlament fil-laqgħa li kellu miegħu f'Pariġi f'Ottubru 2008.
Sussegwentament, il-Perit Piano ġie Malta f'Jannar 2009 u f'laqgħa li kellu mal-Prim Ministru ssuġerixxa li l-Parlament jinbena fuq Pjazza Ħelsien u t-Teatru Rjal mibdul f'performing space. Dan is-suġġeriment ġie aċċettat.
Għalhekk m'hemm ebda briefs miktuba jew korrispondenza x'tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minkejja l-ħafna invezjonijiet li smajna fil-media.