Università — Kors tal-Medjazzjoni u għall-Grad ta’ Masters
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tul is-sena akkademika li ġejja huwiex se jinfetaħ il-Kors tal-Medjazzjoni u għall-Grad ta’ Masters fl-istess linja, kif ukoll jindika kemm hemm studenti f’dawk li diġà bdew?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għas-sena akkademika li ġejja, 2022/23, huma miftuħin għall-kors tal-Master of Arts in Mediation.
Ninfurmah ukoll li preżentament hemm għaxar (10) studenti li qegħdin isegwu dan il-kors imsemmi hawn fuq.
Università ta’ Malta: Assembly Hall – apparat tal-air conditioning
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex previst li tul is-sena li ġejja se jinbidel l-apparat tal-air conditioning fl-Assembly Hall tal-Università ta’ Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni tal-Università ta' Malta hi li tibdel is-sistema tal-arja kkundizzjonata fis-snin li ġejjin.
Is-sala Sir Temi Żammit tirrekjedi “refurbishment” sħiħ u l-arja kkundizzjonata hija appuntu parti minn dan ir-“refurbishment”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ktieb ġdid jinxtara fis-sena biex jiġu użat fil-libreriji pubblici li jinsabu mxerrda fil-lokalitajiet diversi f’Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm mobile classrooms fl-iskejjel primarji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mobile classrooms li qed jirreferi għalihom jiġu użati temporanjament sabiex niżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi f’ċirkostanzi partikolari. Dawn il-mobile classrooms huma attrezzati bl-aħjar faċilitajiet sew ta’ tgħalim u kif ukoll biex l-istudenti jkollhom kundizzjonijiet ambjentali xierqa. Ngħarrfu li li hemm 26 mobile classrooms fl-iskejjel primarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm mobile classrooms fl-iskejjel sekondarji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mobile classrooms li qed jirreferi għalihom jiġu użati temporanjament sabiex niżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti u tal-edukaturi f’ċirkostanzi partikolari. Dawn il-mobile classrooms huma attrezzati bl-aħjar faċilitajiet sew ta’ tgħalim u kif ukoll biex l-istudenti jkollhom kundizzjonijiet ambjentali xierqa. Ngħarrfu li li hemm 4 mobile classrooms fl-iskejjel sekondarji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fuq il-liċenzja tal-Università Amerikana ta’ Malta (AUM), u jekk din il-liċenzja ġietx imġedda mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE)? Jekk iva, għal kemm ġiet imġedda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja msemmija ġiet imġedda f’Awwissu li għadda u ġiet imġedda għal ħames snin.
Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk ittieħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi u inizjattivi ttieħdu matul is-sena skolastika li għaddiet u li huma ppjanati li jittieħdu fis-sena li ġejja sabiex l-istudenti fl-iskejjel primarji jaqraw aktar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba inkluz id-diversi inizjattivi relatati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninfurmah ukoll li apparti li l-libreriji fil-klassijiet kollha huma attrezzati b’kotba bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, bl-għajnuna tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bosta skejjel primarji ta’ kuljum jorganizzaw diversi attivitajiet marbuta mal-qari bil-Malti u bl-Ingliż skond is-sillabi rispettivi. Dan kollu qed ikun ikkumplimentat ukoll permezz ta’ ambjent xieraq bil-għan li dan ikompli jistimola aktar studenti sabiex jaqraw.
Matul is-sena skolastika li jmiss (2022-23) huwa mistenni li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tkompli bl-istess programmi, skemi u inizjattivi, filwaqt li mistenni wkoll tħejji inizjattivi ġodda.
Nixtieq ukoll nieħu l-opportunita’ sabiex nirringrazzja lill-għalliema kollha tagħna u lill-kapijiet fl-iskejjel kollha tax-xogħol imprezzabbli tagħhom li flimkien mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qegħdin ta’ kuljum iwettqu b’dedikazzjoni u mpenn.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi u inizjattivi ttieħdu matul is-sena skolastika li għaddiet u li huma ppjanati li jittieħdu fis-sena li ġejja sabiex l-istudenti fl-iskejjel sekondarji jaqraw aktar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba inkluz id-diversi inizjattivi relatati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninfurmah ukoll li se nkomplu ninvestu fix-xiri ta’ aktar riżorsi u l-istudenti nfushom ser ikunu wkoll involuti fl-evalwar tal-kotba li hemm bżonn li jinxtraw sabiex dawn ikunu kotba dejjem eqreb u addattati għall-bżonnijiet u l-interessi tagħhom. Se nkomplu nżidu l-materjal fuq is-siti elettroniċi li l-istudenti u l-għalliema jistgħu jużaw flimkien kemm għal qari abbinat ma’ xogħol tal-iskola kif ukoll fejn jidħol il-qari fil-ħin liberu.
Matul is-sena skolastika li jmiss (2022-23) l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu mistennija tkompli bl-istess programmi, skemi u inizjattivi.
Nixtieq ukoll nieħu l-opportunita’ sabiex nirringrazzja lill-għalliema kollha tagħna u lill-kapijiet fl-iskejjel kollha tax-xogħol imprezzabbli tagħhom li flimkien mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qegħdin ta’ kuljum iwettqu b’dedikazzjoni u mpenn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal edukattiv fis-settur pubbliku ngħata taħriġ f’psycho education u liema professjonijiet ingħataw dan il-kors? Meta ser jerġa’ jsir dan it-taħriġ u għal min ser ikun immirat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1126 edukatur f’livelli differenti mis-servizz pubbliku li ngħataw taħriġ minn National School Support Services (NSSS). Dan it-taħriġ huwa proċess kontinwu u jkun offrut b’mod regolari.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Ispanjol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Ispanjol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ispanjol ma jiġix mgħallem fil-Primarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Arti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati żewġ (2) għalliema ġodda (mhux supplimentari) tal-Arti biex jgħallmu fil-Primarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu s-C3?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx għalliema regolari tas-C3 li ġew ingaġġati biex jgħallmu fil-primarja.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Home Economics
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Home Economics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Home Economics ma jiġix mgħallem fil-Primarja.