Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — Chief Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Officers ta' Transport Malta u x'inhuma l-pagi ta' kull wieħed/waħda minnhom? Kemm huwa l-massimu li tista' titla' l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha? X'inhuma l-performance agreements u t-targets li dawn iċ-Chief Officers mistennija jilħqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-Chief Officers ta’ Transport Malta fil-preżent huma dawn: Martin Attard Montalto David Bugeja Konrad Pule` David Sutton Albert Debono Lino Vassallo Ernest Tonna Il-pagi tagħhom ivarjaw bejn €39,000 u €66,300. Il-massimu tal- performance bonus huwa ta’ 15% tas-salarju, filwaqt li kull Chief Officer għandu Key Performance Indicators (KPI ) inklużi fil- job description rispettiva tiegħu.

Mina ta' Tignè biex tinfetaħ għat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15941 u ċioe: Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Open top buses — passiġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm u fejn ġew riservati postijiet biex jintużaw għall-Open Top Buses biex iniżżlu u jgħabbu l-passiġġieri? Jista' jara li fejn hu possibli dawn il-postijiet jiġu amalgamati mal-bus stops normali għaliex f'ċerti lokalitajiet dawn qed itelfu l-parking bays tant bżonjużi għal karozzi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti d-dettalji dwar kemm u fejn ġew approvati postijiet fejn jittellgħu u jitniżżlu passiġġeri minn Open Top Buses li joffru servizz fuq rotot ta’ ġarr ta’ passiġġieri turistiċi. Ninsab infurmat ukoll li t-tender għall-kuntratt il-ġdid dwar is-servizz ta’ trasport pubbliku bi skeda jinkludi l-possibiltà li dawn il-postijiet jiġu amalgamati mal- bus stops normali. Din il-possibiltà għad trid tiġi kkunsidrata.

Network Infrastructure Directorate — salarji u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmlu in-Network Infrastructure Directorate? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra li għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dak li qabel kien in-Network Infrastructure Directorate illum huwa d-Direttorat għat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta. Dan id-direttorat huwa magħmul minn 91 impjegat. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika għall-liema karigi partikolari qed jirreferi.

Awtorità dwar it-Trasport — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' overtime saret fl-Awtorità dwar it-Trasport is-sena li għaddiet? Kemm tħallas kull individwu u x'kienet il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u xi grad għandhom dawn l-individwi? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, fl-Awtorità dwar it-Trasport (ex-ADT) saru 25,963 sigħat f’overtime. Il-kumplament tal-informazzjoni hija murija fuq il-lista li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra

Inċidenti fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13315 u jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jikklassifika dawn l-inċidenti skond il-gravità tagħhom u jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmilx xi tip ta' spezzjoni sabiex tara jekk kienx hemm xi ħsara fl-infrastruttura tat-triq qabel u wara l-inċident, per eżempju skid test? Jista' juri evidenza ta' dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar inċidenti tat-traffiku tinġabar mill-pulizija u mill-wardens lokali u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-ewwwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat. Jien infurmat ukoll li Transport Malta regolarment tagħmel spezzjonijiet ta’ rutina f’toroq arterjali u distributorji sabiex jkunu identifikati u jissewwew ħsarat u xi perikli li jista' jkun hemm għas-sewwieqa billi per eżempju jimtlew ħofor perikolużi, isir re-freshing ta’ line-markings u kif ukoll ikunu irranġati tabelli milquta. Barra minn hekk meta jseħħ xi inċident Transport Malta tagħmel ukoll spezzjonijiet fuq il-post sabiex tiġi evalwata l-ħsara u tittranġa l-infrastruttura li tkun ġiet effetwata. Dwar l-iSkid resistance tests dawn isiru meta jinbnew toroq arterjali ġodda bħala parti mill-programm tal-kontroll tal-kwalità u biex tkun vverifikata l-konformità mal-istandards tal-wearing course. Dwar it-talba sabiex tintwera evidenza ta' dawn ir-rapporti wieħed għandu jifhem li dan huwa parti mix-xogħol ta' kuljum ta' Transport Malta u r-rapporti li jsiru huma varji u numerużi. F'dan il-kuntest nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun iżjed speċifiku.

Bini ta' struttura fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-proġett li qed jikkontempla l-bini ta' struttura li tgħaqqad Triq Diċembru 13 fil-Marsa mal-inħawi tal-Valletta Waterfront? Dan se jwassal għal bini ta' xi fly-over jew tħaffir ta' xi mina? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tekniċi ta' tali proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett li ser jgħaqqad Triq Diċembru 13 mal-Menqa fil-Marsa se jinvolvi bini ta' underpass. Din se tkun mibnija permezz ta' tħaffir fil-blat, bini ta' struttura tal-konkos u fuqha bini ta' karreġġati li minnhom se jgħaddi it-traffiku lejn u mill-Belt Valletta. Il-bini tal- underpass huwa it-tieni fażi tal-proġett, minħabba li l-parti tat-triq li tagħti mir- roundabout tal-Menqa għall-Valletta Waterfront se tinbena fil-fażi preċedenti. Transport Malta bħalissa qed tistenna l-permess tal-MEPA għal dan il-proġett.

Public Trasport Association — sussidju mħallas

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' sussidju li tħallas kull sena lill-Public Trasport Association (ATP) matul is-snin 1999-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Minister għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14685 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarmac cracks fil-Bypass tal-Imtarfa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward il-bypass tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kulma jmur din it-triq qed jiżdiedu t-tarmac cracks minkejja li skond il-Politika tal-Gvern din it-triq kellha sservi għal 20 sena u tkun il-mudell ta' kif għandhom jinbnew it-toroq fil-gżejjer tagħna? Jista’ jaġġornani x'sar mill-konsiderazzjonijiet li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kif skont l-esperti lokali u barranini li kkonsultajt magħhom offrew soluzzjoni sabiex ma jirrepetux żbalji fuq xogħlijiet ta' toroq rurali oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità tal-Komunikazzjoni — direttorju tat-telefon għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ħadet l-Awtorità tal-Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' direttorju tat-telefon ġdid imqar għall-anzjani li m'għandhomx aċċess għall-internet? F'dan il-każ jistgħu jiġu miktubin b'fonts kbar? Sakemm jiġri dan, jista' s-servizz tal-1182 jingħata b'xejn lill-anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' Malta Dwar il-Komunikazzjoni waslet fl-istadju finali tal-analiżi wara l-proċess ta’ konsultazjoni li kien imniedi is-sena li għaddiet. Id-deċiżjoni sejra tieħu konsiderazjoni tal-fehmiet li ġew espressi mill-publiku u l-operaturi fis-settur tat-telekomunikazzjoni matul il-konsultazzjoni. Matul il-konsultazzjoni kien hemm diversi proposti intiżi sabiex jiggarantixxu li kulhadd, inkluzi persuni soċjalment svantaġġjati jew b’diffikultajiet viżivi, ikollhom aċċess għal servizzi universali tat-telekomunikazzjoni. F’dan l-istadju għadu prematur li wieħed jidhol fil-mertu tad-daqs tal-fonts peress li din hija materja teknika li għanda tiġi inkwadrata skond id-deċizjoni li sejra toħroġ l-Awtorità. Fejn jirrigrawdja is-servizz tal-1182, dan huwa servizz li huwa operat mill-kumpanija GO plc u mhux mill-gvern. L-Awtorità tal-Komunikazzjoni tiżgura illi it-tariffi rispettivi huma raġonevoli sabiex, fil-waqt li s-servizz ikun aċċessibli għal kulhadd, ikun hemm ukoll użu meqjus ta’ dan is-servizz.

Kumpaniji ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15368, 15014 u 14743 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

fondi għall-proġetti tat-teatru l-imwaqqa u l-parlament il-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm eżattament se jiġu jiswew il-proġett tat-teatru l-imwaqqa' u l-Parlament il-ġdid? Jista' jikkonferma s-sors tal-finanzjament tan-National Fund għall-proġett kollu tas-City Gate, inkluż it-teatru u l-Parlament? Kemm intnefqu diġà fuq il-proġett? Jikkonferma li tħallsu madwar €30 miljun? Fuqiex intnefqu u meta? Il-flus li ntnefqu minn fejn ġew allokati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istima totali għal dan il-proġett, li jinkludi l-Parlament, it-Teatru u Bieb il-Belt hija ta’ € 80 miljun. Dwar is-sors tal-finanzjament tan-National Fund din hi materja li ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi. Mhux minnu li sa issa tħallsu madwar €30miljun. Fil-fatt l-ispiża sa l-aħħar ta’ Frar kienet ta’ €2.7 miljun li ntefqu mill-kumpanija Grand Harbour Regeneration Corporation li l-Gvern kien waqqaf sabiex tieħu ħsieb proġetti ta’ riġenerazzjoni. Dawn il-flus intefqu fuq xogħol ta’ investigazzjonijiet fuq is-sit, surveys, applikazzjonijiet tal-MEPA u konsulenza varji.

Mediterranean Conference Centre — multi functional theatre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'costings għamel il-gvern dwar il-conversion tal-Mediterranean Conference Centre f'multi functional theatre kif ikkonfermat miċ-Chairman mal-istess Mediterranean Conference Centre? Meta l-persuna, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġie nkarigat mill-gvern skont il-Prim Ministru sa minn sena ilu biex jara kif jista' jsir il-conversion tal-Mediterranean Conference Centre, ingħata xi indikazzjoni baġitarja dwar dan kif jidher li sar lil Renzo Piano fir-rigward tat-teatru l-antik u l-Parlament il-ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Korrispondenza bejn Renzo Piano u l-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-briefs bil-miktub li originarjament ingħataw lil Renzo Piano dwar it-teatru l-antik tal-Belt, kif ukoll il-bdil ta’ korrispondenza li kien hemm bejn iż-żewg naħat, specjalment wara li l-parametri allegatament inbidlu bosta drabi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16087.

Żjara tal-Papa Benedittu XVI — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li saru speċifikament in vista taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI? Kemm nefqet b'dan il-mod straordinarju Transport Malta? F'każ ta' kull triq, meta kien ippjanat li dawn isiru jew jitranġaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.