Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħlijiet huma previsti li jsiru fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet previsti li jsiru fl-iskola msemmija matul is-sena skolastika 2022-2023 jinvolvu estensjoni kif ukoll rinnovar komplet tal-iskola eżistenti skont it-tender CT 3022/22. Dan kollu se jsir b’investiment kapitali li jeċċedi l-4 miljun ewro.
Skejjel Primarji, Medji u Sekondarji – ingaġġ ta’ LSEs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu LSEs ġodda fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji u li din is-sena hija l-ewwel sena skolastika li fiha qed jagħtu servizz?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox daħlu 92 LSE ġodda fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jiġu rolled out il-laptops għall-istudenti tal-Year 7?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qed jissejjaħ bħala One-Device-Per-Child u hu estensjoni tal-proġett One-Tablet-Per-Child. Permezz ta' dan il-proġett ser jitqassmu laptops b'kontenut diġitali tas-suġġetti mgħallma lill-istudenti tal-Middle Schools u Secondary Schools. Ninfurmah ukoll li bħalissa għaddejin il-preparamenti neċessarji biex il-laptops għall-istudenti tal-Year 7 jiġu introdotti fis-sena skolastika li jmiss, 2023-2024.
Birżebbuġa – Skola Primarja (Kulleġġ San Benedittu) – nuqqas ta’ indafa
Question
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti dwar in-nuqqas ta' indafa u telqa li hemm fl-Iskola Primarja ta' Birżebbuġa (Kulleġġ San Benedittu), jista' l-Ministru jgħid x'qed isir dwar dan? Jekk mhu qed isir xejn, jista’ jara li tittieħed azzjoni mingħajr dewmien żejjed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ma tinsabx fi stat ta’ abandun. Il-Ministeru, permezz ta’ uffiċjali responsabbli mill-manutenzjoni tal-Kulleġġ u dawk responsabbli mit-tindif, jgħamel spezzjonijiet b’mod regolari biex jaċċertaw li l-iskola tinżamm fi stat tajjeb u li titnaddaf b’mod regolari. Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sajf sar ukoll xogħol estensiv li jinvolvi tibjid, kisi u tiswijiet neċessarji.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara, cleaners u ħaddiema oħrajn
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i imma li qegħdin jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata ta’ ħlas fis-siegħa, l-inqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk first aider, skont l-expression of interest li ħarġet fit 18 ta’ Mejju għal first aiders, hux ser jkun qed jingħata l-permess li jagħti mediċina fil-każ ta’ hypo gylcaemic jew hyper glycaemic attack?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-First Aiders msemmija jkejlu l-livell taz-zokkor u jekk ikun hemm il-ħtieġa jamministraw il-mediċina neċessarja.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2746 dwar il-proġett tal-Fgura Adventure Park, jista’ l-Ministru ġentilment jipprovdi tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm dan il-Ministeru m'għandu l-ebda proġett fis-sit indikat, għaddejja ħidma biex isir Adventure Park f'sit identifikat biswit il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera li jinsab fi stat ta’ abbandun.
Dan huwa proġett fuq 20,000 metru kwadru li għandu jinbidel f’park li fih il-familji Maltin jistgħu jgawdu spazju mimli avventura għal kulħadd fosthom ziplines, walking trails, archery u strutturi tal-injam. Dan il-park se jkun mqassam f’diversi areas attrezzati għal etajiet differenti, aċċessibbli għal kulħadd, u se jinkludi wkoll atrazzjonijiet bl-ilma. Din ir-riġenerazzjoni se ssir b’tali mod li l-impatt fuq l-inħawi tal-madwar ikun wieħed minimu.
Għalliema li mill-Higher Secondary ġew deployed fi skejjel sekondarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li sa sena ilu kienu qed jgħallmu l-Higher Secondary u li dis-sena ġew deployed fl-iskejjel sekondarji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm erba’ (4) għalliema li din is-sena ġew deployed mill-Higher Secondary għall-iskejjel Sekondarji. Ninsab infurmat li talbiet simili jsiru mill-individwi nfushom kif ukoll minħabba esiġenzi speċifiċi fi skejjel, kulleġġi jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fil-Higher Secondary din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm total ta’ 1099 student ġdid għas-sena skolastika 2022-2023. Filwaqt li matul is-sena skolastika 2021-2022 kien hemm total ta’ 1255 student irreġistrat fil-Higher Secondary.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fil-Junior College din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika 2022-2023 s'issa daħlu 997 student ġdid, filwaqt li fis-sena skolastika 2021-2022 kien hemm 936 student ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fil-ĠEM16+ din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika 2022-2023, s'issa daħlu 91 student ġdid filwaqt li fis-sena skolastika 2021-2022 kien hemm 92 student ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fl-Università ta’ Malta biex isegwu korsijiet undergraduates din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li deħlin madwar 2,116-il student għas-sena skolastika 2022-2023 biex isegwu korsijiet fil-livell tal-ewwel grad filwaqt li fis-sena skolastika 2021-2022 daħlu 2,285 student biex isegwu korsijiet fil-livell tal-ewwel grad.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2538, jista’ l-Ministru jwieġeb il-partijiet tad-domanda li ma ġewx imwieġba? Billi issa għaddew bosta xhur minn mindu l-parkeġġ ta’ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra kellu jibda jintuża mill-pubbliku, jista’ jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha dan għadu mhux qed jintuża? Ma’ min saru d-diskussjonijiet biex il-parkeġġ jinfetaħ? Jista’ jgħid jekk il-Ministeru jew xi entità oħra hux qed joġġezzjonaw biex iż-żewġ livelli tal-parkeġġ (għal madwar 400 karozza) jibdew jintużaw? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jekk mhux il-każ, għaliex l-istess Ministeru li bena l-iskola u l-parkeġġ mhux qed joffri dan l-ispazju għall-użu tal-pubbliku? Jista’ jikkonferma li hemm/kien hemm diffikultajiet dwar aċċessibilità u ingress ta’ ilma fl-istess parkeġġ? Jista’ jikkonferma li għad jonqos joħroġ compliance certificate mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel il-parkeġġ ikun jista’ jintuża mill-pubbliku? Jekk dan hu minnu, fiex wasal dan il-proċess? Jista’ jgħid meta hi d-data l-ġdida li fiha issa dan il-parkeġġ ser ikun miftuħ għall-pubbliku?
National Sailing Association – faċilitajiet għal-Logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar 2023
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’faċilitajiet se jagħti l-Gvern lin-National Sailing Association fid-dawl tal-logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar tal-2023 li se jkun qed isiru f'Malta? Dawn il-faċilitajiet, jekk se jkun hemm, se jkunu disponibbli fuq bażi temporanja jew permanenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjan strutturat biex jintużaw faċilitajiet mgħammra apposta għal kull attività sportiva waqt il-Logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar. Dawn il-faċilitajiet mistennija jibqgħu jintużaw b’mod permanenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.