Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żurrieq — Sqaq San Martin - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet neċessarji fi Sqaq San Martin (li hija side street fi Triq San Martin) ġewwa ż-Żurrieq peress li tinstab fi stat ħażin u hija ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant isir meta jkunu allokati il-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.

Mina ta' Tignè biex tinfetaħ għat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16398 u 15941 u ċioe: Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta ta' ittestjar tal-materjali li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Freeport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta ta' ittestjar tal-materjali li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ingħatatx xogħol mill-Freeport matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ġie mogħti dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tip ta' xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant huwa responsabbiltà tal-Malta Freeport Terminals Ltd li kienet privatizzata f'Ottubru 2004 u allura llum l-informazzjoni mitluba hija ta' natura privata.

Mosta — Triq l-Antenni - tiswija tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Antenni fil-Mosta , li tinstab fi stat tal-biżgħa, b'ħafna toqob, ħofor u ħotob fejn is-servizzi jidhru li huma kollha mgħoddijin u li r-residenti ilhom snin sħaħ jgħixu fiha, sejra tingħata wiċċ ġdid? Jaf il-Ministru li r-residenti minħabba s-sitwazzjoni u l-kundizzjoni ħażina li tinstab fiha it-triq, qed jkollhom ħafna ħsarat fil-karozzi tagħhom, barra mill-fatt li l-istat ħażin ta' din t-triq qed iwaqqa' l-ambjent tat-triq u tal-akwata? Jista' l-Ministru jintervjeni?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onor Interpellant irid jirreferi għal Triq l-Antinni fil-Mosta iktar milli Triq l-Antenni. Madankollu għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta biex jekk hekk meħtieġ isiru x-xogħlijiet meta r-riżorsi allokati lill-Awtorità jkunu jippermettu.

Ajruport Internazzjonali ta' Malta — vjaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi lejn u mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta matul is-sena 2009? Minn liema kumpaniji saru dawn u dan in-numru kien iktar jew inqas mis-sena 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Triq bil-permessi meħtieġa

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12975, jista' l-Ministru jgħid jekk għandhiex il-permessi provduti fejn jidħol road markings, jiġifieri sinjali ta' mal-art tat-triq kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fit-triq in kwistjoni, l-unika road markings li għandhom il-permess ta' Transport Malta huma ż-zebra crossings.

Żviluppi dwar il-lift tal-Barrakka ta' Fuq

Question

Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari għal dak li jikkonċerna t-tqegħid tal-lift li jwassal sal-Barrakka ta' Fuq? Meta hu mistenni li jinbeda u jintemm ix-xogħol fuq dan il-lift?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15256, ninfurmah illi l-proċess quddiem il-MEPA għadu mhux konkluż.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15461 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti lill-kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratti li kienu ffirmati sa nofs April 2010 mal-kumpanija in kwistjoni.

Żurrieq — kumpens lin-negozji ta' Triq Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jkun qed jagħti kumpens lin-negozji li l-aċċess għalihom ingħalaq minħabba x-xogħol li qed isir fuq Triq Valletta, Żurrieq? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li se tkun addottata? Kien hemm negozji li diġà avviċinaw lill-gvern f'dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16054 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16226 u 15523 u jgħid kemm saret tiswa liċenzja ta' karozza tal-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kellu korrispondenza li kienet tgħid li l-liċenzja kellha tkun ferm inqas milli hija llum? Jista' jagħti spjegazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-każ li qed isemmi l-Onor. Interpellant, l-uffiċjal ta' TM li wieġeb il-mistoqsija tal-klijent indikat minnu interpreta ħażin il-mistoqsija li saritlu u fehem li l-karozza li fuqha kienet qed issir il-mistoqsija kienet reġistrata f'Malta fl-2000 u m' hux kif kien fil-fatt fl-2009. Minħabba f'din l-interpretazzjoni skorretta, il-klient ingħata informazzjoni li għalkemm korretta fil-fatt ma kinitx tapplika fil-każ tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li t-tariffa fil-fatt applikata hi dik korretta skont il-ligi. Tajt direzzjoni lil TM biex tirrevedi l-proċessi tagħha biex tassigura li tagħti informazzjoni korretta kull meta hekk tintalab tagħmel mill-publiku.

Skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16227 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15816, li parti minnha ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji, bħal per eżempju, tal-monti, tal-linja u tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet fuq il-Bypass ta' Salina/Magħtab

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fil-bypass ta' Salina/Magħtab sabiex ikun hemm żebgħa addatata ħalli matul il-lejl is-sewwieq tal-vettri jkollhom anqas diffikultajiet kawżati mid-dlam ċappa li hemm f'ċerti żoni ta' din il-bypass?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 11359.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15450 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Soluzzjonjiet għall-problema tal-ħsarat f'diversi mollijiet u skollijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tat-Trasport jew qabilha l-Awtorità Marittima ta' Malta kellhiex xi diskussjonijiet mal-Ministeru responsabbli mis-sajd biex tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħsarat f'diversi mollijiet u skollijiet li għandna madwar Malta u Għawdex? Jekk tali diskussjonijiet ma sarux, jista' jara li dawn it-taħdidiet iseħħu biex jiġu evitati diversi problemi li qed jinqalgħu minħabba dawn il-ħsarat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kemm Transport Malta fil-preżent kif ukoll l-Awtorità Marittima fil-passat, ikollha laqgħat regolari mad-dipartiment responsabbli mis-sajd, fejn fost affarijiet oħra jkunu diskussi ukoll ħsarat fuq mollijiet u skalijiet.