Meta l-Korporazzjoni Enemalta ġiet għax-xiri taż-żejt fis-snin 2008 - 2010 u anke fil-preżent jista' l-Ministru jgħid:
a) x'inhu s-
supplier selection process;
b) min jieħu d-deċiżjoni finali;
ċ) għażliet simili għall-approvazzjoni ta' min jkunu suġġetti;
d) jkun hemm konsultazzjoni mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi f'xi stadju jew ieħor;
e) l-Korporazzjoni Enemalta dejjem tuża l-istess surveryors/survery organisation biex tivverifika u tikkwantifika il-cargo involut;
f) l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel spezzjonijiet hi stess fit-tankijiet tagħha, indipendentement mis-survey reports kkonċernati;
g) fid-dawl taż-żieda fl-attività tal-Malta International Airport kif wieħed jispjega l-fatt li l-importazzjoni ta' Jet A1 tidher relattivament baxxa mit-tweġiba li ngħatat dwar xiri mingħand Total sakemm dan ix-xiri mhuwiex isir mingħand xi kumpanija/i oħrajn ukoll? Jekk iva, mingħand min?
ġ) billi dan l-aħħar kien hemm rapporti fil-media li l-Air Malta kienet qed tiġi fuelled fil-Libja biex tgawdi minn price advantages jista' jelabora aktar dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Minħabba l-fatt li kif ħabbar il-Ministru tal-Finanzi stess, SR Technic mhux se jibnu hangar ġdid għalissa, jista’ l-Ministru jgħid x’effett dan se jkollu fuq il-ftehim approvat minn din il-Kamra għal trasferiment ta’ art u kirjiet bejn Malta International Airport u Malta Industrial Parks? Jista’ l-Ministru jgħid jekk b’xi mod bħalissa l-Istat qed jikkumpensa lil MIA għal art li jidher li għalissa mhux se tiġi użata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fatt li l-SRT se tipposponi l-bidu tax-xogħlijiet relattivi għall-bini tal-hangar il-ġdid mhux se jkollu ebda impatt fuq il-ftehim ta’ trasferiment approvat mill-Kamra u lanqas fuq il-kuntratt ta’ kiri illi hemm viġenti bejn l-MIA u l-MIP. L-MIP mhix qed tikkumpensa lill-MIA għal fatt illi l-art mhix se tiġi użata minnufih.
Trasferiment ta' housing units mid-Dipartiment tal-Artijiet għad-Dipartiment tad-Djar
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu u fejn jinsabu l-housing units li dan l-aħħar d-Dipartiment tal-Artijiet ittrasferixxa lid-Dipartiment tad-Djar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li d-Dipartiment tal-Artijiet għadda lill-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2010. Dawn il-proprjetajiet għaddew permezz ta’ Avviżi Legali maħruġa mill-Awtorità tad-Djar u ġew ippubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont kif indikat fil-lista.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ direct orders għal kull Minsiteru approvati mill-Ministeru tal-Finanzi matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2010 huma ndikati f’tabell li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Matul dan il-perjodu ġew miċħuda 84 talba għal direct orders, filwaqt 48 talba għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni. L-ogħla direct order approvata kellha ammont ta’ €755,046.05, liema xogħol kien ordnat lill-Kalaxlokk Ltd, entità tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk waqt preżentazzjoni li saret fil-11 ta' Jannar 2011 quddiem għexieren ta' managers tal-Korporazzjoni Enemalta dwar l-istrategic vision tal-istess Korporazzjoni, iċ-Chief Human Resources Officer għamilx referenza għall-redundancies fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jikkonferma li ċ-Chief Human Resources Officer semma r-redundancies li hemm ippjanati? Jista' jgħidilna xi pjanijiet għal redundancies jeżistu fil-Korporazzjoni Enemalta? Filwaqt li d-dokument tal-istess pjan strategic vision ittella' fuq l-intranet tal-Korporazzjoni sabiex l-impjegati kollha jkunu jistgħu jaċċessaw dan id-dokument u ntbagħtet email mingħand il-webmaster lill-impjegati kollha tħeġġiġhom sabiex jaqraw dan id-dokument, għalfejn l-għada ngħatat ordni sabiex dan id-dokument jitneħħa b'mod immedjat minn fuq l-intranet tal-Korporazzjoni? Għaliex sar dan u min ta din l-ordni? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlementari numru 22825.
Qed inpoġġa kopja ta’ dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.
Enemalta — safar taċ-Chief Corporate Services Officer
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tas-safar kollu li sar miċ-Chief Corporate Services Officer tal-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar sentejn? Jista' għal kull safra jinkludi:
a) id-data meta telaq minn Malta u meta ġie lura;
b) id-destinazzjoni (pajjiż u belt) li żar;
ċ) l-ammont li ntnefaq għal kull safra, li jinkludi l-ispejjeż tat-titjira, akkomodazzjoni u spejjeż oħra bħal konferenzi, ikliet eċċ.; u
d) fil-lista' jinkludi ukoll xi
allowances
li l-istess Chief Corporate Services Officer tal-Korporazzjoni huwa intitolat għalihom meta dan isiefer?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa d-dover tac-Chief Officer Corporate Services tal-Korporazzjoni, li jirraprezenta l-korporazzjoni f’forums internazzjonali, f’laqgħat u konferenzi oħra fuq sigurtà u regolamentazzjoni fuq impjant u installazjonijiet strateġiċi. Dan barra li dan l-uffiċjal rapprezenta lill-Korporazzjoni f’bosta laqgħat oħra u konferenzi, anke fil-każijiet meta kien hemm uffiċjali li ma setgħux jattendu u kellu jintbagħat minflokhom.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-akbar piż li ġarrew jew se jġorru l-vetturi li qed iġorru l-materjal u apparat tal-estensjoni tal-power station għal Delimara? Jista' jikkonferma jekk il-Korporazzjoni Enemalta ċċekkjatx jekk dan il-piż jaqbiżx il-massimu stabbilit bil-liġi li jista' jgħaddi mit-toroq Maltin? Jista' jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalkolazzjonijiet li saru sabiex dan jiġi żgurat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-akbar piż li ser jinġarrew fuq vetturi fit-toroq pubbliċi ta’ Malta se jkunu l-exhaust gas boilers li kull wieħed jiżen 92.7 tunnellata.
Il-ġarr tal-makkinarju qed isir mill-kuntrattur, li għandu obbligu jikseb il-permessi meħtieġa, filwaqt li jiżgura li l-proċess kollu jsir skont il-liġijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu interessi fuq dewmien ta' ħlas ta' refunds fuq il-VAT fis-snin 2008, 2009 u 2010? Kemm kien hemm VAT registered clients jew firms involuti? Kemm kien hemm każijiet fejn l-interessi kienu ta':
a) aktar minn €100,000 kull klijent jew ditta;
b) aktar minn €250,000 kull klijent jew ditta; u
ċ) aktar minn €500,000 kull klijent jew ditta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-interessi li tħallsu fuq dewmien ta’ ħlas ta’ refunds fuq il-VAT fis-snin 2008, 2009 u 2010 kienu kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienu jammontaw (i) il-pensjonijiet u allowances u (ii) il-bonus tal-għoli tal-ħajja li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema (Kap 58)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-pensjonijiet u allowances li tħallsu lill-persuni residenti f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Ltiema (Kap 58) huwa kif indikat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Bonus tal-għoli tal-ħajja ma jingħatax taħt din l-iskema ta’ pensjonijiet. Dawn l-ammonti huma kollha denominati fl-Euro.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — food entitlement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’dan il-Ministeru m’hemmx impjegati li għandhom food entitlement.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-istaff complement għall-Uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex? Jista’ jgħid x’inhuma l-gradi tal-istaff li hemm jaħdmu preżentement fl-istess Uffiċċju? Kemm hemm impjegati f’kull grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex, l-istaff complement jikkonsisti f’2 persuni, fil-gradi ta’ manager u executive rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm Malta gawdiet minn Foreign Direct Investment? Minn liema setturi prinċipali kien ġej dan l-FDI f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta ssegwix dak li jkun qed jiġi miktub fil-ġurnali lokali b'mod partikulari f'dawk li huma ittri fl-istess ġurnali? Billi riċentement kien hemm ittra li tinsinwa li l-Korporazzjoni Enemalta mhux qed tagħmel xogħol f'San Pawl il-Baħar, minħabba ħlasijiet pendenti, iżda f'risposta oħra ingħad li dan mhux minnu, jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta twieġeb għal din l-ittra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni ssegwi mill-viċin dak li jkun qed jiġi miktub fil-ġurnali lokali, inkluz ittri fl-istess ġurnali. F-ċerti kazi jintbagħtu risposti għal dawn l-ittri ukoll. F’dan il-kaz partikolari ma ntbagħtitx risposta għaliha minħabba li l-kaz ġie investigat u l-bozza ġiet mibdula. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal PQ 22963.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22171 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm swew ir-riklami fil-ġurnali intitolati "the truth prevails BWSC contract"? Fejn dehru? F'liema ġurnali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru W185.
Korporazzjoni Enemalta — kwestjoni ta' kif jinħdmu l-pagi ta' ċerta ħaddiema
Question
Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21468 leġislatura XI, il-Ministru qal li "l-pagi kollha tal-Korporazzjoni Enemalta jinħadmu
mid-Dipartiment tal-Finanzi fi ħdan il-korporazzjoni", jista' l-Minsitru jgħid:
Għalkemm il-pagi jinħarġu kollha mid-dipartiment tal-finanzi, il-paga tal-assistenta personali tas-CEO jingħad li ma tinħadimx mill-istess uffiċċju tal-pagi li joħorġu l-pagi kollha tal-impjegati tal-korporazzjoni, iżda l-paga tagħha tinħadem minn terzi persuni li s-soltu ma jaħdmux pagi. Il-paga tagħha ma tinħariġx ma' dik tal-impjegati kollha l-oħra u minflok tinħadem bil-moħbi saħansitra tal-kap tad-dipartiment tal-pagi. Jista' l-Ministru jikkonferma jew jinnega dan?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kienet l-paga bażika ta' din l-assistenta personali tas-CEO fis-sena 2010 u kemm ingħatat paga f'
overtime
,
perks
u benefiċċji oħra fis-sena 2010?
Il-Ministru ma jħossx li dan l-ammont huwa esorbitanti meta fil-Korporazzjoni Enemalta qed jipprova jiġi mnaqqas l-
overtime
kemm jista' jkun u
meta wieħed iqis li l-paga ta' inġinier b'responsabbiltà ta' impjant sħiħ hija inqas minn din il-paga?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li għandu hi żbaljata. Il-pagi kollha huma maħduma mid-dipartiment tal-finanzi fi ħdan il-Korporazzjoni Enemalta.
Aktar informazzjoni ma tistax tingħata għax inkunu qegħdin niksru d-drittijiet ta’ privazija ta’ l-impjegati ta’ l-Enemalta taħt il-liġijiet applikabbli għad-divulazzjoni u ppubblikar ta’ informazzjoni.
Korporazzjoni Enemalta — informazzjoni dwar bonuses mogħtija lis-CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw bonus bħala persentaġġ tal-pagi u bħala ammonti f'ewro liċ-chief executive officer u c-chief officers tal-Korporazzjoni Enemalta fis-snin 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid x'kienu t-targets tas-CEO u ċ-chief officers l-oħra u kemm minn dawn it-targets intlaħqu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata b’mod individwali peress li din tkun qed tikser id-drittijiet ta’ privazija ta’ l-impjegati taħt il-liġijiet applikabbli għad divulgazzjoni u pubblikar ta’ informazzjoni.
Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi ċ-Chief Officers ingħataw performance bonus bejn 12% u 15%.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienu jammontaw il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li tħallsu minn residenti f’Malta u f’Għawdex b’mod separat kull sena mill-2006 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22476 u jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Għawdex kull sena mill-2000 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Salarji u allowances tal-Ministru u Segretarji Parlamentari
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19138 dwar is-salarji u allowances ta' Ministri u Segretarji Parlamentari, jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-salarju ta' Ministru, flimkien ma' allowances/benefiċċji oħra, qabel ma daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni ta' Mejju 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-salarju fil-perjodu msemmi kien ekwivalenti għal 110% ta’ skala 1, expense allowance ta’ €2,329.37, karozza uffiċċjali u xufier, l-użu ta’ karozza jew allowance ta’ €7,000 u servizzi ta’ telefon, mobile, internet u e-mail.