Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16428 u 16054 u jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żurrieq — kumpens lin-negozji ta' Triq Valletta

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 16369 u jgħid jekk il-gvern hux se jkun qed jagħti kumpens lin-negozji li l-aċċess għalihom ingħalaq minħabba x-xogħol li qed isir fuq Triq Valletta, Żurrieq? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li se tkun addottata? Kien hemm negozji li diġà avviċinaw lill-gvern f'dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta rċeviet talba għal kumpens mingħand sid ta' negozju li jinsab armat fi Triq Valletta, iż-Żurrieq. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta għandha parir legali li l-applikazzjoni għall-kumpens m'hiex ġustifikata.

Bormla — Zebra Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittħiedu biex zebra crossing li tinsab f'triq li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament terġa' tibda tinxtegħel ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta irreferiet il-każ lill-Enemalta li hija responsabbli mill-belisha lights li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.

informazzjoni dwar breakwaters

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar survey tal-breakwaters li għandna madwar Malta u Għawdex? Liema kienu l-breakwaters li fil-fatt ġew spezzjonati? Liema minn dawn il-breakwaters instab li għandhom bżonn ta' tiswija? X'inhu l-programm ta' tiswija li hu mistenni li jiġi implimentat matul din is-sena u matul is-sena d-dieħla? Xi programm ta' tiswija hemm għal wara l-2011 f'dawn il-breakwaters?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ID cards ġodda — proċess

Question

Billi oriġinarjament kien intqal f’mistoqsijijet parlamentari preċedenti li l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-ID cards il-ġodda kellu jagħlaq fi tmiem Frar li għadda u issa fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16030 intqal li l-proċess li għandu jalloka fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan għadu ma ngħalaqx, jista' l-Ministru jindika: a) meta issa mistenni jagħlaq dan it-terminu ta' żmien; b) jekk id-dewmien biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni tistax twassal biex jkun hemm aktar dewmien milli maħsub biex jsir it-tiġdid ta' ID cards ġodda; u ċ) kif jolqot l-iskadenzi li l-gvern oriġinarjament kellu f’moħħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Item 7265 ,Vote IV Capital — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għall-item 7265 Vote IV Capital fl-estimi tas-sena 2010 - Property Searches Databases and IT, jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet ivvutata s-somma ta' €2,700,000? Jista' jgħid jekk ġewx imħallsa xi flus minn din is-somma sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, kemm kien l-ammont u għaliex intnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — dgħajjes irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes irreġistrati ma' Transport Malta maqsumin skont id-daqs: a) mhux akbar minn ħames metri; b) bejn ħames metri u għaxar metri; ċ) bejn għaxar metri u ħmistax-il metru; u d) akbar minn ħmistax-il metru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16491 u 16227 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15816, li parti minnha ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid kemm swew l-iskemi biex ħaddiema jirtiraw jew jitilqu minn mal-kumpaniji, bħal per eżempju, tal-monti, tal-linja u tal-Maltacom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiza ta’ skemi ta' irtirar li rrefera ghalihom l-Onorevoli Interpellant kienet kif ġej: Skema ta' rtirar mill-Freeport-: €64,058 fl-2005 u €61,460 fl-2007; Tal-Monti-: €159,463 fl-2007; €726,764 fl-2008 u €333,100 fl-2009; Tal-linja-: il-ftehim intlaħaq iktar kmieni din is-sena u s'issa ma ntefqux flus. Maltacom: l-informazzjoni kienet tinzamm mill-entità u peress li din kienet privatizzata l-Gvern m’għandux l-informazzjoni mitluba.

postijiet fejn l-Awtorità tat-Trasport tiftaħ l-uffiċċji tagħha

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' postijiet li ġew sottomessi bħala postijiet li fihom tista' tiftaħ uffiċċju tagħha l-Awtorità tat-Trasport? Fejn jinsabu dawn il-postijiet li ġew proposti biex ikunu jistgħu jinbnew lil din l-Awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta rċeviet sitt offerti għas-sejħa għall-proposti għal postijiet li fihom tista' tiftaħ uffiċċju tagħha l-awtorità. Din is-sejħa għadha fil-proċess tal-evalwazzjoni u għalhekk ma tistax tingħata aktar informazzjoni f’dan l-istadju.

Awtorità Marittima ta' Malta — liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru totali ta' liċenzji għas-sewqan tal-opri tal-baħar li ħarġu mill-Awtorità Marittima ta' Malta sakemm din ġiet integrata mal-Awtorità tat-Trasport? Minn liema lokalità kienu dawk li għandhom liċenzja maħruġa mill-Awtorità Marittima ta' Malta? Kemm ħarġu liċenzji oħra wara li t-trasport kollu ġie taħt awtorità waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta' liċenzji għas-sewqan tal-opri tal-baħar li ħarġu mill-Awtorità Marittima ta' Malta sakemm din ġiet integrata fi Transport Malta, jiġifieri bejn is-snin 2001 u 2009, kien ta’ 7000. Dawn jinkludu 6943 nautical licences u 57 instructors’ licences. In-numru ta’ liċenzji maħruġa minn Transport Malta minn Jannar 2010 sa nofs Marzu huwa ta’ 62. Dawn kienu kollha nautical licences. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba.

Żejtun — Misraħ ta' Pizzuta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-wesgħa ta' Misraħ Ta' Pizzuta, Żejtun ma ġietx mogħtija t-tarmak kollha? Meta se jsir dan il-misraħ in toto?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qed jirreferi għalihom ma jaqawx taħt ir-responsabbiltà tad-dekasateru tiegħi.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq il-Wied - bridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Transport Malta għal bridge fi Triq il-Wied, Ħal Qormi u li huwa mhux biss mġarraf mill-għargħar tal-2003 iżda ukoll ma jagħtix il-faċilità meħtieġa lil dawk li jridu jaqsmu min-naħa għall-oħra tal-wied? Dan il-bridge se jitwaqqa' u jsir xi ħaġa floku aktar adegwata, biex in-nies tinqeda u ma jibqax ta' periklu għal vetturi u dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Baċir Nru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kexxun tal-Baċir Nru 1, hux miżmum f'post f'parti mit-Tarzna li issa se tiġi privatizzata? Jekk hu l-każ, jista' jgħid jekk dan hux se jibqa' parti mill-Baċir Nru 1?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Bieb Verdala u Kulleġġ Santa Margerita Bormla — pedestrian crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing bejn il-Bieb ta' Verdala u l-iskola Kulleġġ Santa Margerita Bormla, u dan peress li qed ikun hemm periklu għall-istudenti li jiġu minn din in-naħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarzna — vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-vapuri li daħlu fit-Tarzna matul is-sena 2009 u 2010 sal-għeluq tagħha? Kemm dam kull vapur u f'liema baċir/moll kien marbut kull vapur waqt l-istess xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Żurrieq — Triq Dun Vinċenż Schembri - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq Triq Dun Vinċenż Schembri fiż-Żurrieq peress li tinsab fi stat ħażin u hija ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.