Jista' l-Ministru jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati?
Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1230 u jgħid b'liema mod konkret qed jaħseb il-Gvern li jgħin lis-sajjieda lokali li ġew milquta ħażin ħafna miż-żieda qawwija fil-prezz tal-fuel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Membru li bħalissa għaddejin diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni kemm mar-rappreżentanti tas-sajjieda kif ukoll ma entitajiet oħra governattivi konċernati. Irid jingħad ukoll li l-problemi kkawżati miż-żieda qawwija fil-prezz tal-fuel kienu diskussi l-ġimgħa l-oħra mill-Kunsill tal-Ministri ġewwa l-Lussemburgu.
Fl-istess waqt l-Unjoni Ewropea ppubblikat dokument ta' informazzjoni dwar miżuri li jistgħu jkunu mplimentati mill-Istati Membri sabiex itaffu l-piżijiet li l-għoli tal-
fuel
ħoloq lis-settur tas-sajd. Il-Ministeru qed jistudja kif dawn il-miżuri jiġu mplimentati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' biċċeriji awtorizzati biex joqtlu tjur u annimali oħra f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn il-biċċeriji huma tal-gvern u kemm huma tal-privat? Fil-każ tal-biċċeriji tal-gvern, fejn jinsabu dawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-preżent il-biċċeriji approvati f'Malta huma 5. Waħda minnhom hija tal-Gvern. Din tinsab il-Marsa u hija approvata biex toqtol bovini, ngħaġ, mogħoż, żwiemel u majjali. L-erba l-oħra huma privati u huma approvati biex joqtlu t-tiġieġ. F’Għawdex hemm biċċerija privata waħda approvata biex toqtol tjur, tiġieġ u dundjani.
Il-biċċerija tal-Gvern f’Għawdex preżentement qed tiġi ri-abilitata
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spieri privati legali f'Malta u f'Għawdex? Kemm hu stmat li hawn spieri illegali f'Malta u f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' spieri privati registrati f'Malta huwa ta' 3485 waqt li f'Għawdex hemm 1,859.
Infurmat ukoll li ma teżistix stima ta’ spieri illegali.
Jista' l-Ministru jgħid liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb unikament mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers? Liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb b'taħlita ta' ilma li ġej mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-majjal li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu mas-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tat-tjur li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tat-tjur żaru Malta żewġ esperti li trattaw il-promozzjoni ta’ dan is-settur.
Kien hemm wkoll esperti oħrajn imsemmija fit-tweġiba għal-mistoqsija Nru 1470 li wkoll ittrattaw dan is-settur imsemmi
Ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-fniek li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam u t-trobbija tal-fniek żar Malta espert wieħed li rrakomanda r-reġistrazzjoni tal-produtturi fis-settur. Dan, temporanjament, qed isir b’mod volontarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u t-trobbija ta' l-għoġġiela li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga u t-trobbija ta' l-għoġġiela żaru Malta 26 espert.
Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti kienu:
· tibdil strutturali u operattiv fi ħdan il-biċċerija tal-gvern
· titjib biex ikun assigurat il-ħarsien tas-saħħa tal-għoġġiela qabel u waqt il-qatla
· l-introduzzjoni ta’ sistema ta’
Milk Recording
u Servizz ta’ Monitoraġġ ta’ saħħa tal-merħla tal-bovini minn veterinarji li jaħdmu privatament
· 14-il linja gwida dwar l-iġene waqt il-produzzjoni u l-użu ta’ l-għalf li 4 minnhom japplikaw għas-settur tal-bovini.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu implimentati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib frisk tal-baqar li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu mas-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib frisk tal-mogħoż li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li esperti barranin li għandhom x’jaqsmu ma s-settur imsemmi huma nklużi fit-tweġiba għad-Domanda Nru 1470
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet tal-Gvern biex tkun implimentata l-wegħda elettorali 160 fil-programm tal-Partit Nazzjonalista biex kull familja tingħata ħames bozoz energy saving fis-sena għal sentejn ? Jista' jgħid jekk teżistix xi target date dwar meta għandu jibda t-tqassim ta' dawn il-bozoz? Jikkonferma li dwar din l-inizjattiva tħejja rapport mill-Awtorita Maltija tar-Rizorsi u jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Membru li s-sitwazzjoni għadha dik kif spjegata fir-risposta għad-Domanda 870 magħmula lill-Prim Ministru
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1068 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet rriferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk jistgħux isiru spezzjonijiet fuq id-diversi slipwaysu mollijiet fil-limiti tal-Mellieħa biex dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fi programmi ta' tiswija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saret spezzjoni u qed jiġi evalwat x’hemm bżonn isir.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li minn dik li kienet il-miżbla tal-Magħtab jibda jiġi ġġenerat elettriku li jkun jista' jintuża għar-residenzi ta' Baħar iċĊagħaq u l-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li qatt ma kienet l-intenzjoni li l-gas li joħroġ mill-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab jintuża biex jiġġenera elettriku għar-residenzi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. Dan il-gas qed jintuża biex bl-enerġija tiegħu jinqerdu l-gassijiet tossiċi li jikkawżaw ħsara lill-ambjent.
Huwa importanti li issir distinzjoni bejn il-gas iġġenerat mill-miżbla l-antika tal-Magħtab u dak il-gas iġġenerat mill-Miżbliet Ikkontrollati li qed isiru ġodda. Dan ta’ l-aħħar ser jintuża biex jiġi ġġenerat l-elettriku.
Jista' l-Ministru jindika fejn se jiġu mibnija l-impjanti ta' riċiklaġġ f'pajjiżna oltre dak f'Marsaskala? Kemm se jkun in-numru ta' dawn l-impjanti? Kemm hu propostat li dawn ikunu kapaċi jitrattaw skart f'termini ta' tunellati ta' skart?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Membru li l-informazzjoni ser tkun inkluża fl-istrateġija li ser tkun ippublikata dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Membru biex jagħmel id-Domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' patata ta' tipi differenti li ġiet esportata din is-sena? Lejn liema pajjiżi ġiet esportata din il-patata? Hemm aktar minn aġent wieħed li esportaw din il-patata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-esportazzjoni ilha li ġiet liberalizzata mis-sena 2004 din l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux policy biex l-ekonomija Maltija u l-familji jilqgħu għal għoli fil-prezz tal-petrol, diesel u fuels oħra? Għalkemm l-għoli fil-prezz taż-żejt ġej mis-swieq internazzjonali, ħafna pajjiżi qed jilqgħu għal dawn l-isfidi ġodda billi jikkonservaw u jaħlu anqas u jsibu sorsi ta' enerġija alternattiva. X'qed jagħmel il-gvern f'dan ir-rigward?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn irriżenja d-Direttur tar-Rural Development fl-Għammieri? Jista' jgħid jekk dan għandux x'jaqsam ma' xi diffikultajiet illi jista' jkun hemm dwar fondi li suppost kellhom jiġu mill-Unjoni Ewropea?