Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żabbar — Triq il-Labour - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16767 u jgħid għala ma bediex ix-xogħol li suppost beda għal tmiem is-sena l-oħra fi Triq il-Labour Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid meta se jibda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq il-Labour f’Ħaż-Żabbar hija nkluża bħala waħda mid- diversion routes waqt il-kostruzzjoni tat-toroq li se jwasslu għal Smart City Malta . Ix-xogħol f’din it-triq huwa nkluż f’wieħed miż-żewġ tenders li nħarġu u bħalissa qed jiġu aġġudikati.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16554 u jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li laħqu l-età tal-irtirar fl-aħħar sena u li l-impjieg tagħhom ġie mġedded kien ta' tlieta. Dawn huma, wieħed fil-grad ta' Assistant Principal fi Transport Malta, wieħed bħala Assistant Private Secretary fil-Ministeru u l-ieħor bħala Assistant Principal fir-Reġistru Pubbliku.

sinjal ta' no parking quddiem id-dar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15817, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jbati b'diżabilità fl-ispina ta' dahru u jixtieq li jkollu no parking quddiem id-dar tiegħu minħabba l-istess diżabilità, iżda minħabba li dan għandu l-garaxx ħdejn il-bieb, in-no parking li jixtieq ma ġietx aċċettata kemm mill-Awtorità dwar it-Trasport, kif ukoll mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq Ħammieri - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Ħammieri f'Ħal Qormi se jsirilha x-xogħol meħtieġ biex tkun sigura għal min jgħaddi minn hemm bil-mixi u bil-karozza u dan wara li xi snin ilu l-Awtorità dwar it-Trasport kellha diġà pjanijiet dwar x'għandu jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-waqt li nirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10414, jien infurmat li d-disinni u l-istejjem neċessarji huma lesti. Madankollu, kif intqal fit-tweġiba li semmejt, x-xogħol ikun jista' jsir meta jkunu allokati l-fondi u dejjem skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Toroq fil-kampanja — linking function

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-kampanja, li għandhom linking function, fil-fatt huma mistennija li jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena? Hemm xi pjan speċifiku li permezz tiegħu jkunu jistgħu jingħataw toroq oħra simili, matul is-snin li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar snin Transport Malta, iktar milli resurfacing, bdiet tagħmel xogħlijiet ta’ major patching f’bosta toroq rurali li jkollhom linking function. Matul din is-sena huwa mistenni li jkun tlesta u sar dan it-tip ta’ xogħol fi Triq l-Imqabba f’Har-Kirkop, fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq il-Qrendi fl-Imqabba, f’parti minn Triq id-Durumblat fil-Mosta, Ta' l-Infett limiti tar-Rabat u Triq l-Imgieret Qormi.. Toroq oħra li jridu jsirilhom interventi simili fil-futur huma Triq il-Fortizza u l-parti l-oħra ta’ Triq id-Durumblat fil-Mosta, Triq il-Gardiel fil-Fgura, it-triq li tagħti mill-Qajjenza għal Marsaxlokk, Triq iċ-Ċawsli fiż-Żejtun, it-triq minn Burmarrad sa t’Alla u Ommu, Triq ir-Ramla u Triq Santa Marija fil-Magħtab, it-triq li tagħti minn tal-Balal għal Triq Dun Karm, kif ukoll dik li tagħti għal Ta’ l-Ibragg, Triq Panton f’Ħal-Lija u Triq il-Wardija fil-Wardija. L-interventi f’dawn it-toroq isiru skont il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.

Bormla — Pelican lights ħdejn l-għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar il-possibilita li jsiru pelican lights bejn l-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla u fejn issa hemm il-fergħa tal-BOV u dan peress li ta' spiss qed ikun hemm inċidenti tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA li, fost affarijiet oħra, tinkludi l-pjan li fl-area li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tinħoloq pedestrian priority zone u jsiru ukoll miżuri ta’ traffic calming flimkien ma’ xogħol ta’ pavimentar. Jien infurmat li f’dan l-istadju mhux għaqli li jsir xi xogħol ta’ pelican lights għaliex, jekk il-MEPA tagħti l-permessi meħtieġa għall-proġett imsemmi, ma jkunx hemm ħtieġa li jsiru pelican lights.

Toroq li mistennija jiġu rranġati f'Ħaż-Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jiġu rrangati it-toroq imsemmija: Triq Bieb is-Sultan, Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq iċ-Ċawsli, f'Ħaż-Żabbar li jinsabu fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq imsemmija huma parti mill-link road li ser twassal għal Smart City Malta. Għaldaqstant, Transport Malta, wara li ssottomettiet l-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji tal-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett lill-MEPA, issa qed issegwi l-proċess tal-applikazzjoni biex ikunu jistgħu jinħarġu dawn il-permessi. Sadanittant, qed jitħejjew stimi dettaljati tax-xogħlijiet.

Toroq li ġew mibnija f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa fil-fatt ġew mibnija mill-ġdid matul is-sena 2008 u 2009? Liema huma t-toroq li fadal isiru? Meta hu mistenni li fil-fatt it-toroq li fadal f'din il-parti ta' Malta jiġu finalizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MCA — antenna tal-mobile operators

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilmenti rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni matul l-2008 u l-2009 rispettivament minħabba l-antenna tal-mobile operators li għandna f'Malta? Meta saru dawn l-ilmenti, xahar b'xahar f'dan il-perjodu ta' żmien u liema lokalitajiet kienu nvoluti f'dawn l-ilmenti/rapporti li rċeviet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? X'passi ħadet l-MCA f'dawn il-każi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MCA — testijiet fuq mobile phone antennae

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni għamlet testijiet fuq mobile phone antennae matul l-2008 u l-2009? Fejn kienu dawn l-ispezzjonijiet u x'kienu r-riżultati ta' dawn it-testijiet? Kien hemm xi każi fejn ir-riżultati miksuba fil-fatt qabżu l-limiti permessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — traffic barriers ħdejn il-ground tal-logħob

Question

Jista' l-Minsitru jara li la darba x-xogħlijiet fuq gandott li kien qed isir madwar il-ground tal-logħob fil-Mosta, huma lesti, jitneħħew it-traffic barriers li kien hemm fit-toroq u li qed joħolqu inkonvenjent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-traffic barriers in kwistjoni fil-fatt tneħħew hekk kif tlestew ix-xogħlijiet neċessarji.

parkeġġ fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk sakemm ilestu x-xogħlijiet tal-Belt hux se jipprovdi parkeġġ alternattiv jew jekk hux se jissosspendi għall-inqas is-sistema tas-CVA?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sit tal-Park and Ride ġewwa l-Blata l-Bajda hemm spazju biżżejjed biex jilqa' għad-domanda ta' parkeġġ alternattiv waqt li għaddejin ix-xogħlijiet ġewwa l-Belt Valletta. Ninsab infurmat ukoll li m'hemm ebda ħsieb li tiġi sospiża s-sistema tas-CVA u ma nara ebda vantaġġ ta' idea bħal din.

Ħsejjes ta' irrejżjar ta' magna tal-ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-inċident u ċioe, l-irrejżjar ta' magni tal-ajruplani fil-hangers li hemm fil-Karwija ma jerġax jirrepeti ruħu speċjalment fil-ħinjiet ta' matul il-lejl u kmieni filgħodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema impjegati mal-Private Staff tal-Ministru huwa 22. Dawn jinkludu: 1 Head of Secretariat (non-Public Officer) 1 Private Secretary (Public Officer) 1 Assistant Private Secretary (non-Public Officer) 2 Policy Coordinators (Public Officers) 1 Communications Coordinator (non-Public Officer) 1 Office Coordinator (Public Officer) 1 Project Coordinator (non-Public Officer) 3 Secretariat Officers (Public Officers) 1 Secretariat Officer (non-Public Officer) 4 Secretariat Pool (Public Officers) 4 Messengers (Public Officers) 1 Driver (Public Officer) 1 Driver (Public Officer) In-numru ta’ impjegati li huma seconded/on loan mal-Private Secretariat huwa 9: Dawn jinkludu: 2 Policy Officers - from MIMCOL 1 Policy Officer - from MITA 1 Policy Officer - from TM 1 Media Officer - from Freeport 1 Media Officer - from Perm. Sec’s Office 1 Reception / Security - from Freeport 1 Messenger / Driver - from Perm. Sec’s Office 1 Customer Care - from Trade Dept.

Proġett ta' Xatt ir-Risq

Question

Issa li l-proġett ta' Xatt ir-Risq wasal biex jibda, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u xogħlijiet li se jsiru f'dawn in-naħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Prim Ministru għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15334.

proġett ta' Bieb il-Belt, it-teatru u l-Parlament — żjara minn uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan l-aħħar kienx hawn uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li ġew fostna dwar il-possibilità ta' EU Funding għall-proġett ta' Bieb il-Belt u/jew tat-teatru l-ġdid u l-Parlament Malti ġdid propost? Jista' jagħti dettalji dwar dak li qed jiġi kkunsidrat mill-Gvern Malti f'dan ir-rigward? X'laqgħat kellhom f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Grand Harbour Regeneration Corporation li hija responsabbli mill-proġetti imsemmija ma kellha l-ebda laqgħat bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15675 u 15450 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċji tar-Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16462 u jgħid għaliex l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku ġie trasferit mill-qalba tal-Belt għall-parti t'isfel b'detriment għall-aċċessibilità kif ukoll għall-bejgħ mill-ħwienet? X'se jkun l-użu tal-uffiċini fi Triq il-Merkanti/Triq it-Teżorerija li minnhom tneħħa r-Reġistru Pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab informat li r-Reġistru Pubbliku gie trasferit għall-Evans għaliex wara l-bidla ta’ kif isiru r-riċerki tal-kuntratti u l-introduzzjoni tal-eCertificates, naqas sew l-użu mill-pubbliku tal-istess uffiċju u anki ħafna mill-istess spazju ma kienx qed jiġi utilizzat. It-tieni raġuni hi li, l-bini kellu bżonn ta' refurbishment strutturali li ma setax isir waqt li s-sit kien għadu qed jigi okkupat. It-tielet raġuni kienet li nħass li kien jagħmel ħafna sens illi r-Reġistru Pubbliku, l-Uffiċċju tal-Passaporti u l-Uffiċċju tal-Karti tal-Identita jkunu kemm jista' jkun sitwati ħdejn xulxin għax fuq kollox, dawn it-tliet entitajiet jittrattaw il-management tal-identità tal-persuni. Ma naqbilx li hu korrett li wieħed isostni li sar xi detriment għal-aċċessibilità għaliex l-uffiċini tal-Bini Evans huma aktar aċċessibli bil-karozza u huma ukoll fir-rotta tal-karozzi tat-trasport pubbliku. Meta jitlesta x-xogħol li hemm bżonn, l-uffiċini fi Triq il-Merkanti/Triq it-Teżorerija se jiġu utilizzati bħala Ministeru.