Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel f’Għawdex — Manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2022 sal-lum kemm kienet in-nefqa: a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem; b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ; ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb; d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex? F'kull każ jista' jagħti data meta ser ikun lest ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rata ta’ tfal illitterati f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hija r-rata tat-tfal illitterati f’pajjiżna fil-preżent? X’qiegħed isir biex dawn it-tfal ma jibqgħux illitterati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-istudenti jkunu għadhom fil-Primarja u jkollhom diffikultajiet fil-litteriżmu ma jistgħux jitqiesu lliterati għax ikun għadu kmieni wisq. Madanakollu, biex it-tfal itejbu l-livell tagħhom ta’ litteriżmu, fl-iskejjel primarji tal-istat l-għalliema tal-klassi jipprovdu tagħlim differenzjat li minnu jibbenifikaw it-tfal kollha filwaqt li t-tfal l-aktar batuti fil-qari u fil-kitba jingħataw lezzjonijiet ta’ litteriżmu mill-għalliema kumplimentari. Filfatt, matul is-snin l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu introduċiet diversi programmi bħal Reading Recovery programme, Klabb Naħla, Nwar, Kompetenzi Ewlenin (CCP) u diversi programmi oħra li l-informazzjoni ddettaljata ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentari 2133 u 2134.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2602 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Taljana

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 3,592 student li qed jistudjaw il-lingwa Taljana fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 1284122810803592

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Franċiża

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 1,053 student li qed jistudjaw il-lingwa Franċiża fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 3643433461053

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Tedeska

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Tedeska tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 858 student li qed jistudjaw il-lingwa Ġermaniża fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 266349243858

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Spanjola

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 1,455 student li qed jistudjaw il-lingwa Spanjola fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat skond it-tabella t’hawn taħt; Year 9Year 10Year 11Total ta’ studenti 5184794581455

Skejjel Sekondarji – Studenti li qed jistudjaw il-lingwa Griega u l-Latin

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Griega kif ukoll il-Latin tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ lingwi msemmija ma jiġux mgħallma fl-iskejjel tal-Istat.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics? Jista' jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Infermiera li qagħdu għal resit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jidħlu fid-dinja tax-xogħol dawk in-nurses li taw resit f'Settembru u rċevew ir-riżultat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati tal-istudenti li qagħdu għal resit diġà ġew ippubblikati. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitolbu jirreferi lill-Ministru konċernat.

Għalliema impjegati full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem kien impjegat bħala għalliem full-time bil-formola tal-Gvern 2017 sad-data li din il-mistoqsija parlamentari tiġi mwieġba u kemm telqu fl-istess żmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn l-2017 u l-2022 daħlu 1079 għalliem ġdid, filwaqt li rtiraw/irriżenjaw/spiċċalhom il-kuntratt total ta’ 636 għalliem.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka min huma l-konsulenti tiegħu u tal-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, l-Ministeru kien jeħtieġ jirrikori għas-servizzi ta’ konsulenza kif elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-konsulenti ndikati huma lkoll għal perjodu ta’ sena u ġew ingaġġati wara sejħa pubblika.

Ex Ministru– xogħol ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Eks Ministru, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex jipprovdi konsulenza lilu jew lill-Ministeru tiegħu u jekk iva, jistax iqiegħed il-kuntratt relattiv fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ex Ministru li għalih qed jirreferi, mhuwiex qiegħed jipprovdi konsulenza fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Kors tal-Occuptional Therapy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari W7 li ġiet sottomessa fit-12 ta’ Lulju 2022 u ċjoè: Peress li hemm talba li saret min-numru ta' studenti Universitarji fi Frar 2022 sabiex il-kors tal-Occupational Therapy li qegħdin isegwu jiġi meqjus bħala prescribed course bħal ħafna korsijiet oħra tal-mediċina, u dan sabiex aktar studenti jitħeġġu jidħlu għalih fid-dawl ta' nuqqas ta' professjonisti fil-qasam, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-talba hux qed tiġi kkunsidrata u meta hu mistenni li jingħataw tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejja ħidma ħolistika biex wieħed jidentifika korsijiet li għandhom ikunu pre-scribed. Tali eżerċizzju jsir billi mhux jidentifika kors waħdu in isolament, imma billi jkun hemm stampa fattwali tal-korsijiet kollha li huma eliġibbli għal stipendju.

SportMalta – assistenza finanzjarja lill-assoċjazzjonijiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari W10 li ġiet sottomessa fit-22 ta’ Lulju 2022 u ċjoè: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku ta' kemm irċevew assistenza finanzjarja mingħand SportMalta l-assoċjazzjonijiet sportivi mill-2012 sal-lum, imqassmin għal kull assoċjazzjoni u għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Professjoni tal-Counselling – elenku ta’ professjonijiet komplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-Professjoni tal-‘Counselling’ tħalliet barra mill-elenku ta’ professjonijiet komplimentari għal dik tal-mediċina, peress li din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-professjonisti inkwistjoni f’qagħda li ma tikkumparax ma’ oħrajn li jagħmlu xogħol simili u għalhekk huma obbligati li joħorġu rċevuta tal-VAT għax-xogħol tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Segretarju Parlamentari għandu impjegat erbgħa (4) advisors fuq bażi part-time, tnejn jiġu mħallsa skont skala 7, wieħed skont skala 3 u wieħed skont skala 5.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2577 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li waslet għall-eta tal-irtirar. Madanakollu l-kuntratt jiġi fi tmiemu fis-sena 2026.

Għaqdiet volontarji — skemi/għotjiet/grants

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.