Legislature:
Category:
Reset
Active:

ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22040.

Enemalta u l-GRTU — ftehim fuq żieda lis-sidien tal-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-General Retailers and Traders Union dwar iż-żidiet mogħtija lis-sidien tal-pompi tal-petrol? Ġew ikkummissjonati xi studji dwar kemm ġew jiswew dawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej studju dettaljat biex jiġu evalwati t-talbiet li għamlu s-sidien tal-pompi tal-petrol. Għaldaqstant għad m’hemm l-ebda konklużjoni.

Refund taż-żieda li ħadu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari

Question

Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li l-Ministri u Segretarji Parlamentari għandhom jirrifondu biss porzjon żgħir mit-tieni paga li tahom lilhom nfushom meta żiedu mad-dħul ministerjali tagħhom il-paga ta’ membri parlamentari fuq bazi ta’ 70% ta' skala 1 u issa sempliċement se jniżżluha għal 50% ta’ skala 1 – dejjem b’żieda mal-paga ministerjali; jista' l-Ministru jgħid kif, meta u sa liema medda ta’ żmien ser jsir dan ir-refund u jekk il-ministri u segretarji parlamentari involuti humiex se jitħallew fid-diskrezzjoni tagħhom dwar kif jagħmlu dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rifużjoni tal-membri tal-kabinett se ssir billi titnaqqas mid-dħul fuq perjodu ta’ 24 xahar.

Ħlas ta' pensjonijiet, allowances u gratuites

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22761 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220)? Jista’ jagħti n-numru ta’ benefiċjarji f’kull każ għall-aħħar sena? Peress li l-Mistoqsija msemmija saret bl-iskop xieraq li jinkiseb tagħrif dwar ħaġa ta' fatt fit-tagħrif speċjali tal-Membru li lilu tkun saret kif jitlob regolament nru 27 tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra u peress li dawn il-pensjonijiet, eċċ jitħallsu mill-Voti tal-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex talabni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati u ma tax hu l-informazzjoni mitluba? Jista’ jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba? Jekk le, jista’ jgħidli min huma l-Ministri konċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lill-persuni residenti f’Malta u Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220) huwa kif indikat fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-ammonti huma kollha denominati fl-Euro.

Talba għall-bdil tal-meter tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-familja li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tallega li hemm il-meter tal-ilma wieqaf u jixtiequ li dan il-meter jinbidel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb il-problema msemmija.

Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Households — agreement tal-kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' households li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Stabiliment kummerċjali — agreements ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabilimenti kummerċjali li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23589.

Fabbriki — agreement ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fabbriki li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23589.

Lukandi — agreement ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' lukandi li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23589.

Kumpaniji — agreement ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23589.

Foreign Direct Investment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23368 u jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm Malta gawdiet minn Foreign Direct Investment? Minn liema setturi prinċipali kien ġej dan l-FDI f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħlasijiet dovuti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23389, u b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-allegazzjoni dwar ħlasijiet dovuti, jista' l-Ministru jara għaliex il-Korporazzjoni ma tagħtix każ l-allegazzjoni f'din l-ittra partikulari li kienet serja biżżejjed biex tirrikjedi risposta uffiċjali li tiddikjara b'mod ċar li l-allegazzjoni kienet għal kollox infondata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Gozo Channel — passiġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġarru passiġġieri u vetturi lejn Għawdex permezz tal-Gozo Channel fl-2009 u 2010 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-informazzjoni rikjesta hija ta’ natura strettament kummerċjali u fil-mument il-“Gozo Channel” qed tipprepara sabiex tagħmel it-tender għall-“Public Service Contract” pubblikata it-Tlieta 8 ta’ Frar, il-kumpanija “Gozo Channel” tħoss li fil-mument m’għandhiex tippubblika din l-istess informazzjoni.

Xlendi — kuntratt tat-triq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 21480 u 22024 fejn il-Minsitru qal li d-Dipartiment tal-Kuntratti għadu qiegħed jistenna r-risposta tal-kuntrattur sabiex kopja tal-kuntratt tat-Triq tax-Xlendi titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jista’ l-Ministru issa jpoġġi l-kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum il-kuntrattur għadu ma tax il-kunsens tiegħu biex dan il-kuntratt ikun jista’ jiġi pubblikat. Għaldqastant, id-Dipartiment tal-Kuntratti se jibgħat ittra lill-istess kuntrattur fejn dan se jintalab biex jagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa, u li jekk ma jirrispondix, din titqies bħala kunsens biex jiġi pubblikat il-kuntratt imsemmi.

Rapport ta' Due Diligence

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' due diligence bejn Maltacom u Tecom qabel ġiet privatizzata l-Maltacom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tal-bejgħ ta’ 60 fil-mija (60,786,292 istmha) tal-istmha tal-Maltacom li sar bejn il-Gvern ta’ Malta u Emirates International Telecommunication (Malta) Ltd li kien ġie ffirmat fis-17 ta’ Mejju 2006 ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentati fis-Seduta numru 390 nhar it-Tnejn 29 ta’ Mejju, 2006. Flimkien mal-koppja ta’ dan il-ftehim kienu ġew ukoll ippreżentati numru kbir ta’ dokumenti li huma iddentifikati bħala Paper Laid numru 5061.

Kuntratt ta' privatizzazzjoni bejn Maltacom u Tecom

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' privatizzazzjoni bejn Maltacom u Tecom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23667.

ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22040.

Direct orders approvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21142 u 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20540.

Enemalta — Power Station ta' Delimara

Question

B'riferenza għall-power station il-ġdida li qed tinbena għall-Korporazzjoni Enemalta f'Delimara mill-kumpanija BWSC, jista' l-Ministru jgħid: a) għalfejn għadu ma nbeda l-ebda taħriġ intiż għall-inġiniera u ħaddiema oħra li se jkunu qed jaħdmu fuq il- power station il-ġdida tal-BWSC meta s-soltu t-taħriġ jinbeda waqt li l- power stations ikunu qed jinbnew; b) jekk hemmx pjanijiet sabiex din il-power station titħaddem minn kumpaniji oħra bħal, per eżempju, BWSC stess, Vassallo Group jew xi kumpaniji oħra, u jekk jistax jikkonferma li se tkun il-Korporazzjoni Enemalta stess li se topera din il-power station malli tibda topera; ċ) jekk se tkun il-Korporazzjoni Enemalta li se tħaddem din il-power station jista' jgħid kif se jintgħażlu l-impjegati li se jkunu qed jaħdmu fuq din il-powerstation u kemm hemm bżonn nies sabiex joperaw din il-power station; d) fil-kuntratt tagħhom il-BWSC għandhom klawsola li torbothom sabiex jagħtu taħriġ lill-ħaddiema fuq kif se titħaddem din il-power station? Jekk le, allura l-Korporazzjoni Enemalta se jkollha tħallas extra għal dan it-taħriġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estenzjoni li qed tinbena bħalissa ġewwa Delimara qed issir sabiex tiżgura li l-power station tal-Marsa tkun tista’ tgħalaq, filwaqt li tindirizza d-domanda u l-bżonnijiet tal-pajjiż marbutin mat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li tressaq lill-inġiniera u l-ħaddiema tagħha għat-taħriġ aktar tard din is-sena, liema taħriġ se jsir mill-kumpanija BSWC, skont kif stipulat fil-kuntratt iffirmat mal-istess Korporazzjoni.