Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' qarabagħli mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tad-dulliegħ reġistrata f'Malta u Għawdex kienet kif ġej:
Jannar – Mejju 2008 95,814 Kilo
Jannar – Mejju 2003 20,150 Kilo
Jannar – Mejju 2004 50,406 Kilo
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bettieħ reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-bettieħ reġistrata f'Malta u Għawdex kienet kif ġej:
Jannar – Mejju 2008 176,174 Kilo
Jannar – Mejju 2003 28,155 Kilo
Jannar – Mejju 2004 124,213 Kilo
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija f'ċifra ta' flus l-ispiża fuq kull tunellata animal waste li tiġi nsinerata fl-inċineratur il-ġdid tal-biċċerija tal-Marsa fil-preżent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-inċineratur għadu fil-fażi tal-commissioning u għaldaqstant l-ispiża ta’ l-operat at full capacity għadha ma ntlaħqitx.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' concessions hemm validi bħalissa għal dawk li huma areas għat-tħaffir taż-żejt? Hemm xi ħsieb li jingħataw areas oħra għat-tiftix taż-żejt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li jista’ jieħu l-informazzjoni dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija minn fuq is-sit www.mri.gov.mt/default.aspx?MLEV=10&MDIS=48.
Permessi għal tiftix taż-żejt f’
areas
oħra jistgħu jingħataw kull meta jkun hemm proposti serji u vantaġġjużi għal Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 39,365 -il ras għal total ta’ 3,393,138 kilo. Matul din is-sena il-qatla saret biss fil-biċċerija ta’ Malta.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 2,753 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 51,051 -il ras għal total ta’ 4,420,166 kilo.
Għall-istess perijodu fl-2004 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 1,925 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 42,394 -il ras għal total ta’ 3,597,402 kilo.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga reġistrata matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 2264 ras għal total ta’ 2234 kilo. Matul din is-sena il-qatla saret biss fil-biċċerija ta’ Malta.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 189 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 1389 -il ras għal total ta’ 2040 kilo. Peress li fl-2003 kien għad baqa’ xi bhejjem biċ-ċomb tal-ħadid jistà jkun li hemm xi diskrepanzi għaliex wħud setgħu ma ġewx irreġistrati fid-database dak iż-żmien.
Fl-2004 l-ammont f’Għawdex kien ta’ 220 -il ras waqt li f’Malta kien ta’ 1834 -il ras għal total ta’ 1762 kilo.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena kienet ta’ 1,298,881 tajra għal total ta’ 3,180,640 kilo qabel il-qatla. Dan l-ammont jista’ jvarja xi ftit, peress li xi produtturi jkun għadhom ma rritornawx id-dokumenti kollha tal-qatla.
Għall-istess perijodu fl-2003 l-ammont kien 1,888,731 tajra għal total ta’ 4,459,917 kilo qabel il-qatla.
Għall-istess perijodu fl-2004 l-ammont kien 1,871,392 tajra għal total ta’ 4,176,858 kilo qabel il-qatla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skond informazzjoni mill-Pitkalija, l-produzzjoni tat-tadam mis-serer reġistrati f'Malta u Għawdex kienet kif ġej:
Jannar – Mejju 2008 1,646,224 Kilo
Jannar – Mejju 2003 1,029,843 Kilo
Jannar – Mejju 2004 1,142,421 Kilo
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frawli mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna finanzjarji l-bdiewa matul is-sena 2007, maqsuma skond it-tip ta' għajnuna li ngħatat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-bdiewa matul 2007 kienet kif ġej:
EURO
SMPPMA
10,996,866.26
Għajnuna diretta mill-Unjoni Ewropea
486,884.64
Ko-Finanzjament bejn Malta u l- Unjoni Ewropea
10,961,391.53
In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1434, jista' l-Ministru jindika kif se jinkwadra l-Impjanti ta' Riċiklaġġ f'Marsaskala fl-istrateġija li se tkun ippublikata dalwaqt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru li anki din l-informazzjoni se tkun inkluża fl-Istrateġija li se tkun ippublikata dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid min ħa ħsieb iqassam fid-djar tal-lokalitajiet kollha l-leaflets Separar ta' Skart Domestiku "Irriċikla t-Tlieta"?
Jaf il-Ministru li mhux fid-djar u fil-lokalitajiet kollha tqassmu dawn il-leaflets?
Kemm kull kunsill lokali ngħata boroż grizi?
Kif kull kunsill lokali ddispona ( u cioe dawn il-boroż inġabrux mir-residenti inkella qassamhomx il-kunsill bieb bieb) minn dawn il-boroż griżi b'xejn?
Kemm kull kunsill lokali ddispona min-numru ta' boroz li ngħata?
U fil-każ ta' dawk il-kunsilli lokali li kellhom rispons baxx ħafna mir-residenti, jista' l-Ministru jara li dawn il-kunsilli lokali jqassmu b'xi mod dawn il-boroż huma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ntuża s-servizz bi ħlas tal-Maltapost p.l.c li ħadet ħsieb it-tqassim tal-leaflet, Separar ta’ Skart Domestiku “Irriċikla t-Tlieta.
Iva naf u nfatti l-Ministeru rċieva madwar 6,000 talba għal dawn il-
leaflets.
Jien infurmat li għad hemm xi ħlasijiet pendenti minħabba dan.
Il-Kunsilli Lokali kollha ingħataw rollijiet ta’ boroż griżi li kull roll kien fih 8 boroż. Kull Kunsill, ingħata rollijiet skond kemm għandu residenzi rreġistrati miegħu.
Fejn ir-rispons mir-residenti kien baxx ħafna, kull ma jista’ jsir hu li kemm il-gvern u kemm il-Kunsilli Lokali jħeġġu għal iktar parteċipazzjoni.
Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi t-tielet u r-raba mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-iskemi differenti li għalihom jistgħu japplikaw il-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi litteratura partikolari li tista' tingħata lil dawn is-setturi biex kulħadd ikun infurmat dwar dawn l-iskemi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-orti kultura u s-serrer li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-api kultura li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski l li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?