Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tal-bus terminus l-ġdid propost fil-Belt? X'inhu n-numru tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan il-bus terminus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Triq ta' Pinu u tal-Imġarr - Spezzjonijiet fuq xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 16548 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba saru spezzjonijiet fuq xogħlijiet fit-Triq tal-Imġarr? Meta saru dawn l-ispezzjonijiet, minn min u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġarru passiġġieri mill-Gozo Channel, vetturi bi tnejn u b'aktar roti eżempju 4, 6 u 8 bejn Malta u Għawdex bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2007, 2008 u 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
riforma tat-trasport — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali involuta
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod kienu involuti l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fir-riforma tat-trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-6 t'April tas-sena l-oħra kienet saret laqgħa għall-kunsilli lokali kollha fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. Għal din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali intalbet bil-miktub sabiex tinkoraġixxi lill-kunsilli lokali kollha jattendu u jagħtu s-suġġerimenti tagħhom.
Fil-laqgħa msemmija dawk li attendew ingħatalhom kopja tan-network l-ġdid għall-lokalità tagħhom, kif ukoll kopja tal-iskematika tan-network kollu. Il-kunsilli lokali li ma attendewx nbgħatilhom kopja elettronika fuq CD.
Il-Kunsilli Lokali kellhom tliet ġimgħat żmien biex jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom. Is-suġġerimenti kollha li nbagħtu ġew studjati bir-reqqa u ħafna minnhom huma riflessi fl-aħħar verżjoni tan-network il-ġdida tat-trasport pubbliku.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għan-nies li xtraw Digital Terrestrial Decoders minn Malta li kienu qed jaraw l-istazzjonijiet tar-RAI u Mediaset free-to-air, u f’daqqa waħda dawn it-trasmissjonijiet ġew imblukkati, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan l-imblukkar sarx min-naħa tal-gvern jew tal-PBS? Jekk le, jista' jgħid jekk dan l-imblukkar sarx min-naħa tal-GO jew tal-Melita? Tista' l-Awtorità ta' Malta għall-Komunikazzjoni taġġornana dwar din il-pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda imblukkar ta' trasmissjonijiet Free-to-Air li ġejjin minn Sqallija min-naħa tal-Gvern jew tal-PBS.
F’dan ir-rigward, nista' ngħid ukoll, li l-MCA tgħamel monitoraġġ regolari fuq dawn il-frekwenzi u ma jirriżultalhiex li kien hemm xi tnaqqis tas-sinjali msemmija jew xi imblukkar ta' dawn it-trasmissjonijiet minn entitajiet stabbiliti f’Malta. Minn dan il-monitoraġġ fil-fatt jidher illi it-trasmissjonijiet diġitali minn Sqallija għadhom qed jinqabdu mill-inħawi fejn normalment is-sinjali mill-Italja jinqabdu sew.
Madankollu, u importanti illi wieħed ikun jaf, illi minħabba li dawn it-trasmissjonijiet huma imxandra minn pajjiż ieħor, dawn ma jaqawx fil-ġurisdizzjoni Maltija u għalhekk, l-MCA jew entitajiet oħra regolatoriji, ma jistgħux jiggarantixxu li trasmissjonijiet li jixxandru minn Sqallija, jibqaw jinqabdu minn Malta.
Inżid ukoll li fir-rigward tat-trasmissjonijiet fuq in-
network
kummerċjali diġitali terrestri li topera minn Malta, hija il-prerogattiva tal-kumpanija li topera din in-
network
jekk titrasmettix f’format ‘encrypted’ jew le.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Desguanez, San Pawl il-Baħar tingħata t-tarmak, u kif ukoll titniffed mat-triq li suppost tingħaqad magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jsiru d-diskussjonijiet neċessarji ma' dawk kollha (awtortajiet) interessati fil-mollijiet u aċċessi oħra għall-baħar biex jiġi deċiż darba għal dejjem min għandu jieħu ħsiebhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda diġà taħdem fuq pjan ta' diskussjoni biex tkun tista tiddetermina min għandu jieħu ħsieb dawn il-postijiet inkluż ukoll bajjiet meqjusa ta' użu kummerċjali minn sajjieda u nies oħra.
Jista' l-Ministru jispjega jekk hijiex se ssir playing field fl-area taż-Żonqor f'Wied il-Għajn (fil-parti ta' Triq is-Salvja eċċ.) kif kien proġettat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
B'referenza għas-servizz ġdid mill-Korporazzjoni Enemalta li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, peress li jidher li din l-applikazzjoni ilha mwaħħla x-xhur minħabba n-neċessità li ssir it-trench neċessarja mill-Awtorità dwar it-Trasport, jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport qed iddum daqshekk biex tagħti s-servizz u allura qed tostakola x-xogħol lill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16655, 16398 u 15941 u ċioe: Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16520 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
liċenzja tal-vetturi ta' mal-windscreen maħruġa mingħajr ħlas
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15418 u jgħid kemm-il liċenzja tal-vetturi ta' mal-windscreen ħarġet bla ma sar ħlas, jew sar il-ħlas u ġiet riversjata kull sena mill-2006 sa 2009? F' kull każ x'kienet ir-raġuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ liċenzji tal-vetturi ta’ mal-
windscreen
li ħarġu bla ma sar ħlas kull sena mill-2006 sa l-2009 huwa:
2006
2007
2008
2009
Vetturi użati minn persuni diplomatiċi
161
181
185
178
Vetturi għal persuni b’diżabilita` (b’eżenzjoni maħruġa mill-MFEI għal terminu fiss ta’ 5 snin mid-data ta’ reġistrazzjoni jew għal terminu indefinit)
966
1184
1352
1296
GVA (vetturi użati mill-Armata ta’ Malta)
133
140
204
203
GVH (vetturi użati mid-Dipartiment tas-Saħħa)
566
367
370
405
GVN (vetturi użati minn dipartimenti oħra tal-Gvern)
292
322
351
353
GVP (vetturi tal-Korp tal-Pulizija)
235
183
172
538
Oħrajn (jinkludu l-vetturi kollha tal-Gvern maħruġin bi pjanċi normali (mhux GV) inkluż il-Korp tal-Pulizija, Armata, Saħħa u dipartimenti tal-Gvern li jagħżlu pjanċi mhux GV)
484
565
636
692
Total
2837
2942
3270
3665
Infurmat ukoll li bejn l-2006 u l-2009 kien hemm żewġ vetturi li sar ħlas tal-liċenzja ta’ mal-
windscreen
u l-ħlas ġie riversjat.
Sena
Numru ta’ liċenzji tal-vetturi ta’ mal-windscreen li kien sar il-ħlas u ġie riversjat
2009
0
2008
Vettura tal-Gvern li bi żball is-sistema kienet talbet ħlas
Vettura ta’ persuna b’diżabilita` li sar il-ħlas iżda kien nnutat li kien hemm eżenzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi
2007
0
2006
0
Korrezzjoni: Ara Paper Laid 4653 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 12 ta’ Mejju 2010 f’Seduta 220
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9209, 8411 u 7727 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.