Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Broadcasting Services — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Public Broadcasting Services Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-PBS Ltd.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Air Malta? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Air Malta f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ impjegati li jaħdmu mal-Air Malta sa’ 31 ta’ Jannar 2011 kien ta’ 1,343 li minnhom hemm 51 barrani mpjegati mal-Air Malta barra minn Malta. In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li fil-preżent jaħdmu mal-Airmalta ġewwa Malta huma erbatax (14). In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li fil-preżent jaħdmu mal-Airmalta ġewwa Għawdex huwa ta’ wieħed (1).

Industrial Projects and Services Ltd — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Industrial Projects and Services Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Industrial Projects and Services Ltd f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Industrial Projects and Services Ltd.

tax harmonization

Question

Peress li fiż-żona Euro qed isir pressjoni minn ċertu pajjiżi li ssir integrazzjoni aktar profonda li tinkludi ukoll tax harmonization, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx min-naħa tagħna xi evalwazzjoni ta' tali proposta kif ukoll jekk jaqbilx mat-tax harmonization?

Response (FENECH, TONIO)

Nifhem li bit-terminu tax harmonization l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dik li llum qed tissejjaħ Common Consolidated Corporate Tax Base (CCCTB). Nikkonferma li evalwazzjoni tal-proposta msemmija saret u nista’ ngħid li in ġenerali l-pożizzjoni ta’ Malta hija waħda kuntrarja għall-proposta.

ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21381, 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22040.

Basktijiet tal-plastik — Ġbir ta' Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien l-użu tal-flus li ġabar mit-taxxa li daħħal minn fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 u kemm huwa proġettat li jiġbor taxxa minn dawn il-basktijiet fis-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-flus li nġabaru mit-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 ġew ikkreditati fil-Fond Konsolidat u ntużaw biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-Gvern, inkluża n-nefqa għall-ħarsien u t-tisbiħ tal-ambjent. Id-dħul minn din il-miżura għall-2010 kien ta' €592,000.

Basktijiet tal-plastik — Ġbir ta' Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien l-użu tal-flus li ġabar mit-taxxa li daħħal minn fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 u kemm huwa proġettat li jiġbor taxxa minn dawn il-basktijiet fis-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-flus li nġabru mit-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 ġew ikkreditati fil-Fond Konsolidat u ntużaw biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-Gvern, inkluża n-nefqa għall-ħarsien u t-tisbiħ tal-ambjent. Id-dħul minn din il-miżura għall-2010 kien ta' €592,000.

basktijiet tal-plastik — moniteraġġ fis-suq Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21991 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif qiegħed jimmoniterja kemm jintużaw basktijiet tal-plastik fis-suq Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont dikjara ta’ Eko-kontribuzzjoni fuq basktijiet tal-plastik li ġiet introdotta fil-miżuri tal-baġit tas-sena 2009 għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2010 – 28 ta’ Novembru 2010 kien ta’ €259,913,40.

Selmun Palace — sejħa għall-offerti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li Selmun Palace se jinbiegħ mingħajr sejħa għall-offerti? U jekk iva, lil min? Jekk dan se jsir lil xi consortium jista' jagħti d-dettalji sħaħ tal-kumpaniji involuti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi r-rapporti li qed jagħmel riferenza għalihom huma kompletament foloz u nfondati.

rċevuta tal-meter reader

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex meta jiġi l-meter reader jaqra ma jagħtix l-irċevuta ta' kemm il-konsumatur ikun ħela dawl u ilma? Jista' l-individwu, li d-dettalji qed jingħataw separatament, jirċievi din l-irċevuta bil-posta għax meta staqsa għaliex mhux jagħtu irċevuta qalulu li l-magna bil-ħsara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-9 ta’ Frar 2011, l-konsumatur innifsu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, għamel kuntatt mal-ARMS Ltd. permezz tat-telefon u ġiet ċċarata miegħu r-raġuni għala dan ma ngħatax irċevuta bil-konsum ta’ l-ilma mill-meter reader. Dan kien minħabba l-fatt li kien sar meter change fl-14 ta’ Jannar 2011, li ma kienx għadu tnizzel fis-sistema tal-magna tal- meter reader minħabba verifikazzjonijiet ulterjuri li kien għad iridu jsiru u għalhekk, l-konsum ta’ l-ilma ma setax jiġi mdaħħal fl-irċevuta. Kien hemm ukoll temporanjament, xi problemi tekniċi fil- printer ta’ l-irċevuti ta’ l-istess meter reader . Minkejja dan, tajjeb li wieħed jinnota li l- meter reader xorta ħareġ rċevuta manwali fejn dan speċifika x’kien il-konsum tad-dawl, iżda minħabba r-raġunijiet mgħotija aktar kmieni, l-konsum ta’ l-ilma ma setax jingħata ma’ dak ta’ l-elettriku. Għaldaqstant, il-konsumatur aċċetta din l-ispjegazzjoni u għalhekk, l-każ ġie ċċarat minnufih.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Arma Ltd — uffiċċju tal-Blata l-Bajda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Arms Ltd se tibda topera mill-uffiċċji tagħha fi Blata l-Bajda, wara li s-sajf li għadda kien qal li dan se jsir dalwaqt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ tindif u żmantellar tas-sit, tlesta. Il-pjanti kif ukoll id-diżinji tekniċi tal-faċilitajiet kollha li ser jkun hemm bżonn, ġew ippreparati u fuq bażi tagħhom, inħareġ bill of quantity. Il- bill of quantity qiegħda tiġi evalwata mill-periti li tqabbdu mill-ARMS apposta. La darba ssir din l-evalwazzjoni kollha u tiġi approvata l-ispiża, jinbdew ix-xogħolijiet. Sadanittant l-ARMS qiegħda fil-proċess biex tiftaħ numru ta’ uffiċċji f’lokalitajiet biex b’hekk il-kuntatt mal-konsumatur ikun aktar mifrux.

Arms Ltd — Chief Executive Officer

Question

Jista' l-Minsitru jikkonferma jekk iċ-Chief Executive Officer tal-Arms Ltd issa inħatarx ukoll Executive Chairman tal-kumpanija? Dan l-inkarigu iġorr miegħu xi ħlas jew kundizzjonijiet ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi ta’ ARMS Ltd inbidel. Dan il-Bord issa huwa kompost mis-CEO tal-kumpanija li nħatar Executive Chairman u żewġ diretturi oħra. L-Executive Chairman u żewġ Diretturi tal-kumpanija jitħallsu honorarium ta’ €2,097 fis-sena.

Enemalta — dejn

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22960, jista' l-Ministru jikkonferma li mill-lista li semma ta' nefqiet, jidher li d-dejn tal-Korporazzjoni Enemalta jrid jiżdied bi kważi €400 miljun oħra, jiġifieri jirdoppja? Jista' jikkonferma jekk l-impatt ta dawn in-nefqiet humiex diġà qed jiġu riflessi fuq il-kontijiet tad-dawl? Jekk le, minn meta se jiġu riflessi u kemm se jkun l-impatt f' kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Statistika ta' self employeed

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23200, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess statistika mill-2004 sall-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — sampling error

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22563, jista’ l-Ministru jgħid għaliex bl-istess argument li ġab għala tneħħiet it-tabella fil-Labour Force Survey li kienet tiddistingwi bejn impjiegi fis-settur privat u dak pubbliku, għala ma tneħħewx it-tabelli l-oħra fejn hemm numru ta' kategoriji akbar u fejn is-sampling error jista' jkun biss akbar? Għaliex proprju ntgħażel li jitneħħa d-distinzjoni bejn settur privat u dak pubbliku? B' dak li ddikjara l-Ministru x'valur statistiku għandhom ir-riżultati tal-Labour Force Survey ladarba qed jiddikjara li l-National Statistic Office m'għandhiex fiduċja f'din l-istatistika minħabba s-sampling error, u x'qed tagħmel biex tirrettifika dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Labour Force Survey li jsir mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika huwa msejjes fuq Council Regulation (EC) 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998. F’Artiklu 4 tal-istess regola hemm lista twila tad-data li trid tinġabar u l-karatteristiċi tal-istħarriġ innifsu. Hemm ukoll stipulat x’tip ta’ data trid tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) b’mod regolari. Imkien f’Artiklu 4 ma hemm imniżżel li trid issir distinzjoni bejn dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku u dawk li jaħdmu fis-settur privat, u għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li minn dis-sena jiġu ppubblikati dawk il-variables li joħorġu mil-lista imsemmija. Dan ma jfissirx li dawk il-variables li jiġu ppubblikati fin-news releases m'għandhomx ukoll margin of error.

self-employeed — agreement ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' self-employeed li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23589.

San Pawl il-Baħar — problema ta' ilma li ħiereġ fit-triq

Question

Jista' l-Ministru permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvestiga x'inhu s-sors tal-ilma li qed joħroġ b'mod regolari fil-kantuniera ta' Triq Damasku ma' Triq Ġulju San Pawl il-Baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-passat, dawn l-inħawi diġa ġew investigati u nstab li dan kien ilma tax-xita. Ħaddiema tal-Korporazzjoni reġgħu marru fuq il-post u ma kien hemm ebda ilma ħiereġ. Għalhekk ma setgħax jittieħed kampjun ieħor.

Ħlas ta' pensjonijiet, allowances u gratuites

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23160 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22761 dwar ħlasijiet ta’ pensjonijiet, allowances u gratuities li tħallsu lil persuni residenti f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2003 'l hawn taħt (i) l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap 93), (ii) taħt l-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) u (iii) taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kap 220)? Jista’ jagħti n-numru ta’ benefiċjarji f’kull każ għall-aħħar sena? Peress li l-Mistoqsija msemmija saret bl-iskop xieraq li jinkiseb tagħrif dwar ħaġa ta' fatt fit-tagħrif speċjali tal-Membru li lilu tkun saret kif jitlob regolament nru 27 tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra u peress li dawn il-pensjonijiet, eċċ jitħallsu mill-Voti tal-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex talabni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati u ma tax hu l-informazzjoni mitluba? Jista’ jekk jogħġbu jagħtini l-informazzjoni mitluba? Jekk le, jista’ jgħidli min huma l-Ministri konċernati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23160.

Direct orders approvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20540.