Jista' Ministru jghid jekk sarx it-tindif tal-widien f'Ħal Qormi, jigifieri: Wied is-Sewda, Wied il-Kbir u Wied iċ-Ċawsli qabel jibda l-istaġun tax-xita? Jekk sar, x'tip ta' xoghol ta' tindif sar? Jekk ma sarx, meta huwa ppjanat li jsir u x'tip ta' xoghol ta' tindif se jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li t-tindif fil-widien imsemmija jsir minn hawn u ftit gimgħat oħra. Dan ikun jikkonsisti fi tneħħija ta’ skart illegali u materjal ieħor li nġabar matul is-sena u li jista’ jkun ta’ ostaklu għal ilma tax-xita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-orti kultura u s-serrer li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma ġewx esperti barranin fil-qasam ta' l-ortikultura u s-serrer f’dawn l-aħħar ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam ta' l-api kultura li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam ta' l-apikultura f’dawn l-aħħar 5 snin ġew Malta 5 esperti. Ir-rakkomandazzjonijiet li għamlu kienu:
· Protezzjoni tas-sottospeċi tan-naħla Maltija.
· Protezzjoni u restawr ta’ l-imgiebaħ antiki.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet qed jiġu attwati b’enfasi fuq il-protezzjoni tas-sottospeċi tan-naħla Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-qasam tas-siġar taċ-ċitru f’dawn l-aħħar ħames snin ġew żewġ esperti barranin. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar tnissil, selezzjoni ta’ varjetajiet u ħarsien mill-mard tas-siġar taċ-ċitru qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ġew tlett esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott frisk f’dawn l-aħħar ħames snin. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar tnissil, tilqim u ħarsien mill-mard qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-esperti barranin fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski l li żaru Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin? X'rakkmandazzjonijiet saru u kemm minnhom ġew implimentati fl-industrija lokali fil-mument?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ġie espert barrani wieħed fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħxejjex friski f’dawn l-aħħar ħames snin. Ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kultivazzjoni tal-patata qed jiġu attwati.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista kompluta ta' prodotti u servizzi f'pajjiżna li fuqhom hemm xi forma jew oħra ta' taxxa ambjentali u jgħid eżatt kemm hu d-dħul tal-Gvern minn dawn it-tip ta' taxxi, kemm b'mod assolut (f'ewros) kif ukoll bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba tinsab fuq l-Ewwel Skeda ta’ L-Att ta’ l-2004 Dwar L-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u kif emendata permezz ta’ Avviżi Legali msemmijin fl-istess Skeda.
Nitlob l-Onor Membru li jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern rigward id-dokument "A Draft Renewable Energy Policy for Malta" li jmur lura għal Awissu 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li minn mindu ħareġ id-dokument "A Draft Renewable Energy Policy for Malta" sa llum għaddew sentejn li matulhom kien hemm diversi tibdil fiċ-ċirkostanzi, fosthom żviluppi fil politika ta’ l-EU, kemm fuq biofuels kif ukoll fuq il-produzzjoni tal-enerġija minn-sorsi li jiġġeddu. Ġew miftiehma miri ġodda għall-Malta sat-2020. Kien hemm ukoll żviluppi sinifikanti ħafna fis-suq ta l-enerġija, kemm bħala splużjoni fil prezz taż-żejt, kif ukoll fil-kamp politiku li jaffettwaw is-sigurtà tal-provvista.
Għalhekk dan id-dokument irid jiġi aġġornat biex jirrifletti dan kollu.
Jista' l-Ministru jgħid min sal-Ħadd 6 ta' Lulju kellu dritt għall-energy saving government rebate u cioe' hux il-konsumatur direttament jew inkella tal-ħanut? Jekk kemm-il darba hu l-konsumatur li kellu dritt għal dan ir-rebate, għaliex sidien ta' ħwienet (ara full-page advert f'The Times tat-3 ta' Lulju-page 47) irriklamaw f'gazzetti lokali li dan ir-rebate kien diġa' ġie mnaqqas mill-prezz? F'dan il-każ, x'kontroll isir biex ikun assigurat li dan it-tnaqqis verament ikun gawdih il-konsumatur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li r-rebate dejjem kellu d-dritt għalih biss, il-konsumatur. Dan kien jieħdu direttament mingħand l-MRA wara li jkun xtara l-appliance u jissottometti rċevuta fiskali flimkien ma-applikazzjoni, kif ukoll invoice li turi fost informazzjoni oħra min biegħ, min xtara, xi nxtara u kemm kien il-prezz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet ta' spezzjonijiet minħabba preżenza ta' rodents fil-viċinanzi ta' bring-in-sites fl-aħħar sitt xhur? F'liema lokalitajiet kienu? Jistgħu dawn l-inħawi jiġu spezzjonati b'mod regolari u saħansitra jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn il-ġrieden ma jiżdiedux f'dawn il-pockets?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li saru tliet talbiet għal spezzjonijiet minħabba preżenza ta' rodents fil-viċinanzi ta' bring-in-sites fl-aħħar sitt xhur. Dawn kienu minn Birżebbuġa, Hal Qormi (Triq l-Iljun) u s-Siġġiewi (Triq Lapsi). Il-WasteServ ħadet ħsieb biex tqabbad il-Kuntrattur jieħu l-passi meħtieġa biex dan l-inkonvenjent jitneħħa.
Ta’ min jgħid hawnhekk, li r-raġuni prinċipali għall-preżenza ta’ dawn ir-
rodents
hi, li xi wħud minn dawn il-
bring-in-sites
qegħdin jiġu abbużati mill-pubbliku fejn kull tip ta’ skart qiegħed jintefa’ ħdejhom jew fihom. Ġieli nġabru annimali mejta jew il-fdalijiet tagħhom. Jekk il-
bring-in-sites
jintużaw bil-għaqal u għall-iskop li huma maħluqin għalih din il-problema tispiċċa u dawn l-annimali ma jmorrux lejn dawn il-
bins
għax ma jsibux ikel.
Irid jingħad li dawn il-bins jiġu mbattla kif ġej:
Darbtejn fil-ġimgħa l-
bins
li jieħdu fihom il-plastik u l-karta u darba fil-ġimgħa dawk li jieħdu fihom metall jew ħġieġ.
Ovvjament jekk tidħol informazzjoni li xi
bring-in-site
hi mimlija din tiġi mbattla dak inhar stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjen/laneċ tas-sajd f'pajjiżna maqsuma skond id-daqs?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’Malta hawn irreġistrati skejjen/laneċ tas-sajd skond kif ġej:
Taħt is-6 metri
520
Bejn 6 metri u 7.99 metri
327
Bejn 8 metri u 11.99 metri
167
Bejn 12 -il metru u 14.99 metri
38
Iżjed minn 15 -il metru
57
Total
1109
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom isir tindif regolarment? Liema huma? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal:
i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali
ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?
F'kemm minnhom hemm il-faċilita' ta' doċċa? Liema huma f'kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ix-xogħol li sar b’kollaborazzjoni ma’ l-MTA u l-Kunsilli Lokali hu kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Nitlob l-Onor Membru li jirreferi l-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1212 u jgħid jekk isirx moniteraġġ ta' x'tip ta' annimali u bhejjem jidħlu minn barra l-pajjiż, f'Malta? Jista' jagħti lista ta' x'tip ta' annimali daħlu f'Malta u Għawdex bejn Jannar u Diċembru 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-dħul ta’ annimali għall-kummerċ minn pajjiżi terzi kollha jkunu nklużi fi program Ewropej imsejjaħ TRACES. Din ir-reġistrazzjoni tasal qabel il-wasla tal-bhejjem. Fil-perjodu mitlub ma kienx hemm importazzjoni ta' bhejjem minn pajjizi terzi.
Il-movimenti ta’ annimali li jidħlu mill-Ewropa mhux bil-fors jkunu mdaħħla minn min ser jibgħathom fit-TRACES. Pero d-dħul tagħhom f’Malta jiġu rrapurtati u mdaħħla fl-Istatistika (NSO). Fil-perijodu msemmi t-tip ta’ annimali li daħlu f’Malta kienu; Żwiemel, Tiġieġ, Għawwietaq, Fniek, Rettili, Għasafar u Ħamiem.
Kien hemm ukoll dħul ta’ klieb u qtates li pero jiċċaqalqu permezz ta' sistema ta' passaporti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk huwiex minnu li se tiġi stabbilita skema bejn il-Ministeru u l-kunsilli lokali biex dawn ta' l-aħħar jamministraw ir-rikostruzzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Interpellant li għadu qed jiġi evalwat kif l-aħjar li tiġi mwettqa din il-miżura.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1257 minkejja l-fatt li l-esportazzjoni ġiet liberalizzata fl-2004, jista' l-Ministru jagħti t-totali kkonċernati għaliex kieku jiġi aċċettat il-prinċipju msemmi fir-risposta, qatt ma ngħataw risposti dwar il-bejgħ ta' prodotti li jsir fil-Pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni dwar bejgħ mill- pitkalija, li taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-gvern, tirrigwardja prodotti mibjugħa minn hemmhekk għas-suq lokali. L-informazzjoni li qed tintalab dwar bejgħ ta’ patata tirrigwarda bejgħ li jsir minn individwi privati lill-entitajiet barranin u l-patata ma tgħaddix mis-sistema tal-pitkalija. Dawn it-transazzjonijiet għalhekk huma ta’ natura kummerċjali.
Pero, l-Onor Membru jista’ jirreferi partijiet mid-domanda tiegħu, lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministrujwieġeb mistoqsija parmalentari 1477 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Gvern qed jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari? Xi pjani għandu l-Gvern dwar dan? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar riċentement proprju dwar dan il-punt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern mhux jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari. Pajjiżna qed jikkunsidra iżda, li jkollu interconnection mal-grid ewropea sabiex ikun jista jixtri/ibiegħ enerġija.
Nitlob lill-Onor Membru li jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isalvaw l-irziezet għat-trobbija tal-majjali f'Malta u f'Għawdex? Kemm inqatlu majjal lokali fil-Biċċerija xahar xahar minn Jannar 2007 sa Mejju 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-gvern qiegħed jaħdem flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal sabiex jiġi salvagwardjat u konsolidat is-settur tat-trobbija tal-majjal. F’dan il-qasam il-KIM u l-gvern fasslu strateġija. F’din hemm diversi miżuri li jridu jwasslu għal aktar produzjoni ekonomika mill-produtturi u tnaqqis ta’ spejjeż operazzjonali.
Barra minn dan il-Gvern biex jgħin lill-produtturi jgħelbu sitwazjoni diffiċli, is-sena li għaddiet ta żieda lill-produtturi tal-majjal ta’ kważi 7 ewrocenteżmi kull kilo laħam maqtul minnhom aktar mill-għajnuniet li kienu maħsuba skond l-SMPPMA (Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture) biex b’hekk l-ammont totali ta’ għajnuna kull kilo laħam tal-majjal issa hija ta’ 54.52 ewroċenteżmi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa fil-preżent l-inċineratur tal-biċċerija tal-Marsa? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż u tal-kwantita ta' tunellaġġ li qed jiġi inċinerat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ispiża tvarja skond l-użu u l-immaniġjar ta’ l-impjant u tajjeb li jingħad ukoll li l-impjant għadu fil-fażi ta’ commissioning u għaldaqstant l-ispiża rikurrenti għadha qed tvarja.
L-ammont ta’ skart li ġie ttrattat matul din is-sena huwa :
1 Skart tal-biċċerija u
slaughter houses
privati jammonta għall-1,158.11 tunnellata, ekwivalenti għal 73%
2 Skart ta’ l-isptarijiet jammonta għall-102.86 tunnellata, ekwivalenti għal 6%
3 Injam u siġar imqattgħin jammonta għal 315.40 tunnellata, ekwivalenti għall-20%
4 Skart ieħor li jinkludi skadenza jammonta għal 15.94 tunnellata, ekwivalenti għal 1%
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bżar ikkulurit mis-serer reġistrata f'Malta u Għawdex matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-sena 2003 u 2004 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx.