Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Kulleġġ ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq ir-Rimona ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għas-sejħa għall-offerti ppubblika mill-MITA M482/09 - 'Call for expression of interest for a strategic partnership for the provision of an E-Learning solution' liema sejħa għalqet fil-11 ta' Novembru 2009, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan il-proġett se jkun finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja u kemm se jkun il-ko-finanzjament lokali filwaqt li jgħid meta hi l-mira li jingħata bidu għal dan il-proġett u x'inhu t-timeframe previst mill-Planning and Priorities Co-ordination Division biex ikun sar il-ħlas kollu għal tali proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumpaniji tal-awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi — Dokument dwar d-dejn
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li ppreżenta fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi (PAC ) dwar id-dejn akkumulat f'dawn l-aħħar 40 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub, nitlob lill-Onor. Interpellant jinnota illi:
Fl-aħħar 40 sena, il-poplu Malti ħareġ mal-biljun ewro biex iżomm lit-Tarznari għaddejjin peress illi dawn kienu proprjetà tal-Gvern.
Il-Malta Shipbuilding fi 22 sena ta' ħidma għamlet biss profitt miżeru fl-ewwel sentejn ta' eżistenza tagħha ( 1982 - €9,287 u 1983 - €5,693).
Il-Malta Drydocks, f'dawn l-aħħar 40 sena ta' ħidma għamlet biss profit f'disa' snin partikolari u tilfet il-flus fil-31 sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi li ddaħħlu fil-Vehicle Inspection Office/Depot, ħdejn Belt il-Ħażna, matul is-sena li għaddiet? Kemm minn dawn il-vetturi ngħataw lura lil sidhom matul l-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li matul is-sena 2009 kien hemm sitt mija u dsatax (619) il-vettura li ddaħlu fil-Vehicle Inspection Office/Depot ħdejn Belt il-Ħażna.
Infurmat ukoll li minn dawn il-vetturi, kien hemm tliet mija u tlieta u tmenin (383) vettura li ngħataw lura lil sidhom.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16688, 15675 u 15450 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4223, jista' l-Ministru jaġġornani b'informazzjoni fuq dan il-proġett u jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 13345 u 12423 u jgħid x'politika għandu l-Gvern u xi prijorità għandu fuq il-lokalitajiet fejn il-parkeġġ huwa l-aktar diffikultuż u f'żoni kummerċjali tal-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Minn xi gimghatejn ilu ‘l hawn, kulmin seta’ jirċievi f’daru it-trasmissjonijiet tal-Mediaset (Canale 5, Retequattro, Italia Uno) permezz tat-trasmissjoni Digital Terrestre minn Sqallija, dawn twaqqfu għax skont kif qed jingħad, qegħdin jiġu mblukkati mill-Malta Communications Authority (MCA), dawn it-trasmissjonijiet tal-ogħla kwalità setgħu jinqabdu b’biċċa aerial żgħir fuq il-bejt minn kulmin għandu sett tat-televizjoni bi tuner diġitali? Bosta ħwienet dan l-aħħar anke kienu bdew ibiegħu digital tunersli wieħed seta jwaħħlu mat-television jekk is-sett tiegħu ma jkollux tuner digitali. Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-MCA qegħda timblokka dawn it-trasmissjonijiet u jekk iva għaliex?
Proċess ta' aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti
Question
Fejn wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni tas-sejħa għall-offerti ppubblika mill-MITA M482/09 - 'Call for expression of interest for a strategic partnership for the provision of an E-Learning solution' liema sejħa għalqet fil-11 ta' Novembru 2009 filwaqt li jgħid kemm minn dan il-proġett sejjer ikun finanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropeja u kemm se jkun il-ko-finanzjament lokali filwaqt li jgħid meta hi l-mira li jingħata bidu għal dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl tad-diffikultajiet kbar ta' parking li jeżistu f'ċertu lokalitajiet, jista' l-Ministru, flimkien ma' Trasport Malta jawtorizza li jsir studju dwar il-parking spaces f'kantunieri, f'toroq fejn hemm traffiku f'direzzjoni waħda, u dan biex jizdied in-numru ta' spazji li għandna għall-parking? Fejn huma dawn it-talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Feasibility study u Environment Impact Assessments
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tat-testijiet tat-tafal li saru qabel ħarġet/ingħatat it-tender għall-bini mill-ġdid u tat-testijiet li saru wara li nagħtat it-tender għall-bini mill-ġdid tat-Triq Rabat – San Lawrenz? Tista’ tgħid jekk kenitx ħarġet offerta separata għat-twettiq ta’ kull wieħed miż-żewġ settijiet ta’ testijiet? Meta ħarġu t-tenders, meta ngħataw u lil min?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tender jew direct order ta' kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct order mill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16506 u ċioe: Billi oriġinarjament kien intqal f’mistoqsijiet parlamentari preċedenti li l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-karti tal-identità il-ġodda kellu jagħlaq fi tmiem Frar li għadda u issa fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16030 intqal li l-proċess li għandu jalloka fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan għadu ma ngħalaqx, jista' l-Ministru jindika:
a) meta issa mistenni jagħlaq dan it-terminu ta' żmien;
b) jekk id-dewmien biex tiġi proċessata l-applikazzjoni tistax twassal biex ikun hemm aktar dewmien milli maħsub biex isir it-tiġdid ta' karti tal-identità ġodda; u
ċ) kif jolqot l-iskadenzi li l-gvern oriġinarjament kellu f’moħħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Għal darb'oħra l-Onor Interpellant ma kkwotax preċiż dak li jien għedt fir-risposta għal PQ 14273 minn fejn nippreżumi li ħa l-kwotazzjoni. Billi l-proċess fih inniffsu hu wieħed ta' għaxar xhur u dan jibda jgħodd mill-allokazzjoni tal-fondi, hu ovvju li l-proċess tat-tieni jeffettwa tal-ewwel.
Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16534, peress illi l-Vot IV Capital Item 7265 fl-estimi ġie mħallas, jista' l-Ministru jgħid lil min tħallas u x'kien l-akkwist mill-gvern jew l-amministrazzjoni pubblika għal dan il-ħlas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li is-somma msemmija ta’ Euro2,700,000 ġiet ivvutata biex ikun jista jiġi mwettaq proċess li permezz tiegħu il-gvern beda jipprovdi s-servizz tar-riċerki tar-Reġistru Pubbliku huwa stess minflok il-kumpanija privata li s’issa kienet tagħmel dan.
Din is-somma serviet biex jinxtraw databases, sistemi u apparat ieħor li ma kenux koperti fil-ftehim oriġinali u li l-kumpanija żviluppat addizzjonalment fuq dak li kien mitlub minnha matul il-perjodu tal-ftehim u li allura kienu propjeta tal-istess kumpanija. Dawn id-data files addizjonali inxtraw għaliex jikkumplementaw id-data files l-oħra li kienu diġà tal-Gvern u allura jiffaċilitaw u jżidu l korrettezza tar-riċerka.
Infurmat ukoll li bil-ħlas imsemmi mill-Onorevoli Interpellant l-affarijiet li akkwista l-Gvern jinkludu numru ta’ Data Files Addizzjonali li kienu proprjetà tal-Kumpanija Eureka Services Ltd kif ukoll diversi programme ta’ software u d-drittijiet intellettwali u dokumentazzjoni relattiva li l-kumpanija kienet żviluppat a spejjeż tagħha sabiex tkun tista’ taċċedi u timmanipula d-data files. Barra minn hekk ill-Gvern akkwista wkoll apparat divers li kien tal-kumpanija, fosthom servers, computers u CCTV camera u li huma bżonnjuzi sabiex l-operat ikun garantit. Barra minnhekk, il-kumpanija intrabtet ukoll li tassisti lill-Gvern u tħarreġ l-impjegati tiegħu biex isiru jafu kif taħdem is-sistema kollha li jmexxu u li l-Gvern ikun kapaċi jmexxi is-sistema hu waħdu kemm jista’ jkun malajr.
Id-data files addizzjonali li akkwista l-Gvern jinkludu:
· date file li jikkontjeni l-maternitajiet mill-1943 sa l-aħħar ġurnata tal-Ftehim – kumplessivament mhux anqas minn 2,892,401 rekord – u li huma meħtieġa biex jiddistingwu persuni bl-istess ismijiet jew fejn jintużaw isem differenti għall-istess persuna fil-perjodu ta’ qabel l-introduzzjoni tal-karta tal-identita’;
· date file li jindividwa l-Ipoteki bil-Garanzija ta’ Paċifiku Pussess kollha – kumplessivament mhux anqas minn 586,269 rekord – u li huma meħtieġa biex fir-riċerka tad-debiti jitħallew barra u b’hekk tonqos sostanzjalment l-ispiża tar-riċerka;
· date file bil-paternita' fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex mill-1859 sal-1902 – kumplessivament mhux anqas minn 35,132 rekord;
· date file ta’ kważi kull riferenza mal-Ipoteki kemm fir-Reġistru ta’ Malta kif ukoll dak ta’ Għawdex mill-1980 ‘il quddiem – kumplessivament mhux anqas minn 284,101 rekord
Is-Software akkwistat jinkludi:
· software li jorbot d-date file tan-noti ta’ ipoteka mad-date file tal-image relattiv;
· software li jikkreja, jimmanipula u jorbot flimkien d-database
· systems management software;
· is-sistema magħrufa bħala Pronline;
· software ieħor anċillari li jitħaddem mas-sistemi prinċipali
S’issa tħallset is-somma ta’ Euro 2,714,000 li tinkludi wkoll il-VAT. Din hi ċ-ċifra totali li ġiet maqbula mal-kumpanija biex il-gvern ikun jista, b’effet mix-xahar li għadda, jieħu post il-kumpanija f’kull aspett tal-ħruġ tal-istess riċerki.
Din is-somma ma tinkludix dik ta’ Euro 4,500 (u l-VAT) fix-xahar biex jitħarreg l-istaff u biex jiġi provdut support matul l-ewwel xhur li huma meqjusa bħala perjodu transitorju.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.
Peress li item 7265 Vot IV Capital fl-estimi tas-sena 2010 ġie mħallas u peress li l-Ministru tal-Finanzi żied ukoll dan il-vot biex ikopri l-ħlas kollu dovut, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-asset li akkwista l-gvern b'dan il-ħlas?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16985.