Special Olympics – għajnuna lil sportivi Għawdxin b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3743 u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, jew inċentiva tingħata lil dawk l-isportivi Għawdxin b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics?
Għaqdiet Sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports, lokalità b’lokalità? F'kull każ, f’liema dixxiplini sportivi huma attivi l-għaqdiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Qawra – skola primarja – applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3674 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonċernaw l-iskola primarja tal-Qawra? Min kien/u l-perit/periti li ssottomettew kull applikazzjoni u taħt liema entità/dipartiment eċċ. għamlu dan? Għal kull applikazzjoni, jista’ jgħid meta ġiet sottomessa, meta ġiet approvata u meta ħareġ il-compliance certificate? X'kienet ir-raġuni għal tibdil fil-perit bejn applikazzjoni u oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2602, 3249 u 3781 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1172 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 76 tas-16 ta’ Jannar 2023)
Ftuħ ta' aktar special schools għal tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux mistenni li jiftaħ iktar special schools għal tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali? Jista' jgħid jekk l-iskejjel eżistenti għal dawn it-tfal, bħal Guardian Angel, humiex kollha full up? Jista' jikkonferma li qed ikun hemm tfal li minflok fl-iskejjel qed jintbagħtu fi djar bħal Inspire jew Hand in Hand, u jekk iva x'follow up qed ikun hemm għal dawn it-tfal li jmorru f'dawn iċ-ċentri? Kif jitqabblu r-riżultati f'dawn iċ-ċentri mar-riżultati ta' skejjel speċjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentri tar-Riżorsi, li preċedentement kienu jissejħu Special Schools, mhumiex full-up u qed jgħaqdu l-ħtiġijiet kollha neċessarji. Il-Ministeru kontinwament jevalwa programmi, li jiġu monitorjati mill-Uffiċċjali Edukattivi, u li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal ċertu studenti bi ħtiġijiet partikulari. B’hekk ċertu studenti jattendu istituzzjonijiet edukattivi bħall-Inspire LinC u Hand in Hand.
Skejjel li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassijiet mainstream
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawk l-iskejjel li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassijiet mainstream, hux qed ikun hemm nurse fl-istess skola biex tieħu/jieħu ħsieb il-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu f'dawn iċ-ċirkostanzi fl-istess skejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel ikun hemm l-assistenza kemm tal-first aiders u kif ukoll tan-nurse fejn ikun hemm il-ħtieġa. Mhux kull min għandu bżonnijiet speċjali għandu/għandha bżonn l-intervent tan-nurse.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet rigward il-post permanenti għall-Middle School ta’ Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tkabbir u l-immodernizzar tal-Middle School li tifforma parti mill-Kulleġġ t’Għawdex hu parti minn proġett ikbar li jinvolvi wkoll il-bini ta’ Skola Primarja ġdida u ċentru għall-ħarsien tat-tfal. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jinsab fi stadju avvanzat ħafna, filwaqt li għaddejjin il-preparazzjonijiet biex jibda x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll ta’ finishes.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li qed ikunu mitluba mill-Ministeru sabiex permezz tagħhom jimpjega LSEs u Supply LSEs?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta’ eliġibilita u l-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tapplika għal LSE jew Supply LSEs huma skont il-ftehim kollettiv.
Eks Ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fi skejjel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li kienu mal-Air Malta u bl-agreement li ntlaħaq issa daħlu bħala għalliema fl-iskejjel Statali u tal-Knisja? Jekk hemm, jista' jgħid kemm hemm u x'salarju qegħdin jieħdu?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3795 u jgħid meta ser jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2602 u 3249 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara u cleaners
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2998 u jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i, imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata fis-siegħa, l-inqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tal-persuni impjegati direttament mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni joħorġu mill-estimi tal-Baġit, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’rabta mal-ħaddiema tal-kuntrattur, il-Gvern kien ħareġ ċirkolari fl-2014 li permezz tagħha ra li jkunu msaħħa l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-kuntrattur. Din tiġi aġġornata regolarment u tkun ikkomunikata lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet ta’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku biex jimxu magħha f’dan ir-rigward.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli mill-aħħar verżjoni taċ-ċirkolari, li nħarġet f’Diċembru li għadda u tirreferi għall-perjodu 2022-2024. Din tistabbilixxi kif il-ħlas (rata fis-siegħa) lil kuntratturi m’għandux ikun inqas mill-minimu stabbilit għal diversi kategoriji ta’ ħaddiema ingaġġati.
Eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk minn din is-sena skolastika hux ser ikun hemm xi tibdil għal dak li jikkonċerna eżamijiet jew assessment għal tfal bi bżonnijiet speċjali li qegħdin fi klassijiet mainstream, u li qabel kien ikollhom eżami partikulari għalihom? Dawn it-tfal ser ikollhom joqogħdu għall-istess eżami bħat-tfal l-oħra tal-istess klassi, meta qabel kienu joqogħdu għal eżami b'karti tal-eżami apposta għalihom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk it-tfal li kienu fuq iċ-ċekkjaturi kien ikollhom karti tal-eżami magħrufa bħala “alternative paper”. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li ser jibda jkun hemm karta ġdida livellata fuq miri ta’ tagħlim li ser tinkludi kisbiet ta’ ħiliet. B’hekk se tkun qed tingħata l-opportunità li t-tfal kollha juru l-kompetenzi diversi tagħhom fuq abiltajiet varji.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 3391.
Skejjel – kmamar għal tfal b’challenging behaviour
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru bediex jew hux se jibda diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur biex fl-iskejjel tagħna jkun hemm spazji jew kmamar għal tfal li jiġu meqjusa li għandhom challenging behaviour bħall-awtiżmu, sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jingħataw l-attenzjoni neċessarja? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Jista' jgħid jekk fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex jeżistux dawn il-kmamar/spazji? Jekk iva, f'liema skejjel jeżistu dawn il-kmamar/spazji?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-servizzi u faċilitajiet għal tfal b’challenging behaviour diġà jeżistu fl-iskejjel. Skejjel Primarji bħal ta’ Ħal Lija, Fgura, San Ġwann, Pietà, Birkirkara, Senglea, Birżebbuġa, Żebbuġ, Pembroke, Qawra u Marsaskala huma diġà mgħammrin bi kmamar Multi Sensorjali. Għaddej ukoll xogħol ieħor biex jiżdiedu aktar “Autisim Classes” fl-iskejjel Sekondarji u Medji.
Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3640 u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics? Jista' jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għajnuna finanzjara mogħtija lill-iSpecial Olympics Malta hi ta’ €400,000.
Kulleġġ ta’ Għawdex – Sejħa għal Educational Officer Curriculum
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-Kulleġġ ta' Għawdex b'mod speċifiku, ħarġitx sejħa għal EO (Educational Officer) Curriculum? Jekk iva, jista' jgħid jekk din il-vakanza mtlietx u f'każ li iva, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ħadet dan il-post hux qarib ta' Ministru fil-kabinett attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel f’Malta u Għawdex – First Aiders bil-korsijiet aġġornati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jgħid jekk hemmx first aider (bil-korsijiet aġġornati) għal kull skola f'Malta u Għawdex, kemm primarji, medji kif ukoll sekondarji? Jista' jagħti rendikont ta' kemm hawn first aiders bil-korsijiet aġġornati fil-livell primarju, medju u sekondarju? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu msejħa l-first aiders attwali biex jaġġornaw il-korsijiet li għandhom bħalissa (u li ta' wħud huma skaduti)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.