Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21990 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern minn Jannar sat-28 ta' Novembru 2010 minn fuq it-taxxa li daħħal fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22623.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tħallas lill-privat għall-elettriku ġenerat mill-pannelli fotovoltaiċi, jiġifieri jekk in-numru ta' units ġenerati mill-pannelli jitnaqqsux minn numru ta' units ikkonsumati jew inkella l-kont tal-konsumatur jitnaqqas bis-somma dovuta għan-numru ta' units li jkunu ġenerati mill-pannelli?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23172.
Malta Enterprise — użu ta’ diversi postijiet storiċi u importanti tal-gvern għall-skopijiet kummerċjali
Question
Billi ċ-chairman tal-Malta Enterprise qed jippronunzja ruħu dwar l-użu ta’ diversi postijiet storiċi u importanti tal-gvern għall-skopijiet kummerċjali inkluż il-qasam tar-retail, jista' l-Ministru jgħid u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-economic viability studies kollha li saru f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ċ-Chairman tal-Malta Enterprise kien ċar ħafna f’diskorsu waqt il-preżentazzjoni fuq investimenti infrastutturali intiżi biex itejjbu il-kompetittivita’ ta’ pajjiżna li saret mill-Banif Bank. Huwa ddikjara li dawn il-proġetti jirrapreżentaw kunċetti li jistgħu jiġu kkunsidrati għal siti strateġiċi u li jistgħu jkunu importanti għall-ftuħ ta’ setturi ekonomiċi ġodda jew tisħiħ ta’ setturi li qed joffru opportunita għal tkabbir. Fil-fatt huwa elenka wkoll l-aspetti li jridu jiġu kkunsidrati inkluż il-metodu li bih is-sit jiġi ġestit, l-aspetti kummerċjali u l-vijabilita’ tal-proġett innifsu kif wkoll il-ħarsien ta’ aspetti ambjentali u ta’ ppjanar. Huwa spjega li filwaqt li proġetti bħal Corporate Village Malta, Safi Aviation Park u l-Life Sciences Centre huma proġetti attwali u li qed jiġu mwettqa, hemm proġetti oħrajn li huma kunċettwali u li għadhom jridu jiġu msawwra.
Madankollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li dan kollu kien ppreżentat fl-isfond għall-attrazzjoni tal-investment barrani u għaldaqstant ikun aktar ta’ interess għall-investitur li jagħmel hu stess l-istudji ta’ vijabilita’ bħalma normalment isir meta l-Gvern joffri konċessjonijiet għal proġetti simili infrastutturali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riforma finanzjarja kontemplata mill-Korporazzjoni Enemalta tistax tinkludi żidiet oħrajn fit-tariffi tad-dawl f’pajjiżna – kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għall-bżonnijiet domestici?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22960.
Enemalta u l-Awrtorità ta' Malta għar-Riżorsi — infiq kapitali fuq investimenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ftehim li ġie rappurtat li ntlaħaq bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Awrtorità ta' Malta għar-Riżorsi – The Times 27.1.11 – li permezz tiegħu l-korporazzjoni se tkun irkuprat l-infiq tagħha kapitali fuq investimenti fuq medda stabbilita ta’ snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant għamel referenza għall-artiklu li iġġib id-data ta’ 27/1/11 fejn iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta ġie kwotatt li qal li fil-passat it-tariffi ma kienux jirriflettu l-investiment qawwi li qed isir b’mod partikolari fuq l-aspett ta’ ġenerazzjoni ta’ l-Elettriku. Iċ-Chairman kien qed jirreferi għall-introduzzjoni ta’ l-element ta’ Return on Capital Employed fil-mekkaniżmu tat-tariffi. Fis-sotto missjonijiet li ingħatat MRA fl-10 ta’ Diċembru 2009 il-Korporazzjoni Enemalta tablet għal skoppijiet ta kalkolazzjoni ta’ ROCE proposta biex il-wieghted average cost of capital ikun ta’ 8.4%. Dan il-prinċipju kien il-bażi ta’ kif inħadmu t-tariffi. Id-Dokumenti li qed nirreferu għalihom qegħdin fuq il-website ta’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena fl-aħħar ħames snin kemm Malta gawdiet minn Foreign Direct Investment? Minn liema setturi prinċipali kien ġej dan l-FDI f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23624.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema ditta huma? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Stabbilimenti kummerċjali — sospensjoni ta' dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing, li kellhom is-servizz ta’ l-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu ta’ 437 f’Malta u 4 f’Għawdex. Madankollu, ma kien hemm l-ebda sospenzjoni fis-servizz ta’ l-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' householdsli l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ households kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing, li kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu ta’ 1,276 f’Malta u 10 f’Għawdex. Madankollu, ma kien hemm l-ebda sospenzjoni fis-servizz tal-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' fabbriki li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ industriji/fabbriki kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing li kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu ta’ 8 f’Malta u xejn f’Għawdex. Ma kien hemm l-ebda sospenzjoni fis-servizz tal-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' lukandi li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ lukandi kif inhuma kategorizzati fis-sistema tal-billing li kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu 8 f’Malta u 1 f’Għawdex.
Kien hemm sospensjoni waħda tal-ilma f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23169 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid (apparti dawk ir-residenti li l-Gvern kien daħal fi ftehim magħhom fl-1999 u li s'issa dan il-ftehim għadu ma ġiex konkluż min-naħa tal-gvern) min huma dawk l-entitajiet, sew jekk huma governattivi kif ukoll mhux governattivi, li d-Diviżjoni tal-Proprjetà tal-Gvern daħlet jew se tidħol f'kuntratt magħhom dwar kiri ta' postijiet pubbliċi tal-gvern li hemm f'Tignè Point, Sliema? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamta kopja dettaljata tal-kuntratti li saru s'issa mal-entitajiet rispettivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23168.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23453, 23167, 23030 u 22561 u jgħid x'kienu l-prezzijiet li bihom il-konsumaturi xtraw kull litru ta' petrol u diesel tul is-sena 2010?
Matul is-sena 2010 l-Korporazzjoni Enemalta użat l-għodda tal-
hedging
fix-xiri tal-
petrol
u
diesel
biex iżżomm stabbli ċ-ċaqliqiet fil-prezzijiet għall-konsumatur? Jekk iva, kif sar u meta sar il-
hedging
?
Matul is-sena 2010 l-Enemalta għamlet arranġamenti ta' hedging tal-prezz tad-Dollaru Amerikan mal-Euro biex b'hekk iżżomm stabbli għall-konsumatur iċ-ċaqliqiet li kien hemm bejn iż-żewġ muniti? Jekk iva, kif sar dan il-hedging?
L-Enemalta għandha kumitat biex jixtri l-fuel? Jekk iva, min huma l-membri tal-kumitat? X'inhu s-sehem tagħhom fix-xiri tal-fuel tal-Enemalta? Jekk qed isir hedging, min jagħmlu, fuq liema bażi u min qed jieħu d-deċiżjonijiet dwar kif isir?
Jekk m'hemmx kumitat apposta biex jixtri l-fuel għall-Enemalta, kemm għall-ġenerazzjoni tad-dawl kif ukoll biex imur għand il-konsumaturi, min kienu l-persuni awtorizzati biex jixtru dan il-fuel għall-Enemalta tul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess għax-xiri tal-petrol u diesel jitmexxa mill-Fuel Procurement Committee fi ħdan il-Korporazzjoni, li lista tal-membri tiegħu qed tidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-proċess għax-xiri ta’
petrol
u
diesel
isir permezz ta’
tender
. Wara li jidħlu offerti assenjati mill-
Fuel Procurement Committee
u jitpoġġew f’ordni ta’ meritu. Wara jinfetħu negozjati ma’ l-aħjar offerta. Waqt il-proċess ta’ l-aġġudikazzjoni, jiġu kkonsidrati sigurtà tal-prodott, il-kredibilità tal-
bidder
, il-prezz li ġie offrut, il-metodu abbażi ta’ kif jiġi kkalkulat il-prezz internazzjonali, u l-
credit turns
.
Il-Korporazzjoni għandha Risk Management Committee li jieħu deċiżjonijiet ta’
hedging
fil-każ tax-xiri ta’
fuel oil
u
gas oil
biss, peress li mhijiex
policy
tal-Korporazzjoni li tixtri
fuel
ieħor permezz ta’
hedging
.
Fil-każ ta’
petrol
u
diesel
, id-dettalji dwar it-
tenders
għax-xiri ta’
petrol
u
diesel
matul l-2010 mill-Korporazzjoni qed jidhru f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti ta’
petrol
u
diesel
iħallu medja ta’
gross profit
€0.087 kull litru. Minn dan il-
gross profit
, iridu jitnaqqsu l-ispejjeż relatati ma’ ħażna, distribuzzjoni u amministrazzjoni. Peress li jinxtraw aktar tipi ta’ prodotti dawn l-ispejjeż jittieħdu globalment mill-
Petroleum Division
, u ma jistgħux jiġu allokati skont il-prodott partikolari. B’hekk in-
net profit
ma jistax jinħadem skont il-prodott. L-ammont ta’ VAT li jitħallas fuqu l-
petrol
u
diesel
huwa skont kif stipulat bil-liġi, jiġifieri 18% tal-valur.
Il-qliegħ għall-pompi tal-
petrol
huwa ta’ €0.051 bħala medja fuq kull litru.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Tabella Ċ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, turi l-prezzijiet għall-Konsumatur għall-2010.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 23698.docPapers Laid 2 - PQ 23698.xlsPapers Laid 3 - PQ 23698.doc
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23452, 23166, 23029 u 22560 u jgħid matul is-sena 2010, l-Korporazzjoni Enemalta kemm-il darba xtrat petrol u diesel?
X'kienu l-kwantitajiet u l-prezzijiet li bihom xtrat il-
petrol
u d-
diesel
l-Korporazzjoni Enemalta fix-xirjiet li għamlet tul is-sena 2010?
X'metodu użat il-Korporazzjoni Enemalta meta ddeċidiet li tixtri l-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat tul is-sena 2010?
Jekk xtrat wara li ħarġet is-sejħa għall-offerti tul is-sena 2010, x'offerti oħra rċeviet l-Enemalta kull darba li xtrat il-petrol u d-diesel tul is-sena 2010?
Xi prezzijiet ħallset l-Enemalta għall-ġarr bil-vapuri tal-kwantitajiet ta' petrol u diesel li xtrat l-Enemalta tul is-sena 2010?
Xi qligħ għamlet l-Enemalta fuq kull litru ta' petrol u diesel li biegħet l-Enemalta tul is-sena 2010 minn dak li xtrat fl-istess sena?
X'VAT intuzat fuq il-bejgħ ta' kull litru petrol u diesel tul is-sena 2010 mixtri fl-istess sena 2010 mill-Enemalta?
X'inhu l-qligħ li jsir mill-pompi tal-petrol fuq kull litru ta' petrol u diesel mibjugħ tul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23698.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22953, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti jew tar- riżoluzzjoni parlamentari li permezz tagħha ngħatat l-art skont dawn il-kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għat-tweġiba parlamentari 22953, l-art ġewwa Ħal Qormi ngħatat b’ċens perpetwu mhux rivedibbli lill-kumpanija Lowenbrau b’mod dirett, skont id-disposizzjoni tal-artikolu 4 (b) tal-Iskeda annessa mal-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268) tal-Liġijiet ta’ Malta, jiġifieri għall-użu tal-art għal skopijiet industrijali, li f’dan il-każ speċifikament għall-produzzjoni ta’ xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku. Kopja ta’ din l-Iskeda qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23674 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti data definittiva meta dawk is-sidien ta' proprjetà fil-kuntrada ta' Kirċeppu s-Siġġiewi li ħadu plots jew djar tal-gvern li ħallsu l-prezz tagħha kif ukoll fdew iċ-ċens relattiv se jkunu jistu jingħataw titolu għall-proprjetà tagħhom? Ħafna minnhom qed isibuha diffiċli jagħmlu trasferimenti tal-proprjetà minħabba problemi mal Banek? Jekk hemm xi problema legali li qed iżomm dan il-proċess jista' jispjega x'inhi din il-problema biex b'hekk tkun tista' tiġi identifikata xi soluzzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġà ġie spjegat fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23197, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għadu m’għamilx il-kuntratti mas-sidien tal-artijiet li ġew esproprijati, u għaldaqstant, il-kuntratti taċ-ċens bejn l-Awtorità tad-Djar u s-sidien tal-HOS plots ma jistgħux isiru. Naturalment, il-banek qegħdin isibuha diffiċli biex isellfu flus għat-trasferiment ta’ dawn il-plots lil sidien ġodda, minħabba li ma jistgħux jagħmlu ipoteki fuq dawn l-HOS plots. Id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex itaffi din il-problema billi kull sena jottjeni l-fondi neċessarji biex ikun jista’ jħallas is-sidien oriġinali tal-art. Fil-fatt, fl-Estimi ta’ din is-sena, ġew allokati l-ammont ta’ tliet miljun euro għal dan il-għan, filwaqt li fis-sena 2010, tħallset is-somma ta’ €841,456 bħala kumpens lis-sidien ta’ artijiet li l-art tagħhom ittieħdet għal bini ta’ Housing Estates fir-Rabat u f’Santa Luċija. B’hekk wara li l-art tiġi mixtrija, din tkun tista’ tiġi trasferita lil-Awtorita’ tad-Djar li min-naħa tagħha tkun tista’ tikkonkludi l-kuntratti mar-residenti li għadhom fuq konvenju.
Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23588 u 23351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23554 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega għaliex għadd ta' residenzi fit-Triq tal-Barrani għadhom mingħajr is-servizz bażiku tad-drenaġġ minkejja li dawn ir-residenzi ilhom hemm ġenerazzjonijiet sħaħ? X'qed iżomm milli jsir dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn ir-residenzi għadhom servuti permezz ta’ fossa (li bħalhom hawn numru oħra madwar Malta), liema fossa titbattal b’xejn mil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Biex jitqabbdu dawn ir-residenzi trid issir mina żgħira li tinħtieġ investiment qawwi. Dan ix-xogħol jifforma parti mill-master plan li għamlet il-KSI dwar l-infrastruttura tad-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Gozo Channel Co? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Gozo Channel Co. Ltd f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ ħaddiema mpjegati mall-Gozo Channel huwa 240 fejn minnhom 189 ħaddiema huma Għawdxin u huma kollha stazzjonati fl-uffiċċini, fil-port tal-Mġarr, fil-port taċ-Ċirkewwa jew fuq il-vapuri