Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq il-Bergamott

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Bergamott ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Tranport Malta nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq il-Farinal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Farinal ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta , nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta — letter box fi Triq il-Parjan

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir letter box fi Triq il-Parjan, Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor Interpellant li s-servizzi postali f'Malta huma fornuti minn entità privata. Intant iżda qed nghaddi s-suġġeriment tal-Onor Interpellant lill-Awtorita' dwar il-Komunikazzjoni biex tassigura li ż-żona tkun servuta skond il-kriterji stabbiliti mir-regolatur dwar is-servizz postali.

Mellieħa — triq li mhijiex aċċessibbli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-triq magħrufa bħala Qasam Barrani, limiti tal-Mellieħa, u li fiha saru l-mains tad-drenaġġ matul is-sena li għaddiet, fil-fatt tiġi rranġata għaliex filwaqt li qabel din it-triq setgħet tintuża mill-bdiewa, issa din m'għadhiex aktar aċċessibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mina ta' Santa Venera — ilma jnixxi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15670 u jgħid x'inhi l-kawża tal-ilma li dejjem inixxi mill-mina ta' Santa Venera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ilma fil-mina kien ilu jinżel sa minn meta kienet saret il-mina u jinżel l-iktar wara li tkun għamlet ħafna xita. Meta kienet saret il-mina kien irrapurtat li l-blat fih numru ta' xquq li jagħmluha diffiċli biex wieħed jillokalizza minn fejn ikun ġej l-ilma. Madanakollu, Transport Malta stallat sistema kif dan l-ilma ma jibqax nieżel għal fuq il-vetturi u fl-istess ħin qed issegwi l-kundizzjoni tal-konkos tal-mina. Fil-fatt ittieħdu anke xi samples tal-konkos qabel twaħħal l-imsemmi lqugħ li qed jiġi evalwat.

Tarmac cracks fil-Bypass tal-Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15668 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward il-bypass tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kulma jmur din it-triq qed jiżdiedu t-tarmac cracks minkejja li skond il-Politika tal-Gvern din it-triq kellha sservi għal 20 sena u tkun il-mudell ta' kif għandhom jinbnew it-toroq fil-gżejjer tagħna? Jista’ jaġġornani x'sar mill-konsiderazzjonijiet li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kif skont l-esperti lokali u barranini li kkonsultajt magħhom offrew soluzzjoni sabiex ma jirrepetux żbalji fuq xogħlijiet ta' toroq rurali oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mina ta' Santa Venera — ilma nieżel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15669 u jgħid kemm ilu jiġi rappurtat l-ilma nieżel fil-mina ta' Santa Venera?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 17077.

Żejtun — Misraħ l-Indipendenza - riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara meta se ssir ir-riabilitazzjoni ta' Misraħ l-Indipendenza ż-Żejtun li bħalissa jinsab fi stat tal-biki?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kuntatti mal-Unjoni Ewropea u/jew istituzzjonijiet tagħha dwar funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt primarjament dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-teatru il-ġdid minflok l-Opera House l-antika? Jekk iva, kien hemm xi feedback indikattiv min-naħa tal-Unjoni Ewropea dwar dan, u x'kien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-GHRC m’għamlet l-ebda kuntattti mal-Unjoni Ewropea u/jew istituzzjonijiet tagħha dwar funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt primarjament dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-teatru l-ġdid minflok l-Opera House.

Stallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-erba' kumpaniji li tefgħu formalment il-bid tagħhom s'issa għall-kuntratt tal-istallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew? Jekk huma konsorzja, minn min huma komposti? Minn min huwa kompost il-bord tal-membri tal-aġġudikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Taxis mingħajr meter

Question

Fid-dawl ta' rapporti li dehru fl-istampa lokali li hemm għadd ta' sewwieqa tat-taxis li qed jaħdmu mingħajr meter bi ksur sfaċċat tal-liġi, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm minnhom li qed jagħmlu dan? X'multi ngħataw s'issa fejn irriżultaw każijiet simili? Jeżisti freephone service kemm għall-Maltin u l-barranin fejn jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom in real time jekk jiltaqgħu ma' każijiet simili kif ukoll ma' każijiet oħrajn kif allegat fejn xufiera jkunu lesti li jrikkbu nies mingħajr meter?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġetti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jinbeda u jitlesta kull proġett f’Għawdex li hemm inkluż fir-rapport dwar ħolqien jew tkabbir ta' yacht marinas? Inbeda u/jew tlesta xi proġett li hemm inkluż f’dan ir-rapport? Jekk fl-affermattiv, liema huwa/huma l-proġett/i? Meta nbdew u meta tlestew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16917 u 16520 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mina ta' Tignè biex tinfetaħ għat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16894, 16655, 16398 u 15941 u ċioe: Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li għad hemm xi xogħlijiet għaddejjin fuq il-proġett ta' Tigne' fuq in-naħa ta' Qui-si-Sana mhux għaqli li l-mina in kwistjoni tinfetaħ b'mod sħiħ f'dan l-istadju.

Bormla/Birgu — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar il-possibilità li jsiru pelican lights bejn Bormla u l-Birgu ħdejn il-Cafe Riche ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin Transport Malta ser toħroġ sejħa għall-offerti sabiex isir dan ix-xogħol.

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti b'ħafna iktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta — Wiċċ ġdid lit-Triq EB Vella

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq E.B. Vella ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna aktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.