Legislature:
Category:
Reset
Active:

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4416 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3785 rigward għajnuna lil sportivi b’diżabilità, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għawdex – manutenzjonijiet fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3647 u jgħid matul is-sena 2022 sal-lum kemm kienet in-nefqa: a. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja ta' Kerċem; b. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja taż-Żebbuġ; ċ. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-Iskola Primarja tal-Għarb; d. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex? F'kull każ, jista' jagħti data meta se jkun lest ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

American University of Malta – Audit Report

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3756, peress li għall-kuntrarju tat-tweġiba tal-Ministru, l-aktar audit report reċenti li wieħed jista’ jaċċessa huwa dak li kien ippubblikat fit-13 ta’ Lulju 2021, u li sar bejn it-13 u l-15 t’Ottubru 2020 hekk kif indikat fl-istess rapport, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena sarx proċess ta’ awditjar lill-American University of Malta (AUM) sabiex f’Awwissu din kellha l-liċenzja mġedda għal ħames snin oħra, liema estensjoni tal-liċenzja kienet ikkonfermata mill-Ministru stess fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2680?.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3756, dik ir-risposta hi korretta fejn l-Institutional Audit, li abbażi tiegħu toħroġ il-liċenzja, kien u għadu jinsab online.

Qawra – Skola Primarja — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra għadu mhux miftuħ għall-użu tal-pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2538, ninfurmah ukoll li ser jiġi ffirmat ftehim fit-12 ta’ Diċembru. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)

Qawra – Skola Primarja — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx jew kienx hemm diffikultajiet dwar aċċessibbilta u ingress ta’ ilma fil-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra li għadu mhux miftuħ għall-użu tal-pubbliku? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar dawn iż-żewġ materji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4526.

Qawra – Skola Primarja – compliance certificates

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk inħarġux il-compliance certificates kollha relatati mal-Iskola Primarja tal-Qawra u l-parkeġġ tal-istess skola? Jekk dawn il-compliance certificates ma nħarġux kollha, liema huma dawk li għad iridu jinħarġu u fiex wasal il-proċess għal kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4526. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)

English Speaking Union — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Ministeru tiegħu għażel li jwaqqaf il-kuntratt li kien jiġġedded kull sena b’risq programmi mmirati biex studenti jtejbu l-ħiliet tagħhom ta’ komunikazzjoni bl-Ingliż? Se jkun hemm programmi ġodda li jservu l-istess funzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi ma ġġeddidx minħabba diversi raġunijiet fosthom li l-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fl-abbiltajiet tal-għalliema kemm fit-tagħlim tal-ħiliet kollha tal-lingwa Ingliża, u kif ukoll dik mitkellma. Fil-kurrikulu dawn il-ħiliet ikunu diġà inklużi u jiġu mgħallma u pprattikati f’kull skola.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi Għawdxin b’diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3785 u 4132, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-fondi se jingħataw lil dawk l-isportivi Għawdxin b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi kollha li jingħataw minn Special Olympics jibbenefikaw minnhom l-atleti b’mod ekwu bla ebda distinzjoni bejn Maltin u Għawdxin.

Skejjal tal-Gvern – Laboratory Technicians – promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians ġewwa l-iskejjel tal-Gvern jingħataw il-promotions ta' ATO, TO, STO U PTO? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sport Malta – Bord tad-Diretturi – membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ SportMalta, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Kunjom Isem Date of Appointment Okkupazzjoni Decelis Andrew 30/11/2021 Chairman Pisani Matthew 12/07/2022 Deputy Chairman Bartolo Keith 06/05/2013 Direttur Bugeja Gianella 06/04/2020 Direttur Cachia Alfred 06/05/2013 Direttur Calleja Anna 01/12/2014 Direttur Marlow Mark 28/07/2016 Direttur Mizzi Alexandra 12/07/2022 Direttur Pace Bonello Julian 01/04/2014 Direttur Cassar Joseph 06/05/2013 Segretarju

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3785 rigward għajnuna lil sportivi b’diżabilità, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – infrastruttura tal-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-infrastruttura tal-Iskejjel ta' Għawdex għadhiex taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu u jekk le, taħt min ġiet, kemm ilha hekk u x' kienet ir-raġuni li sar dan it-tibdil?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għaċ-ċirkulari maħruġ mill-OPM numru 06/2022.

Għaqdiet Sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4177 u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports, lokalità b’lokalità? F'kull każ, f’liema dixxiplini sportivi huma attivi l-għaqdiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3903 rigward eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-karta livellata hux se tkun standardizzata għal kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università ta’ Malta – studenti li komplew bil-kors ta’ Masters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li qed ikomplu kors ta’ Masters eżatt wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ baċellerat? Kemm minn dawn jieħdu jew ħadu xi forma ta’ grant jew stipendju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 1,223 student li jattendu kors fil-livell ta’ Masters. L-istudenti li jibbenefikaw mill-istipendju hu skont l-artikolu 13(ċ) tal-leġiżlazzjoni (SL.605.06).

Qawra – skola primarja – applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3674 u 4038 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonċernaw l-iskola primarja tal-Qawra? Min kien/u l-perit/periti li ssottomettew kull applikazzjoni u taħt liema entità/dipartiment eċċ. għamlu dan? Għal kull applikazzjoni, jista’ jgħid meta ġiet sottomessa, meta ġiet approvata u meta ħareġ il-compliance certificate? X'kienet ir-raġuni għal tibdil fil-perit bejn applikazzjoni u oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar huma: PA/00283/16, PA/1696/16, PA/2166/18 u PA/7961/21. Il-periti konċernati huma: il-Perit Andrew Ellul, il-Perit Charles Buhagiar u l-Perit Nicholas Inguanez.

Klabbs tal-għawm u tal-waterpolo – sponsorships, grants u għajnuniet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu u kemm kienu jammontaw: a) l-isponsorships, b) grants; u ċ) għajnuniet oħra li ngħataw lill-klabbs tal-għawm u tal-waterpolo? Jista’ jgħid liema klabbs ibbenefikaw minnhom? Jista’ jgħid jekk għas-sena li ġejja hemmx il-ħsieb illi klabbs oħrajn jibbenefikaw ukoll u jekk iva, liema se jkunu dawn il-klabbs? Jista’ jgħid liema kriterju/i qegħdin jiġu applikati biex jitqassmu dawn l-għajnuniet u jekk il-klabbs lokali kollha humiex informati b'dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i imma li qed jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.