Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Enterprise? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Enterprise f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise timpjega 110 impjegat. Fl-uffiċċju ta’ Għawdex jaħdmu 2 ħaddiema Għawdxin filwaqt li f’Malta hemm ħaddiem wieħed Għawdxi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar VAT il-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin minn għaqdiet u entitajiet, djar eċċ li joperaw fil-qasam tad-diżabilità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux din l-informazzjoni minħabba li d-data li għandu ma tisseparax għaqdiet ta’ persuni b’diżabilità minn għaqdiet oħrajn.
.Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq hu mistenni li jitqiegħdu fihom sistemi ġodda tad-drenaġġ matul din is-sena, fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt it-12-il distrett elettorali? Liema minn dawn ix-xogħlijiet diġà ħarġu t-tenders għalihom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija li tqiegħed sistemi ġodda tad-drenaġġ fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt it-tnax-il distrett elettorali kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sa issa għadha ma ħarġet l-ebda
tender
għal dan ix-xogħol. Dawn ix-xogħolijiet ser jiġu mgħoddija lil Transport Malta biex toħroġ it-
tender
u fil-każ ta’ Sqaq Campra (Burmarrad) ix-xogħol isir max-xogħol ta’
resurfacing
li se jagħmel il-kunsill.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jiżdiedu, jew jinbidlu l-pompi tad-drenaġġ li hemm stallati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Kull kemm żmien issir il-maintenance regolari ta' dawn l-istess pompi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar huwa ppjanat li tiġi installata pompa ġdida fl-area tal-Veccja biex jiġu eliminati numru ta’ fosos. Mhux mistennija li jinbidlu pompi eżistenti. Dawn l-istess pompi jiġu mantenuti kull tlett xhur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk:
a) il-Korporazzjoni Enemalta fadliliex ħażna ta' kimika magħrufa bħala
methyl mercaptan
;
b) il-Korporazzjoni qatt għamlet użu minn din il-kimika fil-passat; u
ċ) x'kien l-użu tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta m’għadiex tuża din il-kimika, wara li madwar 4 snin ilu kienet waslet konsenja li ntużat kollha. Din il-kimika kienet intużat biex titħallat mal-gass li kien bla riħa, u li seta’ jippermetti li dan jintagħraf.
Enemalta — call for application għall-manager ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk ħarġitx internament jew esternament
call for application
għall-
manager
il-ġdid li bħalissa qed jieħu ħsieb il-
customer care
tal-Korporazzjoni Enemalta li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament;
b) x'inhi l-kariga ta' din il-persuna;
ċ) x'pakkett finanzjarju ġie offrut lil din il-persuna u kif iddaħħal fil-Korporazzjoni Enemalta;
d) għalfejn il-pożizzjonijiet ta' managers mhux qed jimtlew mill-istess inġiniera u professjonisti li diġà hemm impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta u jekk dan il-fatt huwiex jurta bil-kbir l-istess union tal-inġiniera;
e) minnu li l-customer care tal-Korporazzjoni Enemalta dalwaqt se tingħalaq jew tiġi assorbita kompletament mill-Arms Ltd.? Jekk dan huwa minnu allura dan l-individwu li sa ftit żmien ilu kien impjegat tal-Air Malta għalfejn iddaħħal jaħdem f'kariga għolja propju f'din is-sezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-post imsemmi ġie assenjat wara li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet internament u esternament għall-posts ta’ Strategy Analyst u Business and Strategy Manager. L-esiġenzi tal-Korporazzjoni talbu li n-numenklatura ta’ Strategy Analyst tinbidel għal Business Manager.
Mhux possibbli li jingħataw dettalji dwar il-pakkett finanzjarju minħabba raġunijiet kunfidenzjali u minħabba d-drittijiet ta’ privatezza ta’ l-impjegati taħt il-liġijiet applikabbli għad-divoluzzjoni u ppubblikar ta’ informazzjoni.
Il-persuna riferuta ġiet magħżula wara sejħa għal applikazzjonijiet miftuħa għal kulħadd, kemm internament u esternament.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' self employeed li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li fis-sistema tal-billing ma jkunx hemm tagħrif ta’ min hu self employed.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' kumpaniji li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk mill-pumping station tal-ilma fl-Imġarr hux qegħdin itellgħu ilma kontaminat? Biex inhu kontaminat dan l-ilma u kemm ilu f'dan l-istat? X'qed isir b'dan l-ilma bħalissa? X'miżuri qegħdin jittieħdu biex jindirizzaw din il-problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-Imġarr pumping station, il-KSI mhix qed ittella’ ilma kontaminat. Fil-preżent, wara li xi sentejn ilu, kien ġie irraportat “leak” tal-fuel minn pompa tal-petrol fi prossimità viċin ħafna tal-“pumping station” lill-awtoritajiet u minħabba illi l-istess ilma ta’ l-Imġarr PS jitwassal sa ġibjun prinċipali wara li jitħallat ma’ l-ilma ta`-ċirkewwa RO, bi ftehim mar-Regolatur, l-MRA, il-KSI, ma ħadet l-ebda riskju u immedjatament ħadet azzjoni billi iżolat dan is-sors mis-sistema tal-ilma tax-xorb. Il-monitoraġġ għadu fis-seħħ peress li il-moviment tal-fuel minn go l-istrati tal-blat f’dik iż-żona huwa difficli w jaf jieħu ċertu żmien. Qabel ma jkun magħruf b’ċertezza li l-fuel fl-ilma ta’ taħt l-art eventwalment ma jistax isib ruħu fl-“aquifer”, l-ilma minn din il-pumping station sa jibqa’ iżolat mis-sistema tad-distribuzzjoni.
Sadanittant, qegħdin jibqgħu isiru aktar testijiet fil-laboratorju sabiex jiġi stabbilit jekk l-ilma minn din il-pumping station jistax għal darb’ oħra jiġi użat fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23307 u jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-protest ġudizzjarju li ġie intavolat fil-qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fir-rigward il-Belveder fi Triq Ħamri f'Għajnsielem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern intavola l-protest ġudizzjarju fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex fl-4 ta’ Jannar 2011, fejn l-intimat ingħata 8 ġimgħat żmien, li jiskadu fl-4 ta’ Marzu 2011, biex jippristina l-Belvedere fi Triq Ħamri, Għajnsielem, lura għall-istat oriġinali, kif ukoll, biex jagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati fuq art pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi statistika (nisa għalihom u rġiel għalihom) tal-aħħar ħames snin dwar ir-rata ta' impjieg, qgħad, dawk li mhumiex ekonomikament attivi u li qed ifittxu x-xogħol u persuni b'diżabilità?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-ETC.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Freeport Corporation Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Freeport Corporation Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Freeport Corporation Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Industrial Park Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Industrial Park f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks timpjega 39 impjegat u għandha biss uffiċċju wieħed f’Malta. Ma jaħdmux Għawdxin f’dan l-uffiċċju. Ta’ min jinnota li l-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex, li jimpjega 2 Għawdxin, iservi ukoll bħala kuntatt għall-MIP.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Gozo Ferries Co. Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Gozo Ferries Co. Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mal-kumpanija “Gozo Ferries” m’hemmx impjegati Maltin u lanqas Għawdxin.
Malta External Trade Corporation Ltd — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta External Trade Corporation Ltd? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta External Trade Corporation Ltd f’Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta External Trade Corporation waqfet topera fl-2004 meta il-funzjonijiet tagħha flimkien ma' dawk tal-MDC u l-IPSE saru r-responsabbiltà tal-Malta Enterprise.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-Selmun Palace Hotel għadhiex qed topera jew le? Billi din il-lukanda tagħmel parti mill-proprjetà tal-Air Malta (jew amministrata mill-istess Air Malta) jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi rabta bejn it-tħaddim ta' din il-lukanda u t-tibdil li mistenni jseħħ fl-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22562.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikolari biex dak li kien Fort Campbell f'Selmun, Mellieħa jiġi restawrat, in parti mibni mill-ġdid, biex ikun jista' jintuża għal xi skop speċifiku? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi talbiet mill-privat biex dawn l-inħawi jiġu amministrati mill-privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern irċieva diversi talbiet mill-privat għall-immaniġjar ta’ din il-Fortizza. Fid-dawl ta’ dawn it-talbiet, id-dipartiment qiegħed jikkunsidra l-aħjar użu għal din il-proprjetà.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23573, jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti mqabbda mill-Arms Ltd għax-xogħol li qiegħed isir fl-uffiċċju tagħha fi Blata l-Bajda? Kif intagħżlu dawn il-periti u kemm qegħdin jitħallsu għax-xogħol li jridu jagħmlu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-periti li tqabbdu sabiex jagħmlu xogħlijiet fl-uffiċini l-ġodda fi Blata l-Bajda, huma ta’ Kalaxlokk Ltd.
ARMS Ltd. qabbdu periti sabiex jivvalutaw
il-
bill of quantity
ippreżenta minn Kalaxlokk Ltd. Id-dettalji ta’ dawn il-periti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rikors ġie intavolat quddiem il-Maġistrat li tippressjedi l-kawżi tal-VAT fis-snin 2009 u 2010, fejn skont il-proċedura l-ġdida tkun intalbet maħfra? Jista’ jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa? Jekk jirriżulta li l-ebda wieħed minn dawn ir-rikorsi ma jiġi milqugħ, ma jidhirlux li għandha tinbidel il-liġi fejn il-Maġistrat jingħata d-deskrizzjoni li jiddeċiedi anke meta l-Kummssarju tal-VAT ikun qed jopponi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’huwiex l-awtorita’ kompetenti sabiex jikkonferma kemm ġew intavolati rikorsi fil-qrati quddiem il-Maġistrat li tippresjedi fuq il-kawżi tal-VAT fis-snin 2009 u 2010, fejn skont il-proċedura l-ġdida tkun intalbet maħfra.
Għaldaqstant dan id-dipartiment m’għandux dettalji ta’ din l-istatistika u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja.