Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imnaddfa widien bejn l-2006 u 2008 u liema huma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-widien li tnaddfu bejn l-2006 u 2008 hu skond kif ġej:
Qormi ………….. Wied is-Sewda
Wied il-Kbir.
Żebbuġ………….. partijiet minn Wied Ħesri
partijiet minn Wied il-Baqqijja,
Wied Qirda
Wied San Martin.
Siggiewi………… partijiet minn wied Ħesri
Attard …………... partijiet minn wied Irmiedi, u
partijiet minn wied Incita,
wied il-Hemsijja
Mtarfa……………partijiet minn wied il-Qlejja
Ic-
Chadwick Lakes
Rabat …………… Wied Morfu
Wied tal-Isqof,
Burmarrad………. partijiet minn Wied il-Għasel,
wied Qannotta.
Marsascala……….Wied il-Għajn
Birzebbugia………partijiet minn wied il-Qoton
Marsa ……………Il-Korsa tal-ilma ta’ madwar il-Korsa taż-żwiemel
Il-golf grounds.
Irid jingħad li l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-widien jitnaddfu kull sena. Irrid ngħid ukoll li ma dan ix-xogħol sar tindif u manutenzjoni ta’ diversi ġibjuni fosthom tnejn il-Gudja li jieħdu l-ilma tal-ajruport, tal-Għammieri, tnejn fi Triq Garibaldi l-Marsa, dak ta’ Wied Garnaw, Santa Lucia, dak ta’ Wied Inċita Ħ’Attard u dak ta’ Triq il-Wied ta’ B’Kara, Msida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bring-in sites f'Malta u Għewdex? Min jiddeċiedi fejn jitpoġġew dawn il-bring-in sites? Kemm-il darba jiġu mnaddfa fil-ġimgħa? Kemm jiġu jiswew sabiex jinżammu dawn il-bring-in sites kull waħda? Hemm il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Kemm inġabru tunnellati ta' skart minn dawn il-bring-in sites matul is-sena 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li bħalissa (Lulju 2008) hawn 187 bring-in-sites f’Malta, u 23 f’Ghawdex. Il-postijiet fejn jitpoġġew dawn il-bring-in-sites jiġu deċiżi flimkien mal-Kunsilli Lokali. Il-bins tal-plastik u tal-karta jitbattlu darbtejn fil-ġimgħa, filwaqt li tal-metall u tal-ħġieġ jitbattlu darba fil-ġimgħa. Kull sit jiswa €8.15 kuljum biex jitbattal u titnaddaf id-dawra tagħhom. Il-ħsieb hu li dawn is-siti jiżdiedu għal 300. Matul is-sena 2007, inġabar total ta’ 2,910,000 kilogrammi ta’ skart separat mill-bring-in-sites.
Fl-istess proġett, twaqqfu wkoll 200
bring-in-site
fi skejjel f’Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Environmental Landscape Consortium (ELC) għandux l-inkarigu li jsebbaħ l-open spaces, central strips,roundabouts eċċ li hemm fit-triq li minn Ħal Qormi tagħti għalfejn l-arjuport il-qadim (Triq Ħal Qormi/Ħal Luqa/San Tumas)? Jekk iva,għaliex dawn il-postijiet m'humiex miżmuma fi stat tajjeb? Jekk le, jikkonsidra l-Gvern li dawn il-postijiet għandhom jingħataw lill-ELC inkella lil xi kumpannija oħra biex jinżammu fi stat tajjeb partikolarment meta wieħed jikkonsidra li minn din it-triq ħafna turisti jieħdu l-ewwel u l-aħħar impressjoni ta' pajjiżna?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1926, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni, u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjani biex jitranġaw t-toroq li miż-Żejtun jgħaddu għal Delimara biex tagħmilha possibbli li ċittadini kuxjenżjużi jkunu jistgħu jagħmlu passiġġati fil-kampanja jew imorru dawra bir-rota u li t-turisti kuxjenzjużi jagħmlu ġiti ta' ekoturiżmu f'dawn l-inħawi sbieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar — Trejqet il-Lixka - Tindif ta' culvert
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir tindif tal-culvert fi Trejqet il-Lixka San Pawl il-Baħar, li minnu jgħaddi l-ilma tax-xita li jkun inġabar minn diversi toroq fl-inħawi qabel jispiċċa l-baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li r-responsabiltà għat-tindif tal-culvert fi Trejqet il-Lixka San Pawl il-Baħar hija tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Madankollu, id-Dipartiment ser jieħu l-inizzjattiva biex jikkomunika mal-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar biex jara li dan it-tindif isir.
San Pawl il-Baħar — Tindif tal-kanali tal-ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir it-tindif neċessarju tal-kanali tal-ilma tax-xita fit-triq ta' ħdejn Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn spezzjoni li saret mid-Dipartiment ma jidhirx li hemm ostakli biex jgħaddi l-ilma. Instab xi ħaxix u materjal żgħir li qed jitneħħa. Irid jingħad li t-tindif tal-kanali tal-ilma tax-xita fit-triq ta' ħdejn Kennedy Grove, San Pawl il-Baħar, isir regolari skond il-programm tax-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-masġar taż-żebbuġ li hemm qrib il-bajja tax-Xemxija jiġi rranġat b'mod li fih isiru bankijiet u passaġġi għan-nies, kif ukoll issir tindifa u żabra tal-istess siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor membru għat-Tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Nru 2191 fis-Seduta 38.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fish farms li fil-preżent joperaw fl-ibħra Maltin? X'tip ta' ħut u x'kwantitajiet jipproduċu rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru li fl-ibħra ta' madwar Malta u Għawdex hawn 7 farms li jrabbu t-tonn. Din is-sena bejniethom għandhom produzzjoni ta' 4,253.5 tunnelata. Tlieta minnhom irabbu wkoll spnott u awrat flimkien ma’ farm ieħor li jrabbi spnott u awrat fi tlett siti differenti. Dawn bejniethom għandhom produzzjoni ta' madwar 1184 tunellata. Hemm kwantità zgħira ta' griebel li hija prodotta minn wieħed minn dawn il-farms, filwaqt li hemm ukoll produzzjoni ta' aċċol li għadha fuq skala ta' riċerka, li qiegħda ssir bi ftehim ma’ farm ieħor minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' produtturi tat-tjur tas-simna reġistrati f'Malta u f'Għawdex fil-preżent? X'produzzjoni jlaħqu f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skond in-National Livestock Database n-numru ta’ produtturi tat-tjur tas-simna reġistrati fl-2008 huwa ta’ 87 produttur f’Malta u 25 produttur f’Għawdex. Il-produzzjoni totali ta’ tjur tas-simna għas-sena 2007 kienet ta’ 691,360 minn irziezet f’Għawdex u 2,187,828 minn irziezet f’Malta. Il-tjur kollha ġew proċessati fi stabbilimenti Maltin.
Jista' l-Ministru jara li b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar isiru pjanijiet biex masġar taż-żebbuġ li hemm ix-Xemxija fil-fatt jiġi riabilitat u forsi jsir ġnien pubbliku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li saret proposta minn għaqda mhux governattiva biex tingħata l-permess li tibdel dan il-masġar fi ġnien pubbliku kif ukoll li tieħu f’idejha l-manutenzjoni u tmexxija tiegħu. Il-gvern qiegħed jevalwa din il-proposta. Kull deċiżjoni tittieħed wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2010 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunijkazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jindika x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex isebbaħ iż-żona ta' San Tumas f'Masraskala li bħalissa tinsab f'qagħda diżastruża? Xi pjan għandu l-gvern biex gradwalment idawwar il-bajja ta' San Tumas f'bajja ferm u ferm isbaħ, iktar nadifa u iktar attrajenti milli hi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li tlesta x-xogħol biex jitneħħa kompletament il-periklu li ġie kkawżat mill-grigalata ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux sal-lum xi stimi ta' spejjes relatati mat-twaqqif tal-windmills:
a.) fuq baħar
b.) fuq l-art
li jipproduċi enerġija alternativa mir-riħ? Meta huwa pproġettat li jinbeda, jekk jinbeda dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern permezz tal-konsulent Mott MacDonald, kien investiga fid-dettal il-possibiltà ta’ l-użu ta' diversi sorsi ta' enerġija rinovabbli f’Malta, fosthom il-ġenerazjoni ta’ l-elettriku mir-riħ. F’dan l-istudju kienu identifikati numru ta’ siti, kemm fuq il-baħar, kif ukoll fuq l-art li jistgħu jintużaw għal dan l-skop. Saret ukoll evalwazzjoni tal-potenzjal ta’ dawn is-siti flimkien ma’ stimi preliminari ta’ l-ispejjes, kollox abbażi ta’ l-informazzjoni, teknoloġija u kundizzjonijiet li kienu applikabbli dak iż-żmien.
Ir-rapport ta’ Mott MacDonald jinsab fil-website tal-MRA fuq www.mra.org.mt.
Bħalissa l-Gvern qed jiddentifika numru ta’ siti fuq l-art kif ukoll fil-baħar biex jiġu proposti għall-iżvillup ta’
wind farms
.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li hemm fuq kull bord ta' riabilitazzjoni (3 kumitati)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li dan l-aħħar dawn it-tliet Bordijiet ta’ Riabilitazzjoni kienu ristrutturati bil-għan li l-operat jitjieb u jkun hemm iktar koordinazzjoni u kooperazzjoni bejniethom. Kif jidher mid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra issa ċ-Chairperson huwa komuni għat-tliet Bordijiet. Komuni wkoll huma, nukleu ta’ nies tekniċi, l-Koordinatur Eżekuttiv u s-Segretarju. Il-bqija tal-membri l-oħra ta’ kull Bord jidhru fuq id-dokument imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġu mpurtati rettili jew annimali oħra li jista' jkollhom xi tip ta' velenu li permezz tiegħu jiddefendu lilhom infushom f'każ ta' biża' minn xi annimal ieħor? Jekk jiġu, qed ikollna maħżun is-sustanza u l-mediċini neċessarji ħalli jekk b'aċċident dawn jigdmu lil xi persuna, din tingħata l-kura neċessarja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li qatt ma ġiet irraportata l-importazzjoni ta’ rettili li jgħamlu użu minn veleni. Annimali oħra li għandhom velenu bħal ma huma ħut ornamentali u brimb ikunu mportati regolarment.
Nitlob l-Onor membru biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid sa tmiem l-iskema energy saving government rebate, jiġifieri sal-Hadd 6 ta' Lulju, 2008, kemm-il persuna bbenefikat minnha u kemm hu l-ammont ta' flus li tqassam? Jista' jgħid ukoll fuq liema prodotti ntalab dan ir-rebate?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta’ persuni li bbenifikaw mill-iskema
energy saving government rebate
kien ta’ 27,047. B’kollox l-ammont ta’ flus mogħti bħala
rebate
kien ta’ € 1,841,792.68. Dan ir-
rebate
intalab fuq
Air Conditioners, Dishwashers, Refrigerators, Tumble dryers
u
Washing machines
.
Irid jingħad li xerrejja li poġġew
deposit
sas-7 ta' Lulju 2008 għandhom sa tlett xhur minn meta jgħamlu l-aħħar pagament biex japplikaw għar-
rebate
, sakemm dan ma jaqbiżx Ġunju tal-2009. Għalhekk, wieħed jistenna li sa din id-data l-ammonti mgħotija jkunu nbidlu.
Jista' l-Ministru jelenka dawk il-każi kollha fejn il-Gvern Malti huwa mifhum li jinjora direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar energy efficiency u sostenibilita' fejn b'riżultat għall-akkuża f'dan ir-rigward minn idroloġista prominenti fil-gżejjer Maltin, uffiċjal għoli tal-MEPA ġab l-iskuża li l-MEPA kienet għadha għaddejja minn learning curve?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-gvern qatt ma jinjora direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar energy efficiency u sostennibilità.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titfassal u titwettaq xi policy dwar l-isqaqien fir-raba' tagħna (dawn l-istess sqaqien//toroq fil-fatt qed ikunu ta' tbatija għall-bdiewa tagħna) fis-sens li dawn ikunu jistgħu jingħataw xi forma ta' wiċċ ġdid?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li fil-Program ta’ Żvilupp Rurali għal Malta li jkopri l-perjodu bejn 2007-2013 hemm miżura li tindirizza l-bżonn li sqaqien fir-raba’ eżistenti jiġu riabilitati. Din il-miżura, li se tiġi mnedija f’qasir żmien, toffri għajnuna finanzjarja lil gruppi jew assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa li jixtiequ jagħmlu dan it-tip ta’ xogħol fuq bażi reġjonali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1378 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame ta' meta sejjer jibda x-xogħol fuq Triq l-Ortolan, il-Mosta, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.