B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15817, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jbati b'diżabilità fl-ispina ta' dahru u jixtieq li jkollu no parking quddiem id-dar tiegħu minħabba l-istess diżabilità, iżda minħabba li dan għandu l-garaxx ħdejn il-bieb, in-no parking li jixtieq ma ġietx aċċettata kemm mill-Awtorità dwar it-Trasport, kif ukoll mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kif qal tajjeb l-Onorevoli Interpellant il-każ in kwistjoni diġà kien ikkunsidrat taħt l-istrutturi u policies eżistenti, kemm mill-Board għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni B’Diżabbiltà kif ukoll f’appell magħmul għand ir-Review Panel immexxi mill-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà u fiż-żewg każi it-talba kienet micħuda skont il-policy għaliex l-applikant għandu garage mad-dar. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li mhux ir-rwol tiegħi bħala Ministru li nintervjeni f’deċiżjonijiet bħal dawn.
Madankollu jien infurmat li f’dan il-każ partikolari l-Board imsemmi qabel kien kiteb lil kunsill lokali konċernat u irrakkomandalu li jinżebgħu linji sofor doppji fuq naħa waħda tal-
garage
in kwistjoni sabiex ikun faċilitat id-dħul u l-ħruġ tal-applikant bil-karozza tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 15863 jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dokumentazzjoni dwar it-tender għax-xogħlijiet li għandhom isiru fic-Ċirkewwa inkluż it-terminal, li ġiet preparata, ġietx issa approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti? Jekk iva, meta? Jista’ jgħid jekk it-tender issa ħarġitx? Jekk ħarġet meta? Jekk le, meta mistennija toħroġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-dokumentazzjoni dwar it-tender għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (civil works) li għandhom isiru fiċ-Ċirkewwa inkluż it-terminal, ġiet preparata u it-tender ġie ppublikat fis-7 ta’ Mejju 2010. L-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti ngħatat madwar ġimgħa qabel id-data tal-pubblikazzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-bini tal-Public Registry se jiġi użat mill-Ministeru tiegħu u/jew xi entità li taqa' taħtu? Xi spejjeż kien hemm involuti s'issa u kemm hija n-nefqa pproġettata li ssir fih? Għaliex se jintuża dan il-bini, jekk fil-fatt waqa' f’idejn il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva n-nefqa sa April 2010 kienet ta’ €125,400. Mhux faċli tagħmel stima għaliex hemm involut ħafna restawr ta’ bini antik waqt li nfakkar illi jridu jitneħħew l-accretions kollha li saru fl-aħħar 50 sena u aktar. Ma fhimtx l-aħħar parti tal-mistoqsija.
Peress li parkers li jkunu jaħdmu f’lokalitajiet fejn il-parking areas ingħalqu qed jintbagħtu f’areas li fihom diġà jkun hemm parkers biżżejjed u dan qed jikkaġuna tbatija kemm għal dawk il-parkers li qed jintbagħtu kif ukoll għall-oħrajn li diġà jkunu hemm, jista' l-Ministru jara li l-parkers li jinstabu żejda jintbagħtu f’areas fejn ikunu jifilħu aktar parkers?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17157, 16917 u 16520 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17158, 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17164, 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex isir xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta hu intenzjonat li jibda dan ix-xogħol? Jista' jgħid x’se jkunu x-xogħlijiet li jikkostitwixxu dan il-proġett u b’mod partikolari jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun qed jinkludi l-bdil ta’ bankini u l-bdil ta’ xi servizzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' natura legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar erba' snin kemm għamel xogħol ta' konsulenza, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-Ministeru tiegħu u/jew xi entità li taqa' taħtu? X'kien dan ix-xogħol ta' konsulenza u kemm tħallas hu jew id-ditta tiegħu ta' konsulenza għal dan ix-xogħol? Jekk kien, fuq liema bordijiet ta' aġġudikazzjoni serva flimkien ma' bordijiet u ad hoc committees oħrajn tul dan l-istess perjodu ta' żmien u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabiltà tal-manteniment u l-għoti mill-ġdid tal-wiċċ ta' Triq it-Trinkatur fil-Mosta. Jista' jgħid jekk hemm xi awtorità li tara triq jekk għandhiex wiċċ ta' tarmak li huwa ta' kwalità sodisfaċenti jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-gvern ssegwu l-kaz ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu problema bis-sufun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-sena 2004 sal-lum hemm hawkers li jbiegħu l-pitrolju u li huma liċenzjati skont il-liġi u jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni Ewropea, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Head office
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar b'magna ta' iktar minn 100 hp li huma reġistrati mat-Transport Malta? Minn liema lokalitajiet, lokalità b'lokalità huma s-sidien ta' dawn l-opri tal-baħar skont kif reġistrati ma' Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta — wiċċ ġdid lil Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq Madre Maria Theresa Spinelli ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Tranport Malta nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.