Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti każijiet ġodda lis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont il-gruppi ta’ età?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1727.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti każijiet ġodda lis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont il-ġeneru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien in-numru ta’ persuni li ġew segwiti mis-servizz tal-Crisis Resolution Home Treatment (CRHT)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ma kellhomx bżonn jiġu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel u kemm kellhom bżonn jiġu rikoverati wara li ġew segwiti mis-servizz, minn meta twaqqaf is-servizz, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li mill-20 ta’ Diċembru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2026, il-Crisis Resolution Home Treatment (CRHT) irċeviet 1,734 referral, li minnhom 1,600 (92.3%) ma kellhomx bżonn jiġu rikoverati fl-isptar Mount Carmel, filwaqt li 134 (7.7%) ġew ammessi f’ Mount Carmel. It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi l-istatistika bejn id-dati msemmija hawn fuq:
Year
Persons followed by CRHT
Did not need admission to MCH
Needed admission to MCH
Admissions by CRHT
Admissions by EPS/MDH
% Total Admission Per Year
% Did not need admission per Year
2021
8
8
0
0
0
0.0%
100.0%
2022
334
313
21
11
10
6.3%
93.7%
2023
362
336
26
17
9
7.2%
92.8%
2024
409
384
25
14
11
6.1%
93.9%
2025
343
309
34
19
15
9.9%
90.1%
2026 (till 30 Sept)
278
250
28
10
18
10.1%
89.9%
Total
1,734
1,600
134
71
63
7.7%
92.3%
Community Mental Health Services - Persuni riferuti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti persuni għall-Community Mental Health Services minn sptarijiet, tobba tal-familja u servizzi oħra matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sors tar-referenza?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1723.
Community Mental Health Services - Każijiet attivi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm każijiet attivi li qed jiġu segwiti mill-Community Mental Health Services, maqsuma skont il-klinika?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1723.
Community Mental Health Services - First appointments
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw first appointments fi ħdan il-Community Mental Health Services matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1013 u jgħid liema kategoriji ta’ anzjani huma intitolati li jkollhom carer?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità toffri s-servizz ta’ Carer fid-Dar u s-Servizz ta’ Respite fid-Dar.
Carer fid-Dar
Biex persuna tkun eliġibbli għas-servizz ta’ Carer fid Dar irid ikollha ’l fuq minn 60 sena u tkun persuna dipendenti.
Respite fid-Dar
Dan is-servizz joffri carer lill-persuna fid-dar tagħha waqt li jagħti ftit ħin ta’ mistrieħ lill-persuna li tkun qed iddur biha. Dan is-servizz japplika għal:
• Persuni li għandhom ’il fuq minn 60 sena, li huma dipendenti u li jgħixu f’residenza privata; jew
• Persuni li jbatu bid-dimensja u/jew għandhom problemi serji fl-imġieba; jew
• Persuni anzjani li għandhom diffikultà biex jiġu trasportati minn post għall-ieħor u/jew fejn ikun hemm diffikultà biex iħallu djarhom; jew
• Persuni anzjani li għandhom bżonn kura speċjali u li tali ma tistax tiġi pprovduta f’respite residenzjali; jew
• Persuni anzjani li għandhom xi problemi fis-sistema immunitarja jew li jeħtieġu kura ta’ iżolazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema mediċini fis-saħħa mentali, minbarra Sertraline u Escitalopram, qed jiġu kkunsidrati biex jingħataw b’xejn fuq il-ħames skeda? Jista' jgħid ukoll kemm ilu quddiem il-Ministeru għall-konsiderazzjoni r-rapport tal-esperti psikjatriċi li jirrakkomanda x’mediċini b’xejn għandhom jingħataw lill-pazjenti u jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-clinical pathway ġiet sottomessa fl-2021. Minn dak iż-żmien il-mediċini għaddew mill-proċessi ta’ evalwazzjoni u akkwist, b’uħud minnhom, inkluż is-Sertraline, diġà ġew introdotti u oħrajn bħall-Escitalopram u oħrajn mistennija jkunu disponibbli dalwaqt.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-Gvern kien ilu s-snin jikkonsidra li jdaħħal fil-Formularju tal-mediċini b’xejn l-iktar żewġ mediċini użati f’Malta għall-ansjetà u d-dipressjoni u ċjoè; is-Sertraline u l-Escitalopram, u jgħid jekk dawn ġewx mixtrija mingħand l-aġent qabel l-aħħar ta’ Mejju 2026 imma għandhom ma ngħatawx? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex? Fid-dawl li l-Gvern issa ħabbar l-introduzzjoni tas-Sertraline fuq il-formolarju tal-Gvern, jista’ jagħti indikazzjoni ċara dwar meta l-mediċina Escitalopram ser issib postha fuq il-formolarju għall-benefiċċju ta’ pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sertraline daħal fil-formularju u l-escitalopram wasal biex jidħol ukoll fil-futur qarib.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bejn April u Mejju min kien intitolat għall-mediċina Methylphenidate Slow Release ġiex mogħti l-mediċina branded ‘Concerta’? Jekk iva, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni li minn Ġunju dawn il-pazjenti reġgħu bdew jingħataw mediċina ġenerika u ma baqgħux jingħataw mediċina ta' kwalità prima?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi minnu, persuni li kienu intitolati għal methylphenidate slow-release ngħataw mediċina ta’ marka partikolari li tirrifletti l-prodott li ġie mixtri u allura kien disponibbli (Concerta®). Aktar tard, meta ġiet akkwistata ditta oħra ta’ l-istess mediċina, dawn il-pazjenti komplew il-kura tagħhom bit-tieni prodott, peress li l-intitolament tagħhom huwa għall-mediċina ġenerika u mhux għall-marka speċifika. Min-naħa l-oħra, pazjenti li fuq rakkomandazzjoni medika u approvazzjoni tal-bord kompetenti fi ħdan l-EMTC, ġew awtorizzati speċifikament għal Concerta®, kienu u baqgħu jingħataw Concerta®.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:
i. għaliex il-mediċina Lisdexamfetamine (magħrufa bl-ismijiet kummerċjali Elvanse u Elvanse Adult), minkejja li hija awtorizzata fil-livell tal-Unjoni Ewropea u tirrappreżenta għażla terapewtika importanti b'mod partikolari għal dawk il-pazjenti li ma jirrispondux b'mod adegwat għall-methylphenidate, għadha mhijiex inkluża fil-Formularju tal-Gvern u għaldaqstant mhijiex aċċessibbli għall-pazjenti Maltin permezz tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC); u
ii. jekk il-Ministeru hux beħsiebu jinkludi din il-mediċina fil-Formularju tal-Gvern, u jekk iva, meta huwa mistenni li dan iseħħ, u jekk le, x'inhuma r-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1913.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hix diġà ġiet ikkunsidrata l-possibbiltà li tidħol fil-Formularju tal-Gvern il-mediċina importanti fl-ADHD magħrufa bħala Lisdexamphetamine? Jekk iva, jista' jgħid għalfejn dan id-dewmien sabiex din tidħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mediċina qed tiġi kkunsidrata flimkien mal- Guanfacine u mediċini oħra. Qed isir kull sforz biex dawn il-mediċini jimxu ’l quddiem, sabiex ikollna firxa aktar wiesgħa ta’ għażliet terapewtiċi għall-immaniġġjar tal-ADHD.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li l-mediċina Guanfacine 1, 2 u 3mg tidħol fil-Formularju tal-Gvern taħt il-ħames skeda peress li din hija l-iktar mediċina safe li tista' tintuża f'kundizzjonijiet ta' newrodiversità u hija għolja għall-konsumatur b'riskju li minflok, jintużaw antipsikotiċi li mhumiex daqshekk rakkomandati fit-tfal?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tal-mistoqsija tiegħu, ninfurmah li din l-osservazzjoni qiegħda tiġi kkunsidrata.
Raħal Ġdid – Vincent Moran Regional Health Hub – MRI Scanner
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għadux qed jingħata s-servizz tal-MRI fil-Vincent Moran Regional Health Hub, f’Raħal Ġdid? Jekk le, jista’ jgħid meta u għaliex twaqqaf dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li f’dan il-Hub jiġu installati MRI scanners permanenti u jekk iva, sa meta huwa mistenni li dawn ikunu installati u jibdew jintużaw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f' Novembru 2024 il-Mobile unit tal-MRI ġiet trasferita viċin iċ-ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran sakemm jiġi kkummissjonat MRI ġewwa San Vinċenz de Paule.
Il-kirja tal-mobile MRI kienet tispiċċa f'Ġunju 2026 u skond il-kuntratt il-kirja ma setgħax tiġi mġedda. Sadanittant twaħħal u beda jopera l-MRI f' San Vinċenz de Paule.
Is-sena d-dieħla hu ppjanat li fiċ-ċentru Ċensu Moran se jitwaħħlu CT Scanner u CBCT, apparti li preżentement qed jingħataw servizzi ta' radjoloġija, ultra sound, ultra sound tal-ġinekoloġija, u bone density.
Qed tiġi pjanata estensjoni taċ-Ċentru Ċensu Moran li tkun tinkludi wkoll MRI.
Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Postijiet vakanti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku, maqsuma skont il-professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li fil-preżent mhemmx vakanzi fis-servizzi tas-saħħa mentali fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Professjonisti li telqu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm professjonisti li telqu mis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hija din:
• Foundation For Medical Services – Principal Social Worker wieħed u Senior Social Worker wieħed fl-2022; u Principal Social Worker wieħed fis-sena 2023.
• Older Persons Standards Authority - Nil
• Embryo Protection Authority - Nil
• Medicines Authority - Nil
• Malta Health Ltd – Nil
• Office of the Commissioner for Older Persons - Nil
• Office of the Commissioner for Mental Health - Nil
• Dar Kenn Għal Saħħtek - Nil
Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Reklutaġġ ta’ professjonisti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew reklutati professjonisti fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hija din:
• Foundation For Medical Services - Nil
• Older Persons Standards Authority - Nil
• Embryo Protection Authority – Nil
• Medicines Authority - Nil
• Malta Health Ltd - Nil
• Office of the Commissioner for Older Persons – Nil
• Dar Kenn Għal Saħħtek - Nil
• Office of the Commissioner for Mental Health – Non-Emergency Patient Transport Aide – reklutat fis-sena 2024; u Senior Staff Nurse – reklutat fis-sena 2022.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ professjonisti impjegati fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku, maqsuma skont il-professjoni (inklużi psikjatri, psikologi, psychotherapists, psychiatric nurses, social workers, occupational therapists u professjonijiet oħra relatati)?
Mental Health Helpline 1579 - Bżonn ta’ intervent immedjat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ li daħal permezz tal-Mental Health Helpline 1579 kien jeħtieġ intervent immedjat jew involviment tas-servizzi ta’ emerġenza, mit-twaqqif tal-helpline sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Year
Intervent immedjat
2022
8
2023
131
2024
326
2025
302
2026
146
Mental Health Helpline 1579 - Każijiet li ġew riferuti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet li waslu permezz tal-Mental Health Helpline 1579 u ġew riferuti għal servizzi oħra tas-saħħa mentali jew entitajiet oħra, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ servizz li ġew riferuti għalih?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Year
NMHS
Richmond
Victim Support Malta
Sedqa or Caritas
Telemedicine
2022
21
7
5
9
23
2023
286
31
18
37
91
2024
394
52
38
53
162
2025
376
48
46
81
307
2026
315
27
15
45
183