Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm gabbani ġewwa Kemmuna f’dawn l-aħħar 15-il sena, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) bdiet l-involviment tagħha fil-kontroll tal-gabbani ġewwa Kemmuna, speċifikament fiz-zoni ta’ Blue Lagoon u ta’ Santa Marija fl-2015. Fil-fatt informazzjoni fuq gabbani qabel din is-sena, mhijiex disponibbli. L-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Gabbani b’permessi maħruġa mill-MTA ġewwa Kemmuna
Blue Lagoon
Santa Marija
Sena
Numru ta’ Gabbani
Numru ta’ Gabbani
2015 (inħarġu għall-ewwel darba permessi lill-gabbani mill-MTA)
6
nil
2016
7
1
2017
7
1
2018
7
1
2019
8
1
2020
8
1
2021
8
1
2022
8
1
2023
8
0
2024
9
0
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5347 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 332 tal-Erbgħa, 9 ta' April 2025)
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Kemmuna — Tnaqqis tal-persuni li jużaw dgħajjes kummerċjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x'hemm ippjanat li jsir biex matul il-ġimgħat li ġejjin il-persuni li jmorru ta' kuljum iżuru Kemmuna permezz ta’ dgħajjes kummerċjali, jitnaqqsu bin-nofs? Jista’ jgħid ukoll kif dan ser isir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret konsultazzjoni u diversi laqgħat mal-operaturi involuti fis-settur. Qed tiġi ppreparata sistema li tikkontrolla l-ammont ta' passiġġieri li attwalment jinżlu fuq Kemmuna, bl-anqas inkonvenjent possibbli għall-partijiet kollha kkonċernati. Huwa ppjanat li din is-sistema tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Chief Executive Officers
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid ukoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Trade Malta Ltd
Is-Sur Anton Buttigieg
CEO
Awtorità Maltija għat-Turizmu
Is-Sur Carlo Micallef
CEO
ITS
Is-Sur Pierre Fenech
CEO
Mediterranean Conference Centre
Is-Sur Nigel Vella
CEO
Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni — Eko kontribuzzjonijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien id-dħul annwali miġbur tal-eko kontribuzzjoni imposta fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni matul is-snin 2022 - 2024 f’Malta u Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Eko kontribuzzjonijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien l-ammont miġbur f’eko kontribuzzjoni (b’mod separat) mil-lukandi u stabbilimenti oħra ta’ akkomodazzjoni fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar matul is-snin 2022 u 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kontribuzzjonijiet miġbura reġgħu ġew investiti lura (u b’liema mod) fl-istess żewġ lokalitajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar — MTA - Applikazzjonijiet għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar (Buġibba, Qawra u Xemxija)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha seba’ applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet imsemmija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa qabel is-sajf 2025 biex jintgħażlu operatur/i tal-Watersports ġewwa Kemmuna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Concession Agreements qed jiġu proċessati bil-għan li jkunu rilaxxati fil-jiem li ġejjin.
Il-Belt Valletta — Siġġijiet u mwejjed - Purċissjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu b’rabta mal-każ fejn siġġijiet u mwejjed ta’ stabbiliment fil-Belt Valletta allegatament ostakolaw il-purċissjoni ta' San Ġużepp nhar id-19 ta' Marzu?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26820. Ir-rwol tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’dan ir-rigward huwa limitat li jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-liċenzja maħruġa mill-Awtorità jiġu rispettati. F’dan il-każ, l-Awtorità pproċediet b’azzjoni legali skont kif kien meħtieġ.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Ħaddiema li jgħixu Ħ’Attard
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu Ħ’Attard?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26687 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid jekk meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-Parlament Malti jingħaqad mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll meta saret il-proposta li Malta testendi l-ftehim ta’ Partnership for Peace tan-NATO, kellux pariri legali li dawn iż-żewġ passi ma jmorrux kontra l-Kostituzzjoni jew jiksru l-istatus ta’ newtralità? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali pariri legali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li l-Parlament Malti jingħaqad mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO kienet deċiżjoni Parlamentari bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, liema deċiżjoni ġiet meħuda f’din l-istess Kamra nhar it-3 ta’ Ottubru 2023.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-minuti tal-Laqgħa Nru. 12 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej li nżammet nhar l-Erbgħa 24 ta’ Mejju 2023, fejn fiha kien hemm qbil unanimu bejn il-membri preżenti, inkluż l-Onor. Interpellant innifsu, għat-tiġdid tal-Partnership for Peace Programme min-naħa tal-Gvern Malti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu– Rigali u donazzjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat (Mejju 2025) — Regolamenti
Question
Ġaladarba fir-Regoli u Regolamenti għall-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat (Mejju 2025) hemm referenza li kull struttura/attrezzatura għandha tkun ċertifikata li tkun konformi mar-regolamenti lokali minn inġinier kwalifikat, jista’ l-Ministru jispeċifika liema huma r-regolamenti li qed tirreferi għalihom din ir-regola u kif ser ikun iġġudikat illi l-parteċipant ikun konformi ma' din ir-regola?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-osservanza tal-kodiċi tas-Saħħa u s-Sigurtà hija intiża sabiex tnaqqas ir-riskji marbuta ma' morbidità u mortalità. Għalhekk kull risk assessment hu intiż li jħares kull liċenzjat li fuqu ħareġ il-permess. Iċ-ċertifikazzjoni tal-istruttura ta’ kull raddiena minn inġinier huwa parti minn dan ir-risk assessment.
F’Ottubru tas-sena 2024 ġie varat il-Manwal tan-Nar għall-Festival Internazzjonali tan-Nar u Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat waqt konferenza organizzata mill-MTA u l-Għaqda Piroteknika Maltija. Preżenti kien hemm rappreżentanti ta’ bosta Kmamar tan-Nar u Kumitati tan-nar tal-festi minn Malta u Għawdex. Kopja tal-Manwal qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf li l-MTA, li tieħu ħsieb l-aspett loġistiku tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat, ikkonsultat f’kull stadju lill-Għaqda Piroteknika Maltija meta kellha diffikultajiet tekniċi.
ta’ min japprezza li dan il-kampjonat organizzat tant tajjeb mill-Kunsill Lokali tal-Furjana, hu wieħed li jitlob il-massimu meta jiġi għall-ħarsien tas-Saħħa u s-Sigurtà.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turżmu — Ħaddiema li jgħixu l-Mosta
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-dekasteru tiegħu li jgħixu l-Mosta?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, fejn dak iż-żmien kien intqal li l-istudji ta’ riċerka dwar il-carrying capacity ta’ diversi lokalitajiet f’Kemmuna ġew kummissjonati u kienu qed jintużaw sabiex jiġi ffinalizzat il-proċess biex tiġi stabbilita l-carrying capacity ta’ Kemmuna, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar verżjoni tal-istudju li kien kummissjonat sabiex tkun stabbilita l-carrying capacity ta' Kemmuna?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, fejn kien stabbilit li din il-materja kienet responsabbilità tal-Kumitat li twaqqaf apposta. Dan il-kumitat reġa’ ġie mwaqqaf riċentament u żamm l-ewwel laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Frar 2025. Parti minn xogħlu huwa li jaħdem fuq it-temi msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu– Konsulenti — Nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li japplika politiki u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellenza su referita.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?