Djar tal-Anzjani — spezzjonijiet fuq arja ikkundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet fi djar tal-anzjani privati sabiex jiġi assigurat li għandhom arja ikkundizzjonata li tiffunzjona f'dawn il-ġranet ta' sħana straordinarja? Jaf l-Ministru li ċerti djar tal-anzjani privati jixgħelu għal ftit ħin wisq l-arja ikkundizzjonata bil-konsegwenza li l-anzjani jkollhom joqgħdu fi sħana kbira, tant li kien hemm min kellu joqgħod f'temperaturi ta' anke 42 degrees? Fejn saru spezzjonijiet? X'rapporti kien hemm? Jekk ma sarux l-Ministeru kif jassigura li dawn id-djar għandhom standards addattati in place?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-residenti ta' Ħal Farruġ li huwa hamlet li jagħmel ma' Ħal Luqa, m'għandhomx l-aċċess għall-iskema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, meta fir-raħal tagħhom, jiġifieri f'Ħal Luqa din l-iskema qiegħda topera? Għaliex ir-residenti ta' Ħal Farruġ qed jigu mitluba jmorru jiġbru l-mediċini bil-karta r-roża mill-ispiżerija ta' Raħal il-Ġdid, meta għal servizzi tas-saħħa oħra dawn ir-residenti jattendu fil-health centre tal-Furjana?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ma jsib l-ebda diffikulta’ li jilqa’ applikazzjonijiet mingħand ir-residenti ta’ Ħal Farruġ biex dawn jibdew jinqdew mill-ispiżerji ta’ Ħal Luqa. It-talba għar-reġistrazzjoni ma’ spiżerija fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek trid tiġi mingħand il-pazjent, liema talba trid tiġi aċċettata mill-ispiżerija privata li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha. Barraminhekk, la darba Ħal Farruġ jagħmel ma’ Ħal Luqa, huwa ukoll il-kompitu tal-Ispiżeriji tac-Ċentri tas-Saħħa li jiggwidaw lir-residenti ta’ Ħal Farruġ.
Minn naħa l-oħra mediċini għall-mard akut li jingħata bil-kartuna r-roża mhux provdut permezz tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, u għalhekk il-mediċini neċessarji jistgħu jinġabru mill-ispiżeriji tal-Gvern. Saru l-arranġamenti meħtieġa biex persuni li joqogħdu Ħal Luqa ikunu jistgħu jinqdew mill-ispiżerija ta’ Raħal Ġdid għall-mediċini li jista’ jkollhom bżonn. Dan it-tip ta’ servizz huwa provdut regolarment bejn it-7.45 a.m. u s-1.30 p.m.. Pazjenti jistgħu wkoll jiġbru l-mediċini bejn is-2.30 p.m. u l-5:15 p.m. minn Raħal Ġdid, Floriana jew Ħal Qormi, jiddependi kif ikun skedat is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk, partikolarment anzjani, li jinħtieġu l-ossiġnu d-dar, ma ssirilhomx delivery, sabiex ma jkollhomx l-iskariġġ u lanqas tbatija żejda fi tqandil biex iġorru dawn it-tankijiet tal-ossignu d-dar? Għandu ħsieb li jibdew isiru dawn id-deliveries? Jekk iva meta se jibdew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa ma joffrix transport taċ-ċilindri tal-ossiġnu direttament sad-dar tal-pazjent, minħabba l-fatt li numru sostanzjali ta' pazjenti ta' kull eta' jagħmlu użu minn dan is-servizz u l-ispejjeż involuti huma kbar. Madankollu, meta pazjent ikollu bżonn domanda qawwija ta' ossiġnu domiċiljari, l-ispeċjalista' jagħmel applikazzjoni biex il-pazjent jingħata konċentratur tal-ossiġnu li jkun mwassal u armat fir-residenza tal-pazjent, mill-kuntrattur maħtur mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid min hu eliġibbli għas-servizzi tad-dentistrija b'xejn fl-Isptar Mater Dei? X'tip ta' servizzi jingħataw? Dawn is-servizzi huma ddeterminati skont l-età tal-persuna u/jew skont xi means test? Jista' jagħti dettalji sħaħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li kulħadd huwa eliġibbli għal dawn is-servizzi:
A. Kura t’Emerġenza: li primarjament tinkludi qlugħ ta’ snien jew tneħħija t’wġieħ.
B. Kura Preventiva: li tinkludi edukazzjoni fil-kura tas-snien u t-tneħħija tal-ġebla kif ukoll prevenzjoni u kura tal-mard tal-ħanek.
C. Check up
ma’ dentista jew konsulta ma’ konsulent
D. Kirurġija tal-ħalq.
Kura Restorattiva: Kull min għandu karta roża u tfal sa sittax-il sena huma eliġibbli. Din il-kura tinkludi kura u mili ta’ snien,
root canal treatment
,
prosthetics
(dentaturi) kif ukoll kura tal-mard tal- ħanek.
Servizz limitat ta’ din il-kura huwa offrut bil-loppju ġenerali lil dawk li jsofru minn xi diżabilita` fiżika jew mentali. Dan is-servizz huwa mogħti b’diskrezzjoni tal-konsulent/i.
Orthodontics
(kura bil-
braces
): Adulti u tfal sa sittax-il sena huma intitolati għall-konsulta u parir għall-
braces
. Tfal sa sittax-il sena huma eliġibbli għall-
braces
skond il-protocolli stabiliti mid-dipartiment. Għal tgħalim ta’ dentisti (
post graduate studies
) il-konsulent jista’ jaġħżel xi każijiet li ma jaqawx taħt dan il- protocol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu ambulanzi tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha fis-servizz kull waħda minn dawn l-ambulanzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-isptar Mater Dei hemm seba’ ambulanzi li jiġu wżati regolarment, tlieta minnhom ilhom jagħtu servizz mill-elfejn u sebgħa (2007), u erbgħa minnhom ilhom jagħtu servizz mill-elfejn u tlieta (2003).
L-isptar Mater Dei ġieli wkoll juża s-serviżż ta’ żewġ ambulanzi oħra, waħda ilha fuq it-triq mill-elfejn u wieħed (2001), u l-oħra ilha fuq it-triq mill-elfejn u sitta (2006)
Fil-garage tal-ambulanzi ta’ Gwardamanġa hemm erba’ ambulanzi, tnejn minnhom ilhom jagħtu servizz mill-1995, u t-tnejn l-oħra ilhom jagħtu servizz mill-1997.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, każijiet ta’ ħsarat fl-ambulanzi tal-gvern u jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħsara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, każijiet fejn ambulanzi tal-gvern ħarġu fuq xogħol iżda waqfu bil-ħsara f’nofs triq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-isptar Mater Dei hemm seba’ ambulanzi li jiġu wżati regolarment, u l-manutenzzjoni ta’ dawn il-vetturi ilhom taħt ir-responsabilita’ tad-Dipartiment tal-Biomediku fl-isptar Mater Dei, mill-2010 sal-ġurnata ta’ llum. L-informazzjoni fejn dawn l-ambulanzi waqfu bil-ħsara bejn l-2010 u l-2012, hija hekk:
Awwissu 2011
Novembru 2011
Jannar 2012
Awwissu 2012
Settembru 2012
Settembru 2012
Settembru 2012
Fil-garage tal-ambulanzi fi Gwardamanġa hemm erba’ ambulanzi, u l-informazzjoni fejn dawn waqfu bil-ħsara bejn l-2008 u l-2012, hija hekk:
Novembru 2009
Settembru 2011
Frar 2010
Ġunju 2011
Awwissu 2010
Jannar 2011
Ġunju 2010
Lulju 2010
Ottubru 2010
Lulju 2011
Awissu 2011
Ottubru 2011
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal nursing aid jew/u health assistant peress li kienet diġà fil-passat taħdem bħala nurse assistant?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-talba għall-ingaġġ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mill-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li hija koppja kbira fl-età tixtieq li meta l-persuna li tagħti l-home help ma tkunx tista' tmur, almenu jkollha reliever?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ngħatax il-kumpens mistħoqq għall-ispejjeż kbar li nefaq l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li ġie mweġġa' ġewwa l-Isptar Mater Dei, waqt li kien qiegħed għal kura wara operazzjoni u li sofra danni ta' diżabilità permanenti? Għaliex id-dipartiment għadu ma tax l-attenzjoni meħtieġa lil dan l-anzjan li wara l-operazzjoni li kellu jagħmel illum jinħtieġ li jagħmel medikatura fuqu nnifsu kuljum, iżda minħabba d-diżabilità li sofra meta ġie mweġġa' ġewwa l-isptar, issa huwa dipendenti fuq nies oħra, għal din il-medikatura għaliex m'għandux l-użu taż-żewġ idejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din il-persuna żaret il-‘Customer Care Unit’ tal-Isptar Mater Dei fi tlett (3) okkażżjonijiet u talab jew applika dawn l-ilmenti hekk:
· Fis-17 ta’ Mejju 2010 waqt li kien qed jinġħata kura f’S5, ġie ma’ martu u lmenta fuq in-nuqqas ta’ apparat jismu ‘VAC’. Ittieħdu l-azzjonijiet neċessarji li kien hemm bżonn biex l-apparat jissewwa.
· Fl-24 ta’ Lulju 2010 gie fil-‘
Customer Care
’, u talab kopji tal-fajl tieġħu, u dawn inġħatawlhu kif gie mitlub, wara li twettqet il-proċedura normali.
· Fis-27 ta’ Frar 2011 talab dokumenti tal-Immaġini Mediċi u dawn inġħatawlhu.
Minn wara dawn imsemmija hawn fuq, qatt ma rċevejna ilmenti rigward is-servizz ta’ kura offrut mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa nnifishom. Madankollu, qed jinġħad li l-isptar rċieva ittra mill-avukat tieġħu, li tmur lura ġħall-2010.
Il-kaz imressaq mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qed jigi analizzat fid-dawl tal-allegazzjonijiet imressqa minnu.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li kif sar f'pajjiżi oħra, tiġi introdotta legalazzjoni li permess tagħha persuni ma jittħallewx jaħdmu fuq barra meta is-sħana tax-xemx u l-livell tal-UV ikun tant għoli li jista' jkun hemm periklu tas-saħħa tal-impjegat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33724, fejn il-Ministru qal li kien ġie deċiż li jitwaqqfu l-intervisti permezz ta’ video conferencing lill-applikanti barranin għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru minħabba diversi diffikultajiet li bdew jinqalgħu biex isiru dawn l-intervisti, u li b’konsegwenza ta’ dan 117-il kandidat li kienu eligibbli ghall-post imsemmi, u li l-applikazzjonijiet taghhom ma kienux gew sottomessi mill-Chrism Co. Ltd, tilfu l-opportunità ta’ mpjieg, jista' l-Ministru jgħid x’kienu preċiżament dawn id-diffikultajiet li l-Ministru qal li bdew jinqalgħu u li minhabba fihom kellhom jieqfu l-intervisti permezz ta’ video conferencing lill-applikanti barranin għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru? Kienu qamu xi diffikultajiet bhal dawn meta qabel kienu gew intervistati permezz ta’ video conferencing madwar 117-il kandidat oħra ta' nazzjonalità Pakistana li l-applikazzjonijiet taghhom għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru kienu ġew sottomessi personalment fit-Taqsima għar-Rizorsi Umani minn rapprezentanti tal-Chrism Co. Ltd? Barra minn hekk, kienu qamu xi diffikultajiet simili meta bord taħt il-presidenza ta’ ufficjal għoli tal-Ministeru kien intervista lill-istess infermiera Pakistani permezz tal-video-conferencing mid-dar tad-Direttur tal-Chrism Co. Ltd. in konnessjoni mal-applikazzjoni taghhom għar-Reġistrazzjoni mal-Kunsill ta' l-Infermiera u Qwiebel? Jista' jikkonferma jekk dan l-uffiċjal għoli tal-Ministeru kienx l-istess persuna li ngħatat il-presidenza tal-Bord li ntervista permezz ta’ video conferencing lill-madwar 117-il kandidat Pakistani msemmija li applikaw permezz tal-Chrism Co. Ltd. għall-post ta’ Staff Nurse mal-Ministeru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka l-impjegati li jaħdmu fl-Imtarfa Home, x'karigi għandhom x-xogħol jagħmlu, ma' min huma impjegati, mal-gvern jew mal-kuntrattur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-airconditioning fl-Imtarfa Home? F'liema ġranet kien bil-ħsara? Kemm dam biex issewwa? Għaliex dam daqshekk?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta l-arja kundizzjonata ġewwa d-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa kienet bil-ħsara (darbtejn matul ix-xahar ta’ Lulju), din kienet għal ftit siegħat biss għax immedjatament ġew meħuda il-passi neċessarji biex din tiġi irranġata.
Residenza San Vinċenz de Paul — Night Shelter għal anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'capacity fih dan in-Night Shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paul, jiġifieri kemm se jieħu anzjani? Mil-liema lokal jew lokalitajiet se jittieħdu dawn l-anzjani? B'liema mod dawn l-anzjani se jiġu f'dan in-Night Shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li mhux qiegħed fil-qalba ta' xi raħal? Kemm ġie jiswa dan in-Night Shelter? Jista' jagħti breakdown tax-xogħlijiet kollha li saru biex sar dan in-Night Shelter u l-ispiża għal kull item?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta interna wara l-mewt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li mietet fl-Isptar Mater Dei fl-istess jum li kienet ddaħħlet l-isptar b'uġiegħ f'saqajha? Ma jaħsibx li għaddew sew iż-żmien biex din l-inkjesta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Isptar Mater Dei m’ġħamilx inkjesta interna fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, iżda qed issir inkjesta maġisterjali, li ġħadha ġħaddejja. L-istorja medika tal-persuna msemmija qegħda għand il-maġistrat li qiegħed imexxi l-inkjesta. F’dan id-dawl, din il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Wara l-promulgazzjoni tal-Avviż Legali 229 tal-2012 li fih qed tingħata amnestija fil-każ ta' btieħi mibnija mhux skont il-Liġi tas-Sanità, jista' l-Ministru jgħid jekk il-General Services Board huwiex se jibqa' jiddiskuti u jiddeċiedi każijiet ta' dan it-tip?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-General Services Board se jibqa’ jevalwa kull applikazzjoni li jirċievi skont il-liġi fuq il-merti tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Sandocal 400 effervescent għadomx jingħataw mill-gvern b'xejn lil min għandu dritt u jeħtieġhom? Jekk le għaliex? F'każ li dawn il-pilloli m'għandhomx isiru jistax il-gvern jipprovdi b'xejn pilloli oħrajn tal-istess ġeneru bħal per eżempju il-Ca Ca Sandoz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-Central Procurement and Supplies Unit fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ ġħandu nformazzjoni li l-pilloli Sandocal 400 effervescent ma baqġħux jiġu manufatturati u kull stock ta’ dan il-prodott spiċċa minn fuq is-suq internazzjonali. Id-Direttorat ta’ l-Affarijiet Farmaċewtiċi qieġħed jevalwa l-prodotti li jinstabu fuq is-suq, sabiex tinstab mediċina alternattiva.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li anzjani li qed iħallsu għal erba' sigħat servizz bħala home help ħalli persuna tmur tagħmel xogħol fid-djar tagħhom qed jieħdu biss siegħa u nofs? Jista’ jgħid jekk dawn l-anzjani hux se jingħataw refund għal flus extra li ħallsu mingħajr ma ħadu servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jista' jkun li xi klijenti li jibbenefikaw minn aktar minn erba' siegħat fil-ġimgħa tnaqsulhom xi siegħat. Din hija miżura temporanja.
Klijenti li jibbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna fid-dar (
Home Help
) iħallsu rata fil-ġimgħa u mhux għal kull siegħa ta' servizz. Għaldaqstant, irrelevanti minn numru ta' siegħat servizz fil-ġimgħa, persuna li tgħix weħidha għal dan is-servizz tħallas €2.33 fil-ġimgħa u meta fl-istess residenza jkun hemm aktar minn persuna waħda li tibbenifika minn dan is-servizz il-ħlas ikun ta' €3.49 fil-ġimgħa.
Meta xi klijent minħabba raġunijiet varji ma jirċevix servizz f'xi ġimgħa partikulari dan il-klijent jingħata l-ħlas lura ta’ dik il-ġimgħa sħiħa li ma jkunx ħa servizz. Dan għaliex, kif spjegajt qabel, hemm
flat rate
ta’ ġimgħa sħiħa għas-servizz ta’
home help
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswih flus physiotherapy session? Kemm hi twila l-lista ta’ stennijja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li physiotherapy session ġewwa l-isptar Mater Dei tiswa madwar € 17.00.
Sakemm bdiet l-Industrial dispute ordnata mill-UĦM fit-28 ta’ Ġunju 2012, id-dipartiment tal-fiżjoterapija, MDH ma kellux lista ta’ stennijja.
Rigward id-dipartiment tal-
Out Patients
ġewwa l-isptar San Luqa, hemm
waiting list
ta’ 500. Ta’ min jinnota li matul l-2011 saru 46,243
session
u 21,114 bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena.