La Vallette Multi Manager Property Fund — MFSA - Prospett Supplementari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37016, 36821 u 35705 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid lil min sewwa sew qed tipproteġi l-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qed tipproteġi lis-settur finanzjarju kollu f’Malta skont il-liġijiet imfassla u approvati minn dan il-Parlament.
Għaldaqstant, hija timponi dawk il-multi u sanzjonijiet oħra skont il-liġi fejn issib li sar ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja minn istituzzjoni li tipprovdi servizzi finanzjarji. Kien hemm ċirkostanzi, anke reċenti, fejn l-Awtorità anke rrevokat liċenzja għax sabet li min kien responsabbli mit-tmexxija ma kienx qiegħed jimxi mal-liġijiet applikabbli.
Fejn issib li investitur sofra telf minħabba xi ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja, hija tuża l-poteri kollha li tagħtiha l-liġi sabiex dak l-investitur jingħata lura dak li jkun tilef, u dan is-servizz lill-investitur tagħtih mingħajr ħlas.
Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema fis-sistema tad-drenaġġ li hemm fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Koperazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet investigazzjoni fil-post u sabet blockage fis-sistema tad-drenaġġ. Dan tneħħa u sar ukoll tindif tal-katusi.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu jirraporta ħsarat fit-telephone?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kumpaniji tat-telephones huma kumpaniji privati u għaldaqtstant mhux possibbli li tali informazzjoni tingħata mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36585 u jgħid x'sar mill-proġett ta' upgrading tal-Crafts Village f'Ta Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar xagħarejn sar xogħol fuq rikostruzzjoni tal-ħitan tal-konfini u oħrajn li kienu tas-sejjieħ. Sar ukoll pavimentar ta’ bankini ġodda u tisbiħ tal-paSsaġġ f’żoni varji tal-Crafts Village. Kisi tat-toroq f’żoni identifikati ser jibda wara li jsir stħarriġ permezz ta’ CCTV fuq id-dranaġġ li għaddej minn taħt dawn it-toroq, liema stħarriġ għandu jibda fil-ġranet li ġejjin.
Peress li l-biodiesel huwa fuel magħmul minn żejt tal-ikel riċiklat u għalhekk il-prezz tiegħu żgur mhux relatat direttament mal-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt li ġej minn fossil fuels bħad-diesel normali, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-biodiesel li huwa ta' inqas ħsara għall-ambjent jogħla kull meta jogħla il-prezz tad-diesel normali? Ma jidhirlux li iżjed nies jistgħu jkunu nkorraġiti jużaw il-biodiesel jekk il-prezz tiegħu jirrifletti il-benefiċċji ambjentali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-obligazzjonijiet rikjesti fil-Legal Notice 278/07 u sussegwement l-emendi 426/07; 33/10 u 68/11, il-Korporazzjoni Enemalta tixtri Bio Diesel skond standard internazzjonali biex wara tħaltu mad-Diesel normali. Dawn ir-regolamenti jirrekjedu li għas-sena 2012, 2.5% ta’ l-enerġija użata għat-transport irid ikun Bio Fuel. Dan il-persentaġġ jibqa’ jiżdied sena wara sena biex tintlaħaq l-10% sas-sena 2020.
L-Onorevoli Interpellant jidher li qed jirreferi għal Bio Diesel li jinbiegħ fil-petrol stations u li jikkonsisti f’100% Bio Diesel. Dan il-prodott mhux wieħed mill-prodotti li tbiegħ il-Korporazzjoni Enemalta għaldaqstant ma hiex involuta fil-prezz ta’ dan il-prodott.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - MFSA
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37015, 36820 u 35704 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jaf il-Ministru li dan kollu qed iseħħ f’wiċċ l-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji u taħt imnieħirha li allura qiegħda turi ruħha bla personalità u impotenti li tinforza r-Regolamenti tagħha stess li jeżiġu li Prospett irid ikollu “the essential elements of which to be kept up to date” sabiex “for investors to make informed judgement about the investment proposed to them”, inkluż informazzjoni dwar “the investment objectives, policies and restrictions of the scheme, together with the extent of use of leverage”?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-La Vallette Multi-Manager Property Fund hija entitá distinta mill-Bank of Valletta u mill-Valletta Fund Management Limited. Dawn tal-aħħar ġew immultati mill-MFSA minħabba li nterpretaw u applikaw b’mod ħażin uħud mill-provvedimenti tal-prospett tal-fond, waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bħala kustodju u manager, rispettivament.
Dan ma jfissirx li l-prospett tal-fond jikser xi provvedimenti tal-Att dwar Servizzi ta’ Investiment jew ta’ xi liġijiet oħra.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari - ksur ta' Investiment Restrictions
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37014, 36819 u 35703 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-konsegewenzi naturali tar-Rapport tal-istess Awtorità tas-16 ta’ Ġunju 2011 u dak tal-25 ta’ Ġunju 2011 fil-konfront ta’ Valletta Fund Management Ltd u tal-Bank of Valletta plc dwar il-La Valette Multi Manager Property Fund, fejn l-Awtorità kkonfermat ksur ta’ Investment Restrictions mil-Valletta Fund Management Ltd u ħruġ ta’ Rapporti annwali tal-Kustodju mhux veritjiera anzi li jiżvijjaw lil investituri mill-Bank of Valletta, u liema konkluzjonijet tal-Awtorità ma ġewx appellati, ifisser neċessarjament li l-Prospett Supplementari viġenti ta’ dan il-Fond hu inkorrett, falz, mhux veritjiet, jiżvijja lill-pubbliku u inkonsistenti, in kwantu il-Prospett ma ġiex aġġornat u ppubblikat biex jistqarr li Investment Restriction (vi) inkisret b’mod ripetut u fit-tul u li ħafna mill-fondi sottostanti għadhom fil-fond bi ksur tal-kondizzjoni tal-Prospett sal-ġurnata tal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37171.
La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37013, 36818 u 35702 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-La Valette Multi Manager Property Fund għadu miftuħ għal sottoskrizzjonijiet ġodda abbażi tal-Prospett Supplementari viġenti tal-10 t’Awwissu 2010? Jista’ jgħid jekk jafx li tul dawn l-aħħar xhur inġiebet diversi drabi għall-attenzjoni taċ-chairman u tad-Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li l-verżjoni viġenti tal-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund, jiġifieri dik tal-10 t’Awwissu 2010, tikser il-liġijiet tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment kif ukoll ir-Regoli maħruġa bis-saħħa tagħha mill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u dan bi ħsara għal konsumaturi li għandhom dritt jistrieħu fuq Prospett ta’ prodott ta’ investiment u li jkunu qed jikkunsidraw jidħlu f’dan il-Fond?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37171.
Jista’ l-Ministru jagħti kronoloġija ta’ dak kollu li x’sar s’issa biex jinbena Micro Business Park f’Għawdex? Jista’ jgħid x’jonqos isir? Jista’ jagħti skeda programmata ta’ dak li jonqos isir? Jista’ jgħid dan il-park kif se jitħaddem?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-Micro Business Park ġewwa Għawdex, li ser ikun fiż-żona magħrufa bħala tal-Barmil, il-Malta Industrial Parks:
· Lestiet l-
Outline designs
tal-proġett;
· Iddiskutiet mal-MEPA ir-rekwiżiti biex tiġi sottomessa applikazzjoni kompluta għall-permess ta’ żvilupp;
· Qed tfassal disinni dettaljati li se iwasslu biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp lill-MEPA; u
· Qed tipprepara biex tapplika għall-fondi Ewropej taħt il-programme ERDF 2014-2020
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ ta’ Settembru 2011, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, fl-aħħar ta’ Marzu, ta’ Ġunju u ta’ Settembru 2012? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur miżjud gross ras għal ras fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2010 sal-2011 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) ta’ intermedjazzjoni finanzjarj, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta kiri, (iv) ta’ negozju, (v) ta’ kummerċ bl-ingrossa, (vi) ta’ kummerċ bl-imnut (vii) ta’ biedja, (viii) ta’ sajd, (ix) ta’ manufattura, (x) ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel; (xi) professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (xii) ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u sapport; (xiii) amministrazzjoni pubblika; (xiii) ta’ ħidma soċjali; (xiv) ta’ arti, divertiment u rekrejazzjoni; (xv) ta’ tiswija vetturi, muturi, oġġetti personali u tad-dar; u (xvi) ta’ kostruzzjoni ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-aktar informazzjoni riċenti li jista’ jipprovdi l-Uffiċċju tal-Istatistika tinsab f’Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatistika hija ppublikata fin-News Release 244/2011 maħruġa fit-22 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar minn April ta’ din is-sena sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li l-kont tad-dawl u l-ilma ġieh għoli pparagunat mas-snin ta' qabel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ġie għoli ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom mill-2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħalsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet mis-sena 2008 sal-lum fejn kien hemm qtugħ tal-provvista tad-dawl f’għadd ta’ bliet u rħula Maltin dovuti għall-qtugħ ikkawżat minn ħsarat li saru fuq cables eċċ. minn kuntratturi privati? X’passi ħadet il-Korporazzjoni Enemalta f’kull każ, u x’penali u jew multi ġew imposti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 602W li kienet tirreferi għal ħsarat ikkawżati minn kuntratturi privati sa’ l-aħħar ta’ Awwissu 2012. Sadanittant matul ix-xagħar ta’ Settembru kien hemm 7 kazi oħra fejn kuntratturi privati kkawżaw ħsara fuq il-kejbils tal-Korporazzjoni Enemalta.
F’dawn il-każi l-Korporazzjoni Enemalta timmulta lill kuntratturi il-valur tal-ħsara li tkun saret fuq il-kejbils.
Jista' l-Ministru jikkonferma sa tmiem Settembru kemm kellu kontijiet pendenti xi jħallas l-Isptar St Philips lill-Gvern dwar national insurance contribution, dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma, taxxi dovuti lill-gvern u kull dhul ieħor dovut lill-gvern separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni ma tistax tingħata għaliex id-Dipartimenti konċernati huma preklużi mil-liġi milli jagħtu informazzjoni bħal din. Tajjeb ninforma lill-Onor. Interpellant illi, jekk hemm, dak kollu dovut se jitnaqqas mill-ewwel pagamenti dovuti skont il-kuntratt.