Legislature:
Category:
Reset
Active:

ITS — mudell 3D tal-kampus il-ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-mudell 3D tal-kampus il-ġdid tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi, li ntwera fil-pubbliku waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fl-ITS nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2012, sar fuq xi brief partikolari? Jekk iva, minn ħejjieh il-brief? Dan il-brief jista’ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista’ l-Ministru tgħid x’konsultazzjoni saret qabel tħejja dan il-brief mat-tmexxija u l-lecturers tal-ITS?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-artistic impression li ntwera fil-pubbliku waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fl-ITS nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2012 inħadem wara li saru l-ewwel konsultazzjonijiet preliminari sabiex jibda l-proċess inizjali għall-kampus il-ġdid tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi. Il- Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada ġiet inkarigata sabiex tlesti dawn l-artistic impressions inizjali u tkompli tiġbor informazzjoni relatata mal-proġett imsemmi. Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tinġabar informazzjoni aktar dettaljata mingħand l-istakeholders konċernati kollha, inkluż il-lecturers, sabiex kemm jista’ jkun jiġu milqugħa r-rekwiżiti kollha qabel il- finalizzazzjoni tal-proġett.

ITS — avviż legali waqt żjara

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema Avviż Legali jew Liġi oħra ntużat biex minnha ikun ikkupjat Avviż Legali 131 tal-2012 ladarba l-Prim Ministru, waqt żjara fl-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2012, ġie rappurtat li qal li artiklu 28 ta’ l-istess Avviż Legali kien inkluż bi żball għax kien ikkupjat minn x’imkien ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35315 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kumpens ta' flus lit-tim tal-minimoto

Question

Tista' l-Ministru tara li jingħata l-kumpens ta' flus lit-tim tal-minimoto li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fejn dawn jirrapreżentaw lill-pajjiżna ġewwa Sqallija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern għandu 26 skemi ta’ assistenza li minnhom jistgħu jibbenefikaw dawk l-entitaijiet sportivi li huma reġistrati mall-Kunsill Malti għall-Isport. Il-Kunsill Malti għall-iSport diġa irċieva talba għal assistenza mil-klabb imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Kull talba tiġi aġġudikata fuq il-validita u l-merti tagħha mill-istess Kunsill Malti għall-Isport.

Lista ta' kotba għall-iskejjel sekondarji statali

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-kotba u xi prezzijiet għandhom dawn il-kotba li jridu jinxtraw mill-ġenituri tal-istudenti stess fl-iskejjel sekondarji statali? Liema huma l-kotba li jiġu pprovduti bħala parti mis-servizz edukattiv lill-istudenti u mħallsa minn fondi pubbliċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk mill-2008 sallum kienx hemm persuni li taw servizzi jew konsulenzi lill-MCAST liema persuni huma wkoll impjegati, ufficjali jew konsulenti tal-Malta Employers Association – jew ta’ entitajiet affiljati mal-Malta Employers Association? Jekk dan hu l-każ, tista' tagħti d-dettalji ta’ kwalunkwe ħlas jew kumpens li ngħataw dawn il-persuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST, is-Sur Joe Farrugia, huwa wkoll id-Direttur Ġenerali tal- Malta Employers’ Association. Għall-ħidma tiegħu fl-MCAST, is-Sur Farrugia jirċievi onorarja ta’ €16,305, telephone allowance ta’ €600 u travelling allowance ta’ €1,800, fis-sena.

MCAST — investigazzjonijiet kriminali

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-MCAST jew id-diriġenti in kariga kenux suġġetti għall-investigazzjonijiet kriminali mill-2008 sallum? Jekk dan hu l-każ, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar l-eżitu ta’ dawn l-investigazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li mill-2008 sal-lum, l-MCAST kien suġġett għal żewġ investigazzjonijiet: - Tliet membri tal-istaff akkademiku ġew investigati fl-2010 - Membru ieħor tal-istaff amministrattiv kien investigat fuq każ separat fl-2012 Fl-ewwel każ imsemmi, ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ xi reat jew nuqqas ieħor, u għalhekk l-investigazzjonijiet ma tkomplewx. Fit-tieni każ, wara li ftit tax-xhur ilu l-MCAST għadda l-informazzjoni mitluba mill-investigaturi u ta l-ispjegazzjonijiet tiegħu, sal-lum kien għadu ma kien hemm l-ebda ‘follow up’ minn naħa tal-awtoritajiet.

MCAST — - multi mid-Dipartiment tat-Taxxi jew VAT

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-MCAST kienx suġġett għall-multi jew penali mid-Dipartimenti tat-Taxxi jew tal-VAT mill-2008 sal-lum? Jekk dan hu l-każ, tista' tagħti d-dettalji dwar dawn il-multi jew penali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-multi u l-penali mid-Dipartimenti tat-Taxxi jew tal-VAT li l-MCAST kien suġġett għalihom mill-2008 sal-lum huma dawn: 26/5/11 €200 Late return submission - CIR 10/01/12 €50 Additional Tax & Interest - CIR
Leg 11 PQ #34872 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — lecturing staff li rriżenja

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-figuri ta’ kemm irriżenjaw lecturing staff kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, eskluż irtirar bl-età, mill-MCAST, sena b’sena, minn meta twaqqaf il-kulleġġ sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mis-sena 2007 sal-lum qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-snin preċedenti bejn 2001 u l-2006, minħabba li l-informazzjoni trid tinġabar manwalment u titħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni l-oħra mitluba se tingħata ‘l quddiem.
Leg 11 PQ #34873 Sitting 484 2012-05-30 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — kuntratti lecturing posts

Question

Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, minn mindu twaqqaf l-MCAST sal-lum, kemm ingħataw kuntratti definiti għal lecturing posts, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, u kemm minnhom ma ġewx imġedda għal bażi indefinita?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li dan ix-xogħol irid isir manwalment u jieħu ħafna ħin u riżorsi, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.

Università ta' Malta — assciate professor jew professor - lista ta' applikazzjonijiet għall-promozzjoni

Question

Tista' l-Ministru, mingħajr ma semmi ismijiet ta' individwi, tagħti lista ta' applikazzjonijiet għall-promozzjoni għall-gradi ta' associate professor jew professor fl-Università ta' Malta minn Jannar 2006 'il quddiem u jgħid f'kull każ: a) minn liema fakultà, istitut jew ċentru kien l-applikant; b) għal liema grad kienet l-applikazzjoni; ċ) id-data meta l-università rċeviet l-applikazzjoni; d) jekk sal-lum l-applikant rċeviex risposta finali dwar l-eżitu tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha; u e) f'każ li l-applikant irċievu risposta finali: i) id-data li fiha l-applikant ingħata risposta dwar l-eżitu tal-applikazzjoni; u ii) jekk l-applikazzjoni kinetx pożitiva jew le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — kumpaniji sussidjari - profitt

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk dawn il-kumpaniji sussidjari tal-MCAST hux qed joperaw bi profitt, u jekk qed jagħmlu qligħ x’qed isir minnu? Tista' tikkonferma jekk id-diretturi jew persuni f’karigi għolja f’dawn il-kumpaniji jew entitajiet humiex jieħdu parti mill-profitti jew qligħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-rapporti finanzjarji awditjati għall-perjodu li għalaq fil-31/12/09 u għas-sena li għalqet fil-31/12/10 il-kumpanija sussidjarja tal-MCAST, l-MCAST Gateway to Industry Ltd kellha profitt. Il-profitti kollha jiġu ttrasferiti fir-riservi tal-kumpanija. Qatt ma sar tqassim ta’profitti lid-diretturi jew persuni oħra f’karigi għolja f’din il-kumpanija.

MCAST — kumpaniji sussidjari - multi jew penali

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk dawn il-kumpaniji jew entitatjiet sussidjari tal-MCAST, kemm ilhom imwaqqfa kenux suġġetti għall-multi jew penali mid-Dipartimenti tat-Taxxa jew tal-VAT?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Board of Governors

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni fuq is-salarju kif ukoll kull kumpens finanzjarju inkluż fringe benefits, allowances, ħlas jew kwalunkwe kumpens finanzjarju jew ta’ xorta oħra li għandhom dawn il-persuni fl-MCAST: a) Iċ-Chairman tal-Board of Governors tal-MCAST; u b) Membri ohra tal-Board of Governors tal-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Board of Governors - attendenza

Question

Tista' l-Minstru tgħid jekk tinżammx attendenza tal-laqgħat tal-Board of Governors tal-MCAST? Jekk tinżamm attendenza, tista' tingħata l-attendenza tal-membri preżenti tal-bord mid-data tal-appointment tagħhom sal-lum? Jekk ma tinżammx attendenza, tista' tingħata raġuni l-għala ma tinżammx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-Minuti ta’ kull seduta tal-laqgħat tal-Bord tal Gvernaturi titniżżel l-attendenza. Dawn huma l-attendenzi tal-Membri tal-Bord mill-02.11.10, l-ewwel seduta minn meta nħatar il-President il-ġdid tal-Bord. Joseph Farrugia 100% Tonio Portughese 75% Helga Ellul 94% Phyllis Farrugia 81% Michael J Mallia 56% Jonathan C Borg 81% Anne Marie Callus 88% Sue Vella 81% Francis Fabri 69%

MCAST — informazzjoni dwar karigi

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-karigi u rimunerazzjoni - inkluż kull salarju, kumpens, allowance, fringe benefits u benefiċċji ta’ kull xorta li għandhom il-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fl-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tinforma jekk fl-MCAST hemmx impjegati kemm fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jagħtu xi forma ta’ servizz bi ħlas jew kwalunkwe kumpens li huma qraba ta’ dawn il-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament fl-Amministrazzjoni tal-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm biss każ wieħed fejn instab li hemm impjegata li hija qariba ta’ wieħed mill-persuni msemmija fl-istess mistoqsija. Dan kien każ partikolari ħafna, fejn għalliema tal-Kulleġġ waqfet taħdem minħabba leave tal-maternita’ fl-aħħar 10 ġimgħat ta’ din is-sena akkademika. Meta nħolqot din il-ħtieġa, il-Kulleġġ analizza l-lista tal-għalliema kollha li wieġbu għas-sejħa għal applikazzjonijiet li nħarġet pubblikament biex jinstabu għadd ta’ għalliema ‘part-time’ f’suġġetti differenti. Madankollu, l-uniku wieħed minnhom li seta’ jagħti sigħat ta’ xogħol matul il-ġurnata (fil-ħinijiet tal-lezzjonijiet tal-korsijiet ‘full-time’) fis-suġġett involut, ikkonferma fl-applikazzjoni tiegħu li ma kellux l- esperjenza meħtieġa fit-tagħlim tas-suġġett involut. Meta kien konfermat li ħadd minn dawk li applikaw ma seta’ jiġi impjegat għal dan it-tagħlim, ġew avviċinati xi persuni li għandhom ir-rekwiżiti neċessarji għal din il-ħidma temporanja fil-ħinijiet meħtieġa. Kien hawnhekk li ġiet avviċinata l-persuna imsemmija, li hija għalliema irtirata b’esperjenza kbira fis-suġġett, biex fuq insistenza tal-Kulleġġ tagħti dawn il-lezzjonijiet sakemm tispiċċa s-sena akkademika u b’hekk l-istudenti ma jiċċaħdux mit-tagħlim li kellhom bżonn biex itemmu s-sillabu tagħhom fil-ħin u joqogħdu għall-ezamijiet tal-aħħar tas-sena. L-impjieg ‘part-time’ temporanju ta’ din il-persuna jintemm fl-aħħar ta’ Ġunju, hekk kif tispiċċa s-sena akkademika.

Mcast Raħal Ġdid — Childcare Centre - numru ta' ommijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx aktar post fiċ-Childcare Centre li hemm fl-Mcast Raħal Ġdid minħabba li hemm numru ta' ommijiet fl-istaff ta' l-Mcast stess li għadhom qed jistennew li jkunu nklużi t-tfal tagħhom u qed jingħad lilhom li ma jistax isir dan minħabba li m'hemmx staff biżżejjed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-‘Childcare Centre’ tal-MCAST għandu l-kapaċita’ li jżomm sa 25 tfal, kull siegħa. Normalment, dan l-ammont ikun biżżejjed biex jilqa’ għad-domanda ta’ staff u studenti li jkunu jixtiequ jużaw dan is-servizz. Madankollu, ftit taż-żmien ilu kien hemm żewġ ‘child care assistants’ li ma baqgħux jaħdmu f’dan iċ-Ċentru, u sakemm jiġu ngaġġati żewġ impjegati oħrajn, inħass il-bżonn li temporanjament jitnaqqas l-ammont ta’ tfal li ċ-Ċentru jista’ jilqa’. Dan sar biex jiġi żgurat li t-tfal jibqgħu jingħataw l-aħjar attenzjoni possibli. Għaddejja ħidma biex l-ingaġġ tal-impjegati jsir malajr kemm jista’ jkun biex dan is-servizz jerġa’ lura għan-normal mill-aktar fis possibli.

ITS Campus — informazzjoni dwar il-perit

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit li tqabbad biex jiddisinja l-proposti l-ġodda tal-ITS Campus? Fejn hu mistenni jsir eżatt dan il-proġett? Kemm mistenni li jiġi jiswa? Meta mistenni li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni? Sal-lum kemm tħallas il-perit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bil-periti tagħha ġiet fdata biex tieħu ħsieb il-proġett tal-kampus tal-ITS kif ukoll biex tagħti ir-rakkomandazzjonijiet tagħha sabiex tistabblixxi fejn huwa l-aħjar sit għall-dan il-kampus. Kif jiġi stabblit is-sit tingħata l-istima u jibda il-proċess għall-applikazzjoni tal-permessi mill-MEPA. Il-binja m’għandix tieħu aktar minn sentejn minn meta jinħarġu l-permessi neċessarji.
Leg 11 PQ #35084 Sitting 483 2012-05-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Settur tal-Edukazzjoni — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; u 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35091 Sitting 483 2012-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola Erin Serracino Inglott

Question

Peress li jidher li l-iskola sekondarja tal-bniet Erin Serracino Inglott, Bormla qiegħda tiġi phased out, tista' il-Ministru tgħid meta se jkun l-aħħar meta din il-binja tintuża' bħala skola? Meta jasal dan il-waqt, tista' tgħid x'użu se jsir minnha? Tista' tgħid jekk ġietx ikkunsidrata l-possibilità li l-iskola Primarja ta' Bormla titla' hemm ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskola indikata se tibqa’ tkun użata bħala faċilità edukattiva. Għad iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-użu preċiż ta’ din l-iskola.