Birżebbuġa — Ground tal-Futbol u Pitch tal-Waterpolo
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-investiment li sar matul din is-sena biex isiru ground tal-futbol u pitch tal-waterpolo ġewwa Birżebbuġa? Min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu fuq dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jkun lest dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-disinjar, talba għall-permessi u l-ħruġ tat-tenders għal dawn iż-żewġ proġetti sportivi saru u qed isiru mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont li persuna jista' jkollha bħala dħul sabiex tibbenefika minn:
a) għajnuna tal-mard;
b) għajnuna supplimentari; u
ċ) benefiċċju tal-enerġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jinsabu jirreġistraw għax-xogħol jew taħt xi forma oħra mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni b`diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sal-aħħar ta’ Awwissu 2011 fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru kien ta’ 422. Kien hemm 41 persuni oħra b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw għal xogħol part-time.
Lejn Edukazzjoni ta' Kwalità Għal Kulħadd — flus f'konsulenza
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27995, ġaladarba hemm persuni li ma ssemmewx fil-lista mogħtija tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra kemm tħallsu u ta' liema xogħol tħallsu l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27966, tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra jekk ir-Rettur kienx preżenti fis-seduta tal-Kunsill tal-Università, meta ttieħdet id-deċiżjoni u ngħata l-permess biex jagħmel konsulenza għall-gvern u jekk dan il-permess ġiex imġedded minn sena għall-oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prinċipju li r-Rettur jingħata permess biex ikun jista’ jagħmel xogħol barra mill-Università, sakemm dan bl-ebda mod ma jfixkel il-qadi ta’ dmirijietu, jew ikun ta’ kunflitt ma’ dmirijietu bħala rettur, ġie diskuss meta l-pakkett kollu tar-Rettur kien qed ikun iddeliberat mill-kunsill. Ir-Rettur ma kienx preżenti waqt din id-diskussjoni.
Meta r-Rettur daħal lura fil-kunsill, u spjegawlu l-pakkett kollu, hu minn jeddu, iddikjara l-assi u l-interessi kollha tiegħu, inkluż il-konsulenza mal-Gvern. Il-Kunsill aċċetta d-dikjarazzjoni tar-Rettur u l-fatt li r-Rettur kien maħtur konsulent tal-gvern.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11106 u 21445, tista’ l-Ministru tgħid issa kemm qed tiġi tiswa l-ispiża ta’ kull kors mogħti fl-Università ta’ Malta? Kemm hija l-ispiża ta’ kull ġurnata għal kull student li jattendi l-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċess li semmejna fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21445 għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar min huma l-organizzazzjonijiet li rreġistraw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji? Kemm hemm voluntiera jaħdmu f’dawn l-għaqdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-talba għall-benefiċċju tal-mard għall-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ntlaqgħatx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bir-raġuni l-għala ma tikkwalifikax għall-għajnuna medika.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma rċeviet xi arretrati meta saret ir-reviżjoni fuq il-pensjoni tas-servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
wheelchair accessible vehicle — persuni li gawdew eżenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-perusni li gawdew minn eżenzjoni għal meta xtraw wheelchair accessible vehicle f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Tikkonferma li kull applikazzjoni għal din l-eżenzjoni ġiet milqugħa? Jekk le, kemm kienu dawk li ma ngħatawx din l-eżenzjoni u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
tfal u żgħażagħ li ma jistgħux jibbenefikaw mis-servizzi residenzjali jew ta' fostering
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja għas-sena 2011 għat-tfal u żgħażagħ li bħalissa ma jistgħux jibbenefikaw mis-servizzi residenzjali jew ta' fostering? Kemm ġew minfuqa s'issa minn din l-istess allokazzjoni u x'kienet tikkonsisti n-nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa it-trasport għall-iskejjel kollha matul is-snin skolastiċi 2008-2009, 2009-2010, 2010-2011? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa għas-sena skolastika kurrenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-impjegati akkademiċi li qed jagħtu servizz full-time tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandhom xi waħda minn dawn il-kwalifiki: dottorat (PhD), masters degree, bachelor degree, higher national diploma, diploma, certificate u ECDL (ECDL Core 7 modules)? Kemm minn dawn l-impjegati għandhom permanent teachers’ warrant? Kemm minn dawn l-impjegati għandhom B.Educ jew Post-Graduate Certificate in Education jew kwalifika f’livell terzjarju li hija diretta fil-qasam tal-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-istaff maniġerjali u l-Board of Governors tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandhom xi waħda minn dawn il-kwalifiki: dottorat (PhD), masters degree, bachelor degree, higher national diploma, diploma, certificate u ECDL (ECDL Core 7 modules)? Kemm minn dawn għandhom permanent teachers’ warrant? Kemm minnhom għandhom B.Educ jew Post-Graduate Certificate in Education jew kwalifika f’livell terzjarju li hija diretta fil-qasam tal-edukazzjoni (jiġifieri tinkludi xi forma ta' pedagoġija jew management ta' istituzzjoni akkademika)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tippubblika d-diets, inkluż l-ismijiet tal-units mgħallma (inkluz dawn tal-prattika) u n-numru ta’ sigħat u f’liema semestru jiġu mgħallma, tal-korsijiet kollha full-time li qed jingħataw fis-sena akkademika 2011/2012 fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Tista’ l-Ministru tinkludi wkoll id-diets ta' dawk il-korsijiet li minkejja li kienu offruti fil-prospett tal-ITS li nħareġ f’Ġunju 2011 ma fetħux f’din is-sena akkademika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu s'issa l-konsulenti mqabbda mill-gvern għall-proġett propost tal-White Rocks? Min kienu l-konsulenti? Saret sejħa jew direct order? Kemm tħallsu flus s'issa f'konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28730
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandux dritt li jieħu l-benefiċċju tal-mard peress li huwa jonfoq madwar €100 pilloli fix-xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata. Skont l-informazzjoni li ngħatat din il-persuna għadu ma applikax għall-benefiċju tal-mard.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li applikat għal post alternattiv mill-1985 peress li fejn toqgħod huwa kkundannat u fl-aħħar xhur waqgħu anke xi soqfa u tinsab imbeżża'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuni in kwestjoni m’għandhomx applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar għal post alternattiv. L-applikazzjoni li kellhom ġiet kkanċellata nhar l-1 ta’ Novembru, 2005 minħabba li ma bagħtux id-dokumenti mitluba mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali dak iż-żmien.
L-Awtorità tad-Djar se tikkuntattja immedjatament lil koppja anzjana biex jingħataw l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-koppja anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex dritt għall-ikell b'xejn mill-Unjoni Ewropea bid-dħul li għandha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.