Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament, kemm għandha bolol imħallsa u allura jekk għandiex xi arretrati li jistgħu jitħallsu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jinghataw separatament, li ilha aktar minn sena tistenna li tiġi rikonoxxuta mill-Aġenzija Appoġġ bħala foster parentperess li din l-istess persuna għamlet il-kors relatat mal-istess aġenzija sena ilu u kienet misjuba tajba biex tkun meqjusa bħala foster parent u ilha aktar minn sena tieħu ħsieb trabbi tifel minkejja li mhux tingħata l-għajnuna li tingħata lil foster parents? Huwa minnu li l-proċess huwa mwaħħal għaliex l-aġenzija m’għandhiex social workers biżżejjed biex imorru jagħmlu spezzjoni d-dar tal-persuna indikata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-Persuna kkoncernata ghamlet it-tahrig ghall-next of kin foster carers f’Marzu 2012 u ser tibda ssirilha l-assessment fil-gimghat li gejjien. Dan kien l-ewwel kors li sar ghall-next of kin foster carers, wara l-applikazzjoni tal-individwu. L-assessment ma bdietx b’mod immedjat minhabba nuqqas ta’ risorsi izda fl-ahhar gimgha l-Fostering Service tal-Agenzija APPOGG kellha zieda ta’ social workers, u ghalhekk il-kazijet li kien hemm pendenti qeghdin jigu allokati. Wara li ssir l-assessment l-Agenzija APPOGG tipprezenta l-Home Study Report lill-Fostering Board, biex jikkunsidra jiddeciedi jekk l-applikanta tigiex approvata bhala foster carer.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuna kompletament idedikata għall-bżonnijiet tal-ġenitur b'mard serju, ma tistax tibbenifika mill-benefiċċju tal-wens jekk fl-istess household ikun hemm min ikollu impjieg full-time? Meta se titranġa din l-anomalija inġusta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pensjoni tal-Wens titħallas biss lil persuna (barra l-konjuġi) li tkun waħedha qed tieħu ħsieb il-pażjent. Għalhekk fejn ikun hemm aktar minn persuna waħda tgħix mal-pażjent/a ma titħallasx il-pensjoni. Tajjeb inżid li d-dritt għal din il-pensjoni huwa ukoll suġġett għal test tal-mezzi.
Nista’ ninforma lil Onor Membru li bħalissa din l-iskema qed tiġi studjata biex isiru rakkomandazzjonijiet għal titjib għal ġid tal-pażjenti u l-persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li jiġi stallat lift bi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-fond fit-2 ta’ Ottubru, 2012, u rriżulta illi sfortunatament mhux fiżikament u legalment possibli illi jiġi nstallat lift.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jiġi stallat lift fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-fond fis-27 ta’ Settembru, 2012, u rriżulta illi sfortunatament mhux fiżikament u legalment possibli illi jiġi nstallat lift.
Benefiċċju tal-Wens — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33978, jista' l-Ministru jgħid għaliex kontribuzzjonijiet imħallsa barra minn Malta eż. f'Piemonte, Italja ma jingħaddux ma' dawk li jsiru f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kontribuzzjonijiet imħallsa f’pajjiż tal-Unjoni Ewropeja jew li miegħu Malta għandha ftehim bilaterali jgħoddu għal Malta jekk il-persuna tkun ħallset kontribuzzjonijiet f’Malta ukoll.
Qorti tal-Unjoni Ewropea — post vakanti ta' imħallef
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a) min intagħżel għal post vakanti ta' imħallef fil-Qorti ġenerali tal-Unjoni Ewropea;
b) kemm hu t-terminu;
ċ) għaliex fil-kariga tal-gazzetta tal-gvern t-terminu kien ta' sitt snin;
d) min intgħażel għal post vakanti ta' imħallef fil-Qorti tal-Unjoni Ewropea;
e) jekk ma intgħażel ħadd, għaliex;
f) min kienu l-membri tas-selection board; u
g) meta saru l-interviews?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ghall-post vakanti ta’ mhallef fil-Qorti Generali tal-Unjoni Ewropea u dak vakanti fil-Qorti tal-Gustizza tal-Unjoni Ewropea gew nominati Prof Eugene Buttigieg u l-Imhallef Anthony Borg Barthet rispettivament.
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dawn in-nomini qed isiru mill-Gvern Malti abbażi ta’ mertu u wara proċess ta’ għażla pubblika. Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għaz-zewg karigi ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-media lokali. Twaqqaf Kumitat ta’ Għażla sabiex jevalwa l-applikazzjonijiet li daħlu, ifassal lista tal-kandidati li kellhom il-kwalifici u jintervista lil dawk magħżula fil-lista.
Il-Kumitat ta’ Għażla kien magħmul mill-Prim Imħallef, eks imħallef li serviet fil-Qorti tal-Unjoni Ewropea, l-Avukat Ġenerali, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u s-Segretarju tal-Kabinett tal-Ministri fir-rwol ta’ Segretarju tal-Kumitat filwaqt li l-intervisti saru s-Sibt 16 u t-Tlieta 19 ta’ Gunju 2012.
Jista' il-Ministru jagħti din l-informazzjoni dwar il-Kummissjoni kontra l-Inġustizzji:
a) meta waqfet tiffunzjona l-Kummissjoni;
b) kemm tressqu każijiet quddiem din il-Kummissjoni;
ċ) kemm minn dawn il-każijiet ġew deċiżi mill-Kummissjoni;
d) kemm minn dawn il-każijiet deċiżi kienu deċiżi favur l-attur;
e) kemm kien hemm każijiet li bdew jiġu ttrattati imma sakemm twaqqfet tiffunzjona l-Kummissjoni baqgħu mhux deċiżi; u
f) kemm kien hemm każijiet li sakemm waqfet tiffunzjona kienu għadhom ma bdewx jiġu ttratti?
Response (SAID, CHRIS)
B’referenza ghad-domanda tal-Onor Membru fejn qed jirreferi ghall Kummissjoni kontra l-Ingustizzji nahseb li qed issir referenza ghat-Tribunal tal-Investigazzjoni tal-Ingustizzji. Din il-Kummissjoni ma kienetx taqa’ taht il-Ministeru tal-Gustizzja imma tirrapporta direttament lill-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Fir-rigward l-informazzjoni mitluba u minn dak li jirrizulta mir-records jidher li l-ahhar seduta saret fil-11 ta’ Lulju, 2005. Quddiem din il-Kummissjoni kienu tressqu 1233 kaz f’Malta u 103 f’Ghawdex. Kien hemm dsatax il-kaz iehor li kienu dahlu wara li ghalaq it-terminu sakemm kellhom jigu pprezentati tali talbiet u ghalhekk dawn l-ahhar 19 il-kaz ma setghux jigu accettati.
Illi l-Kummissjoni ttrattat il-kazjiet kollha li dahlu u kollha kienu decizi jew ceduti u ma kien hemm l-ebda kaz li baqa’ pendenti u mhux terminat. Dwar il-mistoqsija (d) ninforma lill-Onor Interpellant li ma kienetx inzammet tali statistika u fil-fatt issir referenza ghal misoqsija parlamentari 19403 tal-2010.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-anzjani li jagħlqu t-80 sena matul din is-sena humiex ukoll intitolati għall-€300 li ġew imħabbra fl-aħħar budget? Jekk fl-affermattiv dawn jieħdu l-ammont kollu jew parti minnu? Jekk fil-każ kif tiġi maħduma s-somma li jingħataw? Jista' jgħid ukoll jekk din l-għotja ta' €300 hux se titkompla s-sena d-dieħla wkoll jew le?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi dawk l-anzjani li jilħqu l-eta’ ta’ tmenin matul is-sena jkollhom dritt għal parti mill-ammont ta’ €300 bħala Għotja għall-Anzjani.
L-ammount dovut jirrifletti n-numru ta’ ġimgħat li jkun fadal sal-aħħar tas-sena mid-data li fiha l-anzjan jew l-anzjana jilħqu l-eta’ ta’ tmenin sena.
Nikkonferma ukoll illi l-Għotja msemmija ser tkompli titħallas is-sena d-dieħla ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applika snin ilu biex tieħu post tal-gvern u fil-preżent għandu 220 punt? L-Awtorita tad-Djar se tipprovdilu post alternattiv?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa mitlub biex jara r-risposta għal din il-mistoqsija f’numru 35912. Iżda l-Awtorita’ tad-Djar tinfurmak li l-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija. Fil-preżent l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex postijiet vakanti fil-lokalitijiet li jixtiequ l-applikanti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35904, jista' l-Ministru jara li l-koppja terġa' tiġi kkuntatjata peress li hi kkonfermat li għandha €678 fix-xahar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tas-Sinjuri in kwestjoni ġiet maħduma fuq id-dħul tagħhom tas-sena 2011 li kien jammonta għal €9552. Huma jibbenefikaw minn sussidju ta’ 75% li jitħallas mill-Awtorita’ tad-Djar. B’hekk jiġi li huma jħallsu biss 15% u ċioe’ €58.33 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kellha tarbija u kellha tieħu xi flus tal-maternità skont il-miżura tal-aħħar budget u għadhom ma ħadu xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna se tigi nfurmata permezz ta' ittra dwar il-kaz taghha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma rċevitx il-vouchers tal-kont tad-dawl u l-ilma peress li għandha dħul baxx?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li bid-dettalji mogħtija ma nstab xejn fuq is-sistema tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali, tajjeb jekk jingħataw iktar dettalji bħal numru tal-karta ta’ l-identita’.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex preżentament applikazzjonijiet pendenti għall-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal xi bini? Fil-każ li iva, f'liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-awtorità għandhiex permessi validi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandhom mhux mibnija? Fil-każ li iva, f'liema lokalitajiet huma dawn il-permessi u kemm hemm appartamenti involuti?
Response (SAID, CHRIS)
ninforma lill-Onorevoli INterpellant sabiex isib l-Informazzjoni mitluba hawn taht:
LOKALITA’
Numru Totali ta’ Units ghal kull Lokalita’
Fgura
42
San Lawrenz
70
Ta’ Giorni
62
Numru Totali ta’ Units
174
Permessi tal-MEPA validi li ghandha l-Awtorita’ tad-Djar (li ghadhom mhux mibnija)
LOKALITA’
Numru Totali ta’ Units
Ghal Kull Lokalita’
Attard
6
Birkirkara
51
Burmarrad
17
Cospicua
56
Floriana
12
Kirkop
140
Luqa
159
Marsaskala
36
Mellieha
11
Mgarr
6
Mriehel
6
Msida
143
Naxxar
9
Paola
8
Qormi
21
Qrendi
73
Rabat
18
San Gwann
3
Senglea
3
Siggiewi
100
Valletta
11
Vittoriosa
3
Zabbar
69
Zebbug
73
Zejtun
5
Zurrieq
46
Numru Totali ta’ Units
1085
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress kif wieħed jista' jara, għandhom għadd ta' xquq fil-ħitan ta' xi kmamar u anke problemi bil-madum li allegatament tqiegħed ħażin mill-bidu?
Response (SAID, CHRIS)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-ispezzjoni ser issir fil-gimghat li gejjien.
Investigazzjonijiet tat-Taqsima tal-Pulizija ta' kontra r-reati ekonomiċi — infermiera pakistani
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tat-Taqsima tal-Pulizija ta' Kontra r-Reati Ekonomiċi rigward il-każ fejn infermiera Pakistani kienu qegħdin jiġu sfruttati mill-Chrism Co. Ltd billi kienu qegħdin jiġu mggħela jħallsuha pagamenti kbar? X’kienu l-passi li ttieħdu s’issa, inkluzi passi mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Inkjesta Kriminali, kontra d-Direttur u diriġenti oħra tal-kumpanija? Kien hemm xi eżitu fil-kawża li wieħed mid-dirigenti tal-Chrism Co. Ltd fetaħ fil-Qorti kontra Infermiera Pakistani dwar ksur ta’ ftehim li kien jipprovdi għall-ħlas ta’ €120 kull xahar għas-sullokazzjoni ta’ appartament b’żewġ kmamar tas-sodda u kamra waħda tal-banju li fih kienu jgħixu 11-il persuna biex b’hekk dan id-diriġent tal-Kumpanija kien jiġbor b’kollox €1,320 fix-xahar minn għandhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninsab Infurmat illi l-Pulizija bdiet proceduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 4 persuni b’konnesjoni ma’ dan il-kaz. Infurmat ukoll illi dawn il-proceduri ghadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Minn informazzjoni li ghandi
jirriżulta li fl-2011 saret kawża fil-Qorti tal-Maġistrati (Ċivili) minn wieħed mill-persuni - li kontra tiegħu nbdew il-proċeduri tal-Pulizija – kontra persuna ta’ nazzjonalita` Pakistana fejn intalbet il-kundanna għall-ħlas ta’ €4080 rappreżentanti danni minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt ta’ kirja. Din il-kawża għadha pendenti u qegħda differita għall-provi tal-inti
mati għall-15 ta’ Ottubru 2012.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ir-Reġistratur tal-Qorti għadu ma mxiex mad-digriet tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
B’referenza għall-interpellanza tal-Onor Membru jiġi sottomess li meta jkun hemm ordni tal-Qorti biex jiġu mibdija proċeduri ta’ disprezz fil-konfront ta’ xi persuna, kif kienet l-ordni tal-Qorti f’dan il-kaz, il-kaz jgħaddi għand il-konsulent legali tad-Dipartiment biex jieħu ħsieb jipprepara u jibda l-istess proċeduri. Fil-każ in kwistjoni, wara li sar ix-xogħol kollu meħtieġ, l-atti ġew ippreżentati fil-Qorti nhar il-Ġimgha 10 ta’ Awwissu, 2012.