Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann– tiswijiet taċ-ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7954, jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi biex Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, tiġi rranġata fil-parti indikata fl-istess mistoqsija?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tal-Ippjanar – Laqgħat ma’ Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, jekk kien hemm, bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u Kunsilli Lokali f’din l-aħħar sena? Jista’ jagħti d-dati ta’ dawn il-laqgħat u jgħid ma’ liema Kunsilli Lokali ltaqgħu, min kien preżenti u x’kien is-suġġett diskuss?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema tip ta’ laqgħat u għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbnew uffiċini ġodda jew jittranġaw l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar li kien hemm fi Triq il-Kapuċċini kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri, ġewwa r-Rabat Għawdex, peress li sa ftit tas-snin ilu din il-binja kienet tintuża ta' kuljum mill-ħaddiema u klijenti tal-Awtorità tal-Ippjanar u llum tinsab magħluqa fi stat ta' abbandun?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini fi Triq il-Kapuċċini kantuniera ma’ Triq Sir Luigi Camilleri, ġewwa r-Rabat Għawdex, li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet tagħmel użu minnhom sa ftit tas-snin ilu ġew irritonati lura lill-Awtorità tal-Artijiet f’Awwissu 2022. Għaldaqstant l-Awtorità tal-Ippjanar mhux se tkompli bil-pjan li tirranġa dawn l-uffiċini jew tibni uffiċini ġodda.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8988 fejn jingħad “illi l-Awtorità tal-Ippjanar taġixxi kif stabbilit fl-Att dwar l-Ippjanar”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy għar-rigward tal-proċeduri ta’ infurzar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri ta’ infurzar jinsabu fl-Att prinċipali dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552), Taqsima IX (Monitoraġġ u Twettiq).
B’referenza għall-enforcement notice EC00310/15, li nħarġet fl-2015, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Awtorità milli timxi fuq din l-enforcement notice? Kemm huma l-penali f’dan ir-rigward u jekk dawn tħallsux? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuta biex il-pubbliku jkun jaf jekk verament kienx hemm il-ħlasijiet dovuti bil-liġi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tal-avviż ta’ infurzar ECF/310/15, sar appell lit-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar PAB35/16, liema appell għadu pendenti. Għaldaqstant l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tieħu azzjoni sakemm jinqata’ dan l-appell.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7757 u jgħid kemm tħallsu s’issa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) il-konsulenti li qed joffru konsulenza dwar il-building codes u jipprovdi lista ta' dawn il-konsulenti u għal kull każ jgħid jekk dan kienx direct order jew ingħatax permezz ta' tender?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza ghall-Iskema 'Irrestawra Darek' tal-2023 maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li għalqet fit-30 ta' Mejju 2023, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjonijiet aċċettati bdew bin-numru 201 u mhux bin-numru 001? Mit-390 applikazzjoni aċċettati mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom jikkwalifikaw biex jieħdu l-fondi, inkluż l-ammont ta' spejjeż relatati u kemm minnhom qegħdin fuq il-lista ta' riserva u l-ammont ta' spejjeż relatati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Raħal Ġdid – pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6354, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li nħadmu 130 minn 170 balavostra u nbeda x-xogħol fuq il-parti fejn ser issir rampa għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Tneħħa s-soprabank u l-balavostri eżistenti biex issa jkun jista’ jibda wkoll ix-xogħol fuq il-parti tal-ħajt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362 jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid fid-dawl li din is-sitwazzjoni issa ilha pendenti s-snin u jindika meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju f’din il-pjazza ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru u l-awtoritajiet konċernati m’għandhom l-ebda kuntratti ta’ dan it-tip.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar biss qed tagħmel użu minn żewġ binjiet mikrija li huma s-segwenti:
Entità
Binja
Bidu tal-kirja
Terminu tal-kirja
Valur tal-Kirja fis-sena (mingħajr VAT)
Awtorità tal-Ippjanar
Uffiċju tad-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar
20/08/2018
19/08/2026
€168,912.00
Awtorità tal-Ippjanar
Maħżen
04/08/2004
02/04/2025
€42,000.00
Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8710, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8484, jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-parti ta’ wara tal-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana faċċata tal-Msida Bastion Historic Garden, int u tiela’ lejn l-Uffiċini tal-Kumissarju tat-Taxxi Interni billi mhijiex tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8547 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Final Opinion on the regularisation process vis-à-vis the CTB concessions sent to the House of Representatives” datat 29 April 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Peress li s-CTB kienet konċessjoni u mhux permess, bl-introduzzjoni tar-regolamenti ġodda ta’ regolarizzazzjoni, il-punti ddikjarati fis-CTB huma suġġetti għall-proċedura ta’ regolarizzazzjoni.
Selmun Palace Hotel – applikazzjonijiet għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8674 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie approvat imsemmi fit-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq is-Selmun Palace Hotel u allura applikazzjonijiet PA0719/99, PA6825/95 u PA2568/01, twettaqx, u dan għal kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iżvilupp fir-rigward tal-permessi PA6825/95 u PA2568/01 ma ġiex imwettaq filwaqt illi l-iżvilupp ta’ kamra kif approvat fil-permess PA719/99 ġie eżegwit.
Promenade bejn San Ġiljan u l-Gżira — manutenzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4310, peress li jien kont qiegħed nistaqsi dwar manutenzjoni u mhux dwar tisbiħ, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan ta’ manutenzjoni għall-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira fid-dawl tal-ħsarat li hemm f’din il-promenade?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-intervent tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi f’din il-materja ser ikun qed isewwi jew jagħmel mill-ġdid, skont il-bżonn, numru ta’ bollards tal-konkos u jqabbad arbli tad-dawl ġodda mas-sistema elettrika fiż-żona ta’ Għar id-Dud.
Mellieħa – żona magħrufa bħala l-Aħrax tal-Madonna – applikazzjoni (PA6403/21)
Question
B’referenza għall-applikazzjoni (PA6403/21) approvata b’mod anomalu ħafna mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq sit ta’ Natura 2000 fiż-żona magħrufa bħala l-Aħrax tal-Madonna limiti tal-Mellieħa, minkejja rakkomandazzjonijiet għal rifjut minn numru ta’ entitajiet fosthom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiġi kkonsidrat li dan il-permess jiġi revokat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar ma għandha l-ebda talba quddiema biex tirrevoka l-permess PA 6403/21.
Awtorità tal-Ippjanar — ħruġ ta' permess għal lukanda fil-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se tkun qed tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar wara sentenza tal-Qorti li ngħatat fl-aħħar jiem li lukanda fid-daħla tal-Mellieħa (biswit l-istabbiliment Welbees), li tagħha ħareġ il-permess (PA5909/17) mill-Awtorità fl-2019, qatt ma kellu jinħareġ l-istess permess u li għandu jiġi revokat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Fid-dawl tas-sentenza mogħtija fejn parti mill-permess maħruġ ġiet imħassra, l-applikant għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jindirizza l-pożizzjoni fid-dawl tat-tali deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar — ħruġ ta' permess għal lukanda fil-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min se jerfa’ r-responsabilità politika u amministrattiva għall-ħruġ tal-permess PA5909/17, liema permess inħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar u li l-Qorti, f’sentenza fl-aħħar jiem, stqarret li dan il-permess qatt ma messu nħareġ u li għandu jiġi revokat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Awtorità sa mit-twaqqif tagħha dejjem tieħu nota tad-deċiżjonijiet li jingħataw minn żmien għal żmien mill-Qrati u tieħu nota tal-insenjament tal-Qorti u tal-interpretazzjonijiet li tagħti fis-sentenzi tagħha.