Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jibda jippromwovi films ta’ produtturi Maltin u li ġew iffilmjati f’pajjiżna biex jiġu esibiti fuq l-istazzjon nazzjonali ta’ pajjiżna u b’hekk ikunu jistgħu jitgawdew mill-poplu Malti u Għawdxi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Film Commission diġa’ kellha diskussjonijiet mal-Malta Producers Association (MPA) dwar din it-tema f’laqgħa li saret fl-14 ta’ Frar 2024. Filwaqt li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjonijiet Maltin igawdu minn cash rebate ta’ massimu ta’ 50%, nitlobha tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt Valletta ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-daħla tal-Belt hemm żewġ lifts – wieħed li minn City Gate jagħti għal ħdejn il-flats, u ieħor li minn Ġnien Laparelli jagħti għal ħdejn l-entratura tal-Parlament. Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu hija responsabbli tal-lift li hemm biswit il-Parlament. Il-ħsara ġiet individwata mill-inġiniera u huwa previst li dan il-lift jerġa’ jibda jaħdem appena tasal il-“part” neċessarja mill-Ġermanja.
Kummissjoni tal-Films – Konsultazzjoni qabel ma nħarġu l-għaxar pledges
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-produtturi tal-films qabel ma nħarġu l-għaxar pledges mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jispjega fuq liema kriterji l-Kummissarju tal-Films qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet jekk il-konsultazzjoni qed issir wara li nħarġu dawn il-pledges?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret il-konsultazzjoni kollha neċessarja biex ikunu jistgħu joħorġu dawn l-għaxar pledges. Il-Kummissjoni tal-Films tikkonsulta mal-istakeholders meta u fejn ikun neċessarju.
Kummissjoni tal-Films – Evalwazzjoni tal-għaxar pledges li nħarġu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se ssir evalwazzjoni tal-għaxar pledges li nħarġu mill-Kummissjoni tal-Films flimkien mal-produtturi tal-films Maltin u l-ħaddiema f’dan is-settur?
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet iddeterminata s-sistema tar-rate card tal-produtturi Maltin għal films? Jista’ jispjega għalfejn il-Kummissjoni tal-Films mhijex toffri rate cards differenti skont it-tip ta’ film li jkun se jiġi iffilmjat peress li hemm films ta’ kwalitajiet differenti eżempju low budget films u dawk li mhumiex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tar-rate cards ġiet iddeterminata abbażi tal-andament tas-suq.
Nitlob lill-Onor. Interpellant tikkjarifika xi jfisser għaliha “low budget film” u tati eżempju.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956, 14142, 14231, 14961 u 16270 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16086, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-inter tagħha u ċjoè jagħti l-ismijiet tal-membri tal-bord li ġejjin minn diversi entitajiet kif elenkati minnu stess? Jista’ jgħid min huwa ċ-chairperson fuq dan il-kumitat? Fid-dawl li skont it-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li ħadd mill-membri tal-bord ma jitħallsu ħlief is-segretarja, jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għaċ-chairman tal-istess bord? U jekk le, jista’ jgħid kemm qed jitħallas f’paga/allowance u perkaċċi oħra tax-xogħol li jagħmel bħala chairperson?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16086, ninfurmah li l-kompożizzjoni tal-Kumitat hi marbuta ma’ entitajiet u assoċjazzjonijiet fis-settur illi jistgħu jagħtu kontribut siewi f’dan il-Kumitat, ergo mhux marbuta ma’ individwi partikolari imma rapprezentanza.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika hemm żewġ persuni li għandhom ’il fuq minn 65 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fl-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Imdina?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fit-Tlett Ibliet tal-Kottonera? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Kottonera?
Film Awards – Rendikont dwar il-kumplament tan-nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar il-kumplament tan-nefqa tal-Film Awards meta minn 1.3 miljun Ewro li nafu s'issa, tnaqqas il-ħlas ta' 120,000 Ewro lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika- Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14513, 14668 u 14968 dwar proġett fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'baqa' pendenti sabiex il-proġett ikun jista' jitkompla hekk kif sal-ġurnata li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari dan il-proġett għadu ma tkompliex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġaladarba jkun hemm ftehim mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, il-proġett ikun jista’ jitkompla.
Naxxar – Triq il-Fortizza tal-Mosta – Knis u tindif ieħor
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-iskeda tal-knis u tindif ieħor fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar u jaċċerta li dan il-knis u tindif qiegħed fil-fatt isir regolarment?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija mhijiex inkluża fil-lista uffiċjali ta’ toroq arterjali u distributorji, u għaldaqstant ma taqax taħt il-kompitu tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn latrini pubbliċi f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex skont il-lokalità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tad-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jinsabu fil-lokalitajiet li ġejjin:
1. Baħar iċ-Ċagħaq
2. Birgu - Xatt ir-Risq
3. Furjana – Il-Ġnien tal-Argotti
4. Kalkara - Rinella
5. Belt Valletta - Barrakka ta’ Fuq
6. Belt Valletta – Pjazza Tritoni
7. Sliema - Qui Si Sana
8. Buskett
9. Rabat – Ġnien Howard
10. Marsaxlokk
Addizzjonalment, hemm 8 latrini pubbliċi oħrajn li jaqgħu taħt entitajiet oħrajn, madanakollu jsir tindif min-naħa tad-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni. Dawn huma:
1. Marsaskala – Park tal-Familja
2. Kennedy Grove
3. Park Nazzjonali Ta’ Qali
4. Adventure Park Ta’ Qali
5. Mosta - Ġnien Victor Calvagna
6. Ta’ Qali Crafts Village
7. Ħamrun - Pjazza 7 ta’ Ġunju
8. Kalkara Garden
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Belt Valletta?
B’referenza għat-twaqqif mill-ġdid tal-Paceville Town Management Commitee, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni fuq dan il-bord? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of references tal-istess bord? Jista’ jgħid kemm hu l-baġit biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan il-bord? Jista’ jgħid ukoll kemm ser ikunu qed jitħallsu f’salarji, allowances u/jew perkaċċi oħra ċ-chairman u l-membri l-oħra ta’ dan il-bord?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat huwa magħmul minn rappreżentanti:
· TZRA,
· Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika,
· Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan,
· Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu,
· Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni,
· Transport Malta,
· MHRA,
· Kamra tal-SMEs,
· Malta Police Force, u
· Assoċjazzjoni tal-Catering Establishments.
Fir-rigward ta’ baġit, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Estimi tal-Baġit li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li l-membri tal-Kumitat kollha huma ex-ufficio ħlief għas-Segretarja tal-Kumitat li għandha €2,425 fis-sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini ta’ referenza tal-istess kumitat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.