Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċediment volontarju tal-Liċenzja tas-sewqan - żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li applikaw għall-iskema għaċ-ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan minn meta ħarġet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Inċidenti tat-traffiku – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-Siġġiewi matul is-sena 2025, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 l-uffiċjali ta’ Transport Malta taw l-assistenza tagħhom fi 11-il inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.

Ħal Luqa – Inċidenti tat-traffiku – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Luqa matul is-sena 2025, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 l-uffiċjali ta’ Transport Malta taw l-assistenza tagħhom fi 62 inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

Ħal Qormi – Inċidenti tat-traffiku – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Qormi matul is-sena 2025, u f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 l-uffiċjali ta’ Transport Malta taw l-assistenza tagħhom f’228 inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.

Is-Siġġiewi – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta’ din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x’tip ta’ xogħol se jsir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Siġġiewi hemm ippjanat li jsiru dawn ix-xogħlijiet: ·        xogħol fi Triq Bur il-Kbir fl-ewwel kwart tal-2026. ·        xogħol fi Sqaq fi Triq il-Panoramika fl-ewwel kwart tal-2026 ·        xogħol fi triq Blat il-Qamar wara li jitlesta x-xogħol fi Triq Bur il-Kbir. Bħalissa għaddej ix-xogħol fil bypass tas-Siggiewi fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi.

Ħ’Attard - Karozzi elettriċi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi elettriċi reġistrati fuq residenti f’Ħ’Attard?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta daħlet din il-mistoqsija kien hemm 643 battery electric vehicles reġistrati fuq residenti f’Ħ’Attard.

Ħal Luqa – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f’Ħal Luqa sal-aħħar ta’ din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x’tip ta’ xogħol se jsir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ħal Luqa hemm ippjanat li jsiru dawn ix-xogħlijiet: ·        bini mill-ġdid ta’ Triq Tarxien, liema xogħol mistenni jibda fl-ewwel kwart ta’ din is-sena ·        bini mill-ġdid ta’ Triq Indri Micallef u Triq Censu Decandia.

Ħal Qormi – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f’Ħal Qormi sal-aħħar ta’ din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x’tip ta’ xogħol se jsir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Ħal Qormi hemm ippjanat li jsiru dawn ix-xogħlijiet: ·        xogħol fi Triq tal-Ħlas u Triq il-Ġdida fl-ewwel kwart tas-sena, ·        xogħol fi Triq il-Sebħ u Sqaq fi Triq tal-Ħandaq fit-tieni kwart tas-sena.

Parroċċa ta’ Ħal Tarxien - Proġett ta’ riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru issa jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ quddiem il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-parti tal-proġett quddiem il-knisja qed jitkomplew xogħlijiet relatati ma’ servizzi tar-residenzi varji, u beda x-xogħol tat-tqegħid ta’ madum.

Skema ta’ Għotjiet tal-Gvern għar-Rinunzja tal-Liċenzja tas-Sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskema ta’ Għotjiet tal-Gvern għar-Rinunzja tal-Liċenzja tas-Sewqan li se tkun qed tagħti €5,000 fis-sena għal perjodu ta’ ħames snin lil persuni sal-età ta’ 30 sena hijiex estiża għal kulħadd, jiġifieri: ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikanti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitlub hija aċċessibbli permezz tal-link segwenti, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tagħha. https://www.transport.gov.mt/land/sustainable-transport/driving-licence-surrender-scheme-7568

Ir-Rabat, Malta – Triq it-Tiġrija – Problema ta’ ‘water runoff’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed fir-rigward tal-problema ta’ ‘water runoff’ li qed tiġi esperjenzata fi Triq it-Tiġrija, fir-Rabat, Malta – problema li ma kenitx teżisti qabel ma saru x-xogħlijiet attwali – minħabba li l-isprall preżenti mhu mqabbad mal-ebda sistema u b’hekk jakkumula, ifur u jibqa’ joħroġ fit-triq għal ġranet sħaħ wara x-xita, b’periklu għal min juża din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru numru ta’ interventi biex jiġi assigurat li s-sistemi tal-ilma jaħdmu kif suppost. F’dawn il-jiem se jkunu qed isiru spezzjonijiet oħra fis-sistemi tal-ġbir tal-ilma matul it-triq imsemmija.

Pjazza tal-Mosta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33030 dwar kemm qed tiswa lill-Gvern biex tingħalaq il-Pjazza tal-Mosta, fejn ġie mwieġeb li “l-Awtorità għat-Trasport tassisti biss permezz tal-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar sabiex ikun jista’ jitwettaq l-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta”, jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa l-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qed tassisti permezz tal-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar, mill-19.00 sal-00.00, kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt, sabiex ikun jista’ jitwettaq l-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta. Din l-assistenza qed iġġib magħha spiża ta’ madwar €36,348 fis-sena għal Transport Malta. In-numru ta’ uffiċjali (sa massimu ta’ sitta) ivarja skont il-ħtiġijiet operattivi.

Ċittadini mhux Maltin - Karozzi rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32445 u 32719 u jgħid kemm hawn ċittadini mhux Maltin li għandhom karozza reġistrata f’isimhom fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sal-2024, il-medja tal-persentaġġ ta’ ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom, kien ilaħħaq il-11.38% tal-karozzi reġistrati. Tajjeb li ninfurmah ukoll li dak il-persentaġġ jinkludi kemm ċittadini tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll Third-Country Nationals.

Ċerimonja tal-għoti tal-warrant lill-Inġiniera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir iċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrant lill-Inġiniera peress li l-aħħar waħda li saret kienet fit-30 ta' Ottubru 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant huwa edott mill-fatt li ftit tal-jiem ilu l-Qorti tat l-awtorizzazzjoni sabiex l-istudenti li ggradwaw mill-kors tal-inġinerija tal-MCAST jitħallew jersqu għall-warrants tagħhom. Pożizzjoni li l-Gvern appoġġja mill-ewwel ġurnata. Għaldaqstant ninfurmak li kif jispiċċa l-proċess tal-warrants ta’ dawn l-istudenti issir iċ-ċerimonja li jmiss għall-għoti tal-warrants, li qed naraw issir bejn Jannar u Frar li ġej.

Pjazza tal-Mosta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiswa lill-Gvern biex tingħalaq il-Pjazza tal-Mosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport tassisti biss permezz tal-provvista ta’ uffiċjali tal-infurzar sabiex ikun jista’ jitwettaq l-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta. Barra minn hekk, l-Awtorità ma għandhiex spejjeż oħra relatati ma’ dan il-proċess.

Malta flagged ships - Ports in Israel

Question

To ask the Minister how many Malta flagged ships have used ports in Israel since October 2023? How many were used to deliver military material and/or energy and how many transported other goods?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali informazzjoni ma tinġabarx mill-Awtorita’ Maltija għat-Trasport.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Marsaskala – karozza tal-linja ċirkolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir karozza tal-linja ċirkolari madwar Marsaskala sabiex ikun iktar faċli għar-residenti li jiċċaqilqu minn post għal ieħor fl-istess lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif spjegajt fit-3 ta’ Ottubru li għadda meta ħabbart il-proġett ta’ riġenerazzjoni f’Marsaskala, l-Awtorità għat-Trasport ser tintroduċi servizz ta’ trasport pubbliku ġewwa Marsascala, b’rotta ċirkulari, maħsuba biex taqdi lill-komunità ta’ Marsascala u dawk li se jużaw is-servizz tal-Fast Ferry.