Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq taċ-Ċawsli – fondi utilizzati mill-Fond Ewropew

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda 10297, jista’ l-Ministru jindika għat-triq partikolari magħrufa bħala “Taċ-Ċawsli” kemm ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta lestiet xahar qabel iż-żmien il-proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, ir-rotta ewlenija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, li qabel kien jisimha Triq Bormla u hija magħrufa wkoll bħala “Taċ-Ċawsli”. B’investiment ta’ €4 miljun, din it-triq issa mhux biss fiha karreġġjata ġdida għall-karozzi imma għandha wkoll korsija għar-roti u passaġġ pavimentat għall-mixi mifrudin mill-korsiji tal-karozzi bir-ringiela siġar taċ-Ċawsli li ġew inkorporati fid-disinn ġdid tagħha. Il-korsija tar-roti sseparata mill-karozzi, iżda xorta waħda miksija bl-asfalt, hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha f’Malta. B’hekk toffri l-istess kumdità ta’ sewqan daqs li kieku qed issuq fi triq normali bl-asfalt, iżda b’inqas riskji ta’ aċċidenti għaliex dawk li jivvjaġġaw bir-roti ma jkunux qed isuqu mal-karozzi. Oriġinarjament, dan il-proġett kien ippjanat li jkun lest fis-sajf li ġej. Madankollu, Infrastructure Malta kkordinat ix-xogħol b’attenzjoni sabiex il-kuntratturi setgħu ilestuh fl-inqas żmien possibbli, xahar qabel jibda s-sajf. Dan ir-riżultat inkiseb minkejja li t-triq ma ngħalqitx kompletament waqt li kienet qed tinqala’, iżda saru arranġamenti biex tibqa’ miftuħa f’direzzjoni waħda. B’hekk, ix-xogħol sar b’inqas diffikultajiet għar-residenti Żwieten u Żabbarin. Din l-arterja tintuża minn ħafna persuni li jgħixu jew jaħdmu fil-lokalitajiet tal-inħawi, fosthom Ħal Tarxien, il-Fgura, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Qasam Industrijali ta’ Bulebel u l-Kottonera. Għal ħafna snin, it-triq kienet tħalliet fi stat ħażin ħafna tant li l-wiċċ tat-triq kien sfronda, bil-konsegwenza li bdiet iżżomm l-ilma u toħloq ħafna diffikultajiet għal dawk li jkollhom bżonn jgħaddu minnha. Taħt partijiet mit-triq instabu barrieri ta’ snin ilu li meta ma baqgħux jintużaw kienu ntradmu bi skart tal-kostruzzjoni u materjal ieħor li ma kienux jifilħu biex fuqhom issir triq. Dan ir-radam issa tneħħa u floku saru sisien b’saħħithom mibnija b’madwar 1,790 blokka tal-franka u 3,000 tunnellata konkos, li flimkien jiżnu mas-6,000 tunnellata. Fl-istess ħin li kienu qed jinbnew mill-ġdid il-pedamenti tat-triq, Infrastructure Malta poġġiet 3.3 kilometri pajpijiet ġodda għas-servizzi tal-ilma, tal-elettriku, tal-Internet u t-telekomunikazzjoni, kif ukoll katusi ġodda għad-drenaġġ, biex b’hekk saħħet id-distribuzzjoni ta’ dawn is-servizzi fil-lokalitajiet tal-madwar. Biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar fit-triq, saret ukoll sistema ġdida ta’ 2.5 kilometri għall-ġbir tal-ilma tax-xita li tqabbdet ma’ ġibjun li diġà kien hemm fil-post. Fil-ġenb inbena wkoll ħajt tas-sejjieħ biex jifred it-triq mill-għelieqi li hemm biswitha. Din il-konnessjoni bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun issa tista’ titgawda wkoll għal skop ta’ rikreazzjoni billi toffri mixja għall-arja jew inkella dawra bir-rota f’ambjent tal-kampanja mill-isbaħ, u b’mod sigur, f’passaġġi għar-roti u l-mixi maqtugħin għalihom mill-karozzi. It-triq sarulha wkoll għadd ta’ waqfiet għall-karozzi tal-linja aktar siguri għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, sistema ġdida ta’ dwal fit-triq b’aktar minn 100 bozza LED, waqt li nbnew ukoll mill-ġdid il-junctions tar-roundabouts li hemm maż-żewġt itruf tat-triq f’Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun. Parti minn dan il-proġett, fis-somma ta’ €1,090,468.16 (mingħajr il-VAT), kienet finanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF), bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091. SMITHS: Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo.

Żvilupp Reġjonali – fondi utilizzati mill-Fond Ewropew

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm fondi ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, l-ammont ta’ fondi li ġew utilizzati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo huwa dak ta’ €13,658,124.08.

Ħ’Attard — Proposed junction upgrading and road widening to existing roads and construction of new schemed road

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ġodda ‘of the proposed junction upgrading and road widening to existing roads and construction of new schemed road’ għal PA/09890/17?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dokumenti mitluba qed jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lokalitajiet għal Caravans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mellieħa – Triq il-Marfa — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li parti minn Triq il-Marfa fil-Mellieħa, li għadha kif ingħatat wiċċ ġdid bit-tarmak f’Mejju li għadda, parti minnha spiċċat reġgħet inqalgħet ftit tal-jiem ilu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, madwar minn sena ilu, ivvutat “bil-qalb” kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, hekk kif ammetta l-istess interpellant f’din l-istess Kamra, fil-ġimgħat li għaddew. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa qed tieħu interess fil-ħidma ta’ din l-aġenzija, u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, bħalissa qed jiġu aġġudikata l-offerti mitfugħa fit-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fost it-toroq li jinsabu fl-aħħar fażijiet biex jinbnew mill-ġdid hemm Triq il-Marfa, bejn il-Mellieħa u l-Għadira. Għal snin twal, din it-triq tħalliet bla ebda manutenzjoni, bil-konsegwenza li fiha żviluppaw diversi ħsarat. F’din it-triq, minbarra li bniet mill-ġdid il-karreġġjata tal-karozzi, Infrastructure Malta tejbet is-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita, bniet bankini ġodda fejn qabel ma kienx hemm, u f’xi postijiet għamlet bankini aktar wiesa minn dawk eżistenti, għal aktar aċċessibilità, fost diversi xogħlijiet oħra. Fil-ġimgħat li għaddew, f’nofs din it-triq, saret ukoll waqfa għall-karozzi tal-linja b’wiċċ ta’ materjal tal-konkos reinforzat, sabiex dawn il-vetturi tqal ma jagħmlux ħsara lil wiċċ it-triq meta jieqfu biex iniżżlu jew itellgħu il-passiġġieri. B’hekk, it-triq tkun tista’ sservi aktar fit-tul. Fix-xhur li ġejjin, malli jitlestew xogħlijiet ta’ restawr tal-kmamar storiċi tal-pellegrini biswit is-Santwarju tal-Madonna li għaddej bħalissa minn entità oħra, Infrastructure Malta tkun tista’ tkompli l-bini mill-ġdid tat-tarf ta’ Triq il-Marfa, fejn jinsabu dawn l-istess kmamar. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - sinjali tal-parking

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jsiru s-sinjali tal-parking?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti minn dan l-investiment. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena. Fl-istess ħin, l-aġenzija qed tagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt, kif ukoll qed twettaq programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ ħafna toroq oħrajn li jkunu jeħtieġu li jsirilhom intervent urġenti sakemm jasal il-waqt biex dawn ukoll jinbnew mill-ġdid. Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat minn Infrastructure Malta,li fost it-toroq li sarilhom intervent simili fil-ġimgħat li għaddew kien hemm Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, waqt li hemm ippjanat li jsiru interventi oħrajn fiż-żmien li ġej. Sadattant, ix-xogħlijiet indikati biex isiru s-sinjali jinsabu fil-pjan ta’ Infrastructure Malta għall-jiem li ġejjin. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”

Dipartiment tal-Artijiet — skema ta' fidi u xiri ta' ċnus

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inizjattivi li se jittieħdu tul din is-sena mid-Dipartiment tal-Artijiet senjatament għal skemi marbuta mal-fidi jew xiri ta’ ċens?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 10226 f’Seduta 228.

Mina bejn Malta u Għawdex — fondi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9962, u ċjoè: B'referenza għall-proġett dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux maħsub li jsir minn fondi pubbliċi jew hux se jkun iffinanzjat b'mod sħiħ mill-privat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir. Fost oħrajn, tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina. Ir-riżultati ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati. Fl-istess waqt, għaddejjin ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta’ proġetti kbar bħal dan. Saru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f’Malta u Għawdex. Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha. Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett, sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post (liema sejħa qegħda fil-fażi ta’ evalwazzjoni), kif ukoll ix-xogħol ta’ tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta. Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli. Dawn l-istudji qed iqisu diversi għażliet u mudelli ta’ finanzjament li jistgħu jintużaw għall-iżvilupp, l-operat u ż-żamma tal-mina. Fost oħrajn, qed jiġi kkunsidrat il-mudell ta’ concession agreement. Aktar dettalji speċifiċi dwar dan il-proġett u l-mudell ta’ finanzjament tiegħu ikunu magħrufa wara li jiġu determinati skont l-istudji tekniċi, ekonomiċi u dawk tal-EIA, u wara li jkunu ħarġu u ġew evalwati s-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa biex titħaffer il-mina u tinbena l-infrastruttura kollha tagħha.

Mina bejn Malta u Għawdex – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9961 u ċjoè: Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'Fondi Ewropej u fi kliemu stess qal li "Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta. Ovvjament se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn il-mina ta' bejn Malta u Għawdex", jista' l-Ministru jinforma l-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir. Fost oħrajn, tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina. Ir-riżultati ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati. Fl-istess waqt, għaddejjin ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta’ proġetti kbar bħal dan. Qed isiru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f’Malta u Għawdex. Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha. Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett, sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post, kif ukoll ix-xogħol ta’ tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta. Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli. Id-diskussjoni dwar il-lista ta’ toroq arterjali li jistgħu jitranġaw b’fondi Ewropej wara l-2030 ma taffettwax ix-xogħol meħtieġ biex issir il-mina bejn Malta u Għawdex. Għalhekk, m’huwiex il-każ li x-xogħol tal-mina li se tgħaqqad Malta u Għawdex ma jistax jibda qabel is-sena 2030.

Tindif ta’ medda ta’ art — Tneħħija ta’ Nissen Huts

Question

Wara li tħabbar li l-Gvern biħsiebu jiftaħ għall-użu u t-tgawdija tal-pubbliku, medda art li tnaddfet wara t-tneħħija ta’ fabbrika tal-konkos li kienet abbundanta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jara li jitneħħew ukoll in-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit minħabba li, skont kif qal l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10408, "ma jistax jeskludi li ma hemmx asbestos fin-Nissen Huts” u dan sabiex il-pubbliku ma jiġix espost għar-riskju tal-asbestos?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif diġà ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10408, in-Nissen Huts jinsabu fuq parti mis-sit li għadu ma sar l-ebda intervent fuqha peress li wara li saret konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġie rakkomandat li tali strutturi għadhom jinżammu sakemm isiru studji ulterjuri fuqhom biex jiġi determinat il-valur arkitettoniku u/jew kulturali tagħhom. L-istudji li għad iridu jsiru għandhom jiddeterminaw ukoll jekk fin-Nissen Huts hemmx preżenza tal-allegat asbestos. Sadanittant, din il-parti tas-sit fiha tmien Nissen Huts u ġiet totalment imdawra b’ħajt tal-blokki sabiex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku u jiġi evitat kull periklu. Peress li l-pubbliku ma għandux aċċess għal dawn in-Nissen Huts, il-pubbliku mhux espost għar-riskju tal-asbestos.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10192, 10341 u 10404 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bajjiet – Concessions għal lidos u sunbeds

Question

B’referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru: a. jgħid kemm-il concession hawn u f’kemm-il bajja huma mqassma; b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f’kull concession, u kemm jammontaw is- sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f’kull bajja; u c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta’ art li huwa mgħotti b’dawn il- concessions , u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għawdex — Port tal-Imġarr – Dredging

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex il-barkun u l-makkinarju l-ieħor li kien qed jintuża fid-dredging (tindif ta' qiegħ il-baħar) ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex ma għadux hem, imma il-makkinarju qed jiġi wżat f'postijiet oħra ġewwa Malta fuq xogħol ta' Ministeru ieħor?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat dan il-proġett b’investiment ta’ €6 miljun biex ittejjeb il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, qed jinbnew mill-ġdid il-mollijiet ta’ din iż-żona biex magħhom jitwaħħlu puntuni ġodda għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port. Bl-organizzazzjoni tal-Port, ser ikunu qed jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta’ sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b’mod sikur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom. Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom. B’hekk, dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinżammu aktar indaf. Il-proġett jinkludi wkoll it-tħammil ta’ medda ta’ madwar 20,000 metru kwadru ta’ qiegħ il-baħar fejn hemm dawn il-mollijiet u puntuni. Matul is-snin f’qiegħ il-baħar f’dawn l-inħawi nġemgħu kwantitajiet kbar ta’ ħama u materjali oħra, tant li s-sajjieda ma tantx kien għadhom jistgħu jimmanuvraw il-bċejjeċ tagħhom mal-mollijiet. Il-proġett qed jitwettaq f’fażijiet differenti sabiex jiġu evitati diffikultajiet lix-xogħol tas-sajjieda u attivitàjiet marittimi oħra f’dan il-port. Fl-ewwel fażi ġie mħammel il-materjal ikkontaminat biss. Ma tkompliex isir iżjed tħammil minħabba li ma setax jitfannad iktar mal-mollijiet peress għax seta’ jirri¿ulta ta’ dannu għall-istrutturi eżistenti. Għaldaqstant, it-tieni fażi tal-proġett qed tiffoka fuq il-bini mill-ġdid tal-molljiet. Bħalissa qed jinbena mill-ġdid il-moll tan-naħa tat-tramuntana tal-Port. Dan ix-xogġol jinkludi kostruzzjoni ta’ pilastri mdeffsin f’qiegħ il-baħar (piles) biex fuqhom jinbena l-moll il-ġdid. It-tħammil f’din iż-żona tal-Port jitkompla wara li jitlesta x-xoghol fuq il-moll. Bħal f’kull każ Infrastructure Malta qed tesiġi li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħol mitlub fil-ħin u skont l-istandards stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà. B’hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet isiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà.

Raħal Ġdid – Triq iċ-Ċimiterju — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid u jista’ jindika liema parti minnha tista’ ssir? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid hija inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun. Fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid hemm ukoll Triq il-Qalb ta’ Ġesù u Triq ix-Xewk fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà huma lesti, Triq il-Ġdida li qed tinbena mill-ġdid bħalissa u Triq Sammat. Fit-tieni lista mbagħad hemm ukoll Triq il-Wied u Triq Sultana f’Raħal Ġdid.

Raħal Ġdid – Triq il-Qalb ta’ Ġesù — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Qalb ta’ Ġesù f’Raħal Ġdid? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq il-Qalb ta’ Ġesù f’Raħal Ġdid kienet inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Din it-triq hija lesta u bħala xogħlijiet fiha sar tisħiħ tas-servizzi taħt l-art u bini jew tibdil tal-bankini skont il-ħtieġa, kif ukoll tisħiħ tal-pedamenti qabel ma t-triq sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Għadu għaddej l-iċċekkjar u l-ittestjar biex jiġi żgurat li kollox sar skont kif miltub u bl-ogħla livelli ta’ kwalità kif rikjest minn Infrastructure Malta u l-kontijiet finali jinħarġu fi tmiem dan il-proċess. Fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid hemm ukoll Triq Sammat u Triq iċ-Ċimiterju fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena, Triq il-Ġdida li qed issir bħalissa u Triq ix-Xewk li wkoll hija lesta. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Raħal Ġdid - Triq il-Wied u Triq Sultana.

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ - balavostri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10303 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn il-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla għadhom ma tlestewx?

Response (BORG, IAN)

Ninsab informat li r-raġuni prinċipali li dan ix-xogħol għadu ma tlestiex hija li dan jinvolvi qtugħ ta’ ġebel ta’ qies mhux normali (kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’). Għalhekk il-qtugħ ta’ dan il-ġebel ikun ikkondizzjonat mix-xogħol tal-qtugħ tal-kantun normali li jkollha l-barriera kif ukoll mill-post fl-istess barriera fejn ikun wasal il-qtugħ, peress li dan il-ġebel ta’ daqs kbir ikun irid jinqata’ minn post li ma jħassarx wiċċ il-barriera.

Il-Gudja — Triq Castagna Filippu - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’xogħol sar u kemm effettivament intefaq fuq Triq Castagna Filippu fil-Gudja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq Filippu Castagna fil-Gudja kienet inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Din it-triq hija lesta u bħala xogħlijiet fiha sar tisħiħ tas-servizzi taħt l-art u bini jew tibdil tal-bankini skont il-ħtieġa, kif ukoll tisħiħ tal-pedamenti qabel ma t-triq sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Għadu għaddej l-iċċekkjar u l-ittestjar biex jiġi żgurat li kollox sar skont kif miltub u bl-ogħla livelli ta’ kwalità kif rikjest minn Infrastructure Malta u l-kontijiet finali jinħarġu fi tmiem dan il-proċess. Fil-lokalità tal-Gudja hemm ukoll Triq il-Lewż fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena u li qed issir bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja -Triq id-Dejqa, Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.

Dipartiment tal-Artijiet — file

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi proċessat il-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatamet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li l-file in kwestjoni, bħal numru kbir ieħor ta’ files, qiegħed jinħadem.

Il-Fgura – Triq l-Għarnuq — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq l-Għarnuq il-Fgura? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra, fosthom Triq l-Għarnuq fil-Fgura. Fil-lokalità tal-Fgura hemm ukoll Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet, Triq Buqexrem li qed tinbena mill-ġdid bħalissa kif ukoll Sqaq Rjallu u Triq is-Sur. Fit-tieni lista mbagħad hemm Triq San Xmun fil-Fgura.

Il-Fgura – Triq San Xmun — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq San Xmun il-Fgura? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra, fosthom Triq San Xmun fil-Fgura. Fil-lokalità tal-Fgura hemm ukoll Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet, Triq Buqexrem li qed tinbena mill-ġdid bħalissa kif ukoll Sqaq Rjallu u Triq is-Sur. Fit-tieni lista mbagħad hemm ukoll Triq l-Għarnuq fil-Fgura.