Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta’ stennija għal MRI bil-loppju u bla loppju, u CT scans? Jista’ jgħid ukoll kemm hi twila f’xhur l-istennija, kemm hemm pazjenti reġistrati li qed jistennew data u li ngħataw data?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista ta’ stennija għal MRI bil-loppju hemm 246 waqt li bla loppju hemm 8941. Lista ta’ stennija għal CT scans hemm 4461. L-informazzjoni teskludi scans urgenti peress li dawn jigu scanned mill-aktar fis possibli . Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru medju ta’ riferti għall-MRI riċevuti fil-ġimgħa fl-isptar Mater Dei huwa ta’ 895.
Sptar Mater Dei -Mediċini li kienu out of stock f’Settembru
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-mediċini kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei, f’Settembru 2023, kemm damu u għaliex?
Instilagel
Hypromellose eye drops
Atrovent nebs
Doxacin PO
Doxacin 4mg
Prednisolone 5mg PO
Venlaflaxin 75mg PO
Epilim syrup
Haloperidol (antipsychotic) 5mg
Stemitil
Ciprofloxaicin antibiotic 200mg/100ml
Water for irrigation 10ml
Clindamycin antibiotic PO
Mycoril clotrimazole antifungal cream
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mil-lista ta’ mediċini li semma hu, li kienu out of stock fl-Isptar Mater Dei f’Settembru 2023 kien hemm:
Prednisolone 5mg PO - Għamel qisu gimgħa fil-maħżen sakemm ingħata l-awtorazzazjoni mir-regulatorju.
Venlaflaxin 75mg PO – qisu gimgħatejn, għax il-kuntrattur qiegħed tard u hemm ordni urgenti. Mhuwiex out of stock mill-POYC minn fejn suppost jinghata.
Stemitil- L-injections ilhom neqsin għax hemm nuqqas globali imma qegħdin jingħataw anti-emetici oħra.
Ciprofloxaicin antibiotic 200mg/100ml- Hemm nuqqas globali għal dawn l-aħħar xhur. Infatti ddaħlet doza ġdida u jingħataw alternativi oħra.
Clindamycin antibiotic PO- Provizzjoni ristretta globali - Jingħata mill-POYC skont protokoll klinku u jinżamm ftit stokk fl-ispizeriji tal-isptarijiet għal każijiet li jinqalgħu.
Mycoril clotrimazole antifungal cream- Fl-aħħar gimgħa tas-Settembru.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet li qal li kellu mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan dwar Community Clinic ġewwa Ta’ Ġiorni jew fil-madwar? Jista jgħid ukoll meta ser tinfetaħ din il-Community Clinic?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nstab sit għall-klinika fil-komunità f’San Ġiljan viċin iċ-ċentru. Bħalissa qed isir il-proċess ta’ bdil fl-użu mill-PA.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10244 dwar il-ftuħ tal-Berġa f’San Pawl il-Baħar u jgħid jekk id-dokumenti tas-sejħa tal-kiri ta' sit fil-lokal li kellhom jiġu ppubblikati ġewx attwalment ippubblikati? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn id-dokumenti? Jekk le, meta hu maħsub li tiġi ppubblikata din is-sejħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għall-offerti għall-kiri ta' sit għall-Klinika fil-Komunità ta' San Pawl il-Baħar / Burmarrad / Xemxija ġiet ippubblikata diġa darbtejn u fiż-żewġ istanti ma ntefet l-ebda offerta. Is-sejħa għall-offerti ser tiġi ppubblikata għat-tielet darba nhar it-Tlieta, 19 ta’ Ottubru 2023.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10245, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ġewx konklużi t-Traffic Impact Assessment u l-Environmental Impact Assessment msemmija fit-tweġiba għall-istess mistoqsija? Jekk iva, jista' d-Deputat Prim Ministru jqiegħed kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, meta hu mistenni li dawn jiġu konklużi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Traffic Impact Assessment sar. Ġew mitluba informazzjoni u studji addizzjonali li għadhom kemm bdew minħabba li kien rikjest li l-iskola tkun bdiet biex ikunu jafu noise u pollution level.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xahar b’xahar kemm kien hemm, jekk kien hemm, każijiet ġodda ta’ COVID-19 rapportati f’Malta mill-bidu tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll fid-dawl tar-rapporti ta’ żieda fil-każijiet tal-COVID-19 f’pajjiżi oħra Ewropej, x’miżuri preventivi qed jittieħdu mill-Gvern Malti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella mehmuza tindika kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ COVID-19 rapportati f’Malta fil-perjodu li talab hu. Minn din il-ġimgħa beda l-programm ta’ tilqim mingħajr ħlas bil-booster tal-Covid 19.
XaharNumru ta’ ka¿ijiet irrappurtati ta’ COVID-19
Jannar705
Frar421
Marzu577
April504
Mejju262
Ġunju251
Lulju411
Awissu696
Settembru (sa d-19 ta’ Settembru)230
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin fiż-żona ta’ Farsina f’Ħal Qormi u l-madwar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed isir dwar ir-riħa tinten u qawwija li qed ikun hemm wara nżul ix-xemx, minħabba xi ħruq ta’ materjal? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex jiġi identifikat jekk is-sors jistax ikun ta' periklu, u jekk hu l-każ, x’inhu jsir biex tkun protetta s-saħħa tar-residenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex ser jikkonsisti s-servizz ta’ emerġenza li kien ġie ppreżentat li ser jaħdem fil-Paola Health Hub?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Hub Vincent Moran ta’ Raħal Ġdid se jkun hemm Immediate Medical Unit li se jkun manned mill-professjonisti tad-dipartiment tal-Emerġenza ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Paola Health Hub – Bżonn ta’ tobba, infermiera u allied health professionals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm bżonn ta’ tobba, infermiera u allied health professionals fil-Paola Health Hub il-ġdid u kemm minnhom diġà ġew identifikati u infurmati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-ONor. Interpellant illi t-tobba, infermiera u Allied Health Professionals, li bħalissa qed jaħdmu miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal l-Ġdid, ġew identifikati li se jimxu għaċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran fl-ewwel fażi tal- operat. Fl-istess waqt qed jiġu identifikati ir-riżorsi li hemm bżonn għas-servizzi li se jingħatgħu fil-fażijiet sussegwenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ser ikun hemm ħaddiema klerikali fil-Paola Health Hub u kemm minnhom ġew identifikati u infurmati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 18-il ħaddiem klerikali (contractuals) fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal il-Ġdid u se jiġu trasferiti għaċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali Ċensu Moran skont l-esigenzi tas-servizz. Daqt ħa jibda t-taħriġ meħtieġ lil dawn il-ħaddiema fuq għodod ġodda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8610, 9293 u 10409 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6776, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għas-sena 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qiegħed jitlob hu għadha mhux disponibbli. Dan huwa eżerċizzju li jieħu hafna ħin u jkun disponibbli bejn l-aħħar ta’ din is-sena u l-bidu tas-sena d-dieħla. Wiehed jista’ jinnota li bħalissa l-EUROSTAT qed iforni biss data dwar il-kawża tal-mewt sal-2020.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11030 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' ksur tar-regolamenti fejn laħam miġjub minn barra inbiegħ bħala prodott lokali, kif imsemmi fl-istess mistoqsija parlamentari? Kemm-il każ kien hemm fejn ttieħdu passi dwar dan l-allegat ksur minn Jannar 2023 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet instabu dawn il-każijiet u kemm għal kull lokalità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ispezzjonijiet li saru minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali minn Jannar 2023 s’issa ma nstab l-ebda laħam miġjub minn barra li kien qed jinbiegħ bħala prodott lokali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10557, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu persuni fl-Emerġenza minħabba l-użu tan-nitrous oxide matul l-2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uniku każ rigward nitrous oxide irrapurtat fl-2023 huwa marbut ma’ inċident tad-diving.
Hip replacement — Pazjenti mingħajr data għall-operazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema imma għad ma għandhomx data ta' meta ser issirilhom l-operazzjoni tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Hip replacement — Pazjenti li għandhom data għal operazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema u li għandhom data ta' meta ser issir l-operazzjoni, tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prassi ta’ dan id-dipartiment hi li l-pazjent jiġi infurmat bid-data ftit jiem qabel l-operazzjoni direttament mil-konsulent.