MICAS — Mużew tal-Arti Kontemporanja - Ftuħ ta’ esebizzjoni
Question
Jista’ l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22509, 23296 u 23870 u jgħid kemm ħallset il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) lill-artist barrani għal ftuħ ta’ esebizzjoni tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja?
Response (BONNICI, OWEN)
Qabel xejn irrid ngħid li l-eżebizzjoni ta' Joana Vasconcelos fil-MICAS, li ħabtet mal-ftuħ ta' dan l-ispazju tant sabiħ, attirat interess kbir kemm lokalment u kif ukoll internazzjonalment.
Vasconcelos hi artista ta' fama mondjali u l-preżenza artistika tagħha għamlet ħafna u ħafna ġid. Uħud mill-ogħla awtoritajiet Maltin u anke Ewropej żaru din il-wirja u kellhom kliem kbir ta' tifħir għall-isforzi li saru biex pajjiżna jitpoġġa fuq il-mappa tal-arti kontemporanja.
Persważ li ħadd mill-Oppożizzjoni ma qed jissuġġerixxi biex artisti tal-fama ta' Vasconcelos ma jkunux preżenti fit-tessut artistiku u kulturali Malti.
Intant, ninsab infurmat li l-ispejjeż in konnessjoni ma' dak li qed niġi mistoqsi dwaru kienu s-segwenti:
• Disinn, ippjanar u ġestjoni tal-proġett: €25,000.00
• Ħlas tal-artist, inklużi d-drittijiet tal-immaġni, il-preżenza tagħha u l-kontribut personali għall-inizjattivi kollha tal-midja, komunikazzjoni u promozzjonali: €100,000.00
• Produzzjoni tal-wirja: €186,545.00
• Installazzjoni ta’ xogħlijiet ta’ l-arti: €32,445.00
• Ftuħ tal-wirja: €22,235.00
• Żarmar ta’ xogħlijiet ta’ l-arti: €13,775.00
50 sena mill-kisba tar-Repubblika — Ċelebrazzjonijiet - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jagħti break down, item item, tan-nefqa kollha biex kien iċċelebrat il-50 sena mill-kisba tar-Repubblika? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux tenders għal dawn l-attivitajiet u jekk iva, meta u min kienu?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu;
(b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom?
(d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu?
(e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza?
(f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu fil-Birgu matul is-sena 2024 u kemm kien hemm viżitaturi possibbilment skont is-sess tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Heritage Malta li l-infiq fuq il-Mużew Marittimu fil-Birgu matul is-sena 2024 ammonta għal € 509,607.38, in-numru ta’ viżitaturi fil-Mużew Marittimu ammonta għal 21,744. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżamx informazzjoni dwar is-sess tal-vizitaturi.
Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju ta’ Malta Repubblika – spiża totali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju ta' Malta Repubblika? Jista’ jagħti lista sħiħa dettaljata ta’ kull spiża u lil min tħallset?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat għall-Gvern Lokali - Baġit allokat u infiq għall-PR
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tad-Dekasteru tagħha mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21390, peress li l-Orkestra Filarmonika ta' Malta hija entità tal-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid min qed jorganizza r-Rockestra li qed tiġi rreklamata għat-12 ta' April 2025? Fid-dawl li l-orkestra taqaʹ taħt il-Ministeru tiegħu, jistaʹ jgħid ukoll kemm qiegħda titħallas għal dan il-kunċert?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-organizzaturi tal-produzzjoni Rokestra huma l-Malta Community Chest Fund (MCCF). Ninsab infurmat li l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tipprovdi l-mużiċisti u s-servizzi tagħha għal din il-produzzjoni mingħajr ħlas.
Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja — Petizzjonijiet imressqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja Kap 291 matul is-sena 2024, kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti Maltin u barranin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?
B’referenza għall-PA number 01361 24 u DNO 523 24, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport arkeoloġiku li sar fuq din l-art li kienet immarkata għal żvilupp?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport arkeoloġiku kif mgħoddi lili fuq is-sit imsemmi.
Heritage Malta — Bord tad-Diretturi – Minuti tal-laqgħa
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta’ Heritage Malta li ġġib id-data 29 ta’ Settembru 2021 dwar il-ħatra ta’ persuna fil-kariga ta’ direttur għal mużew Muża?
Response (BONNICI, OWEN)
Din mhix l-ewwel darba f'dan il-Parlament u f'diversi leġislaturi li interpellant jitlob li jiġu ppubblikati minuti ta' Bord ta' xi entità.
Nirreferi għat-tweġibiet mogħtija, pereżempju, għad-domandi numru 38454 u 2682 tad-9 legislatura u 28990 tal-10 legislatura u 27970 tal-11 - il legiżlatura fejn tali talba ma ġiex akkolta.
Anke fl-ispirtu ta' din il-prassi risalenti għal diversi leġislaturi, ninsab infurmat li minuti ta’ Bord tad-Diretturi huma kunfidenzjali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-offerti Dipartimentali u l-metodi ta’ akkwist skont il-valur tal-kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Malta Eurovision ta’ din is-sena? Jista’ jippreżenta lista tal-ispejjeż, is-suppliers u l-mod kif dawn intgħażlu, jekk hux b’direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Informat li f'kull stadju l-procurement sar in adempixximent mar-regoli finanzjarji tax-xiri, senjament ma' dak li jrid l-artiklu 7(1)h ta' SL 601.03 (Public Procurement Regulations).
L-ispiża globali tal-Malta Eurovision 2024 ammontat għal Eur 119,919 maqsumin kif ġej:
Loġistika u spejjeż oħra - Eur53,319
Grant skond ir-regolamenti tal-MESC – Eur60,000
Grant għas-Semifinalisti – Eur6,600
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12034 u 18958 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?