Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Wied il-Għajn li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: PensjonijietWied il-Għajn Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja50 Pensjonijiet Kontributorji1,683 Pensjoni tar-Romol356 Pensjoni tal-Invalidità53 Total2,142

Ħal Għaxaq — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet Ħal Għaxaq Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja 20 Pensjonijiet Kontributorji 780 Pensjoni tar-Romol 228 Pensjoni tal-Invalidità 20 Total 1,048

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Uffiċċju addizzjonali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23620, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Ministru jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu, jista’ jgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nittama li l-Onor. Interpellant jifhem bid-distinzjoni li hemm bejn uffiċċju Ministerjali u uffiċċju tal-kostitwenza. L-uffiċċju li fih naqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħi huwa Palazzo Ferreria Triq ir-Repubblika, Valletta. Fuq livell distrettwali, m'għandhiex uffiċċju tal-kostitwenza.

Il-Fgura — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-Fgura li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Santa Luċija — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Santa Luċija li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Il-Gudja — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti l-Gudja li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Iż-Żejtun — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti iż-Żejtun li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Marsaxlokk — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti Marsaxlokk li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Rigali u donazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23746 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm imniżżel ir-rigali uffiċjali li ngħataw matul din is-sena u f’liema okkażjoni. L-ispiża totali kienet tlaħħaq €1,260.

Raħal Gdid — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħal Tarxien — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Shelters għal persuni bi problema ta’ droga

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11029 datata 31/10/2023, peress li x-shelters għall-persuni homeless bħalissa ma jaċċettawx persuni li huma homeless bi problema attiva ta’ sustanzi u li mhumiex lesti li jagħmlu xi tip ta’ programm ta’ riabilitazzjoni, u li ma jimmeritawx ammissjoni volontarja jew involontarja fl-Isptar Mount Carmel, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex ikun hemm shelter li jaċċetta dawn il-persuni? Jekk hemm pjanijiet għal dan, jista’ jgħid fiex waslu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mount Carmel — Persuni bi problema ta’ sustanzi jew homeless

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11029 datata 31/10/2023, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma homeless bi problema attiva ta’ sustanzi u li mhumiex lesti li jagħmlu xi tip ta’ programm ta’ riabilitazzjoni, u li ma jimmeritawx ammissjoni volontarja jew involontarja fl-Isptar Mount Carmel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema b’iktar minn impjieg wieħed part-time — Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika jew il-prassi dwar il-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) għal dawk il-persuni li ma jaħdmux full-time imma għandhom iktar minn impjieg wieħed part-time u fil-fatt ikunu qed jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa jew viċin? Jista’ jgħid ukoll x’alternattivi għandhom dawn il-persuni biex ma jispiċċawx b’pensjoni baxxa meta jirtiraw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fost diversi miżuri li ġew imnedija fl-aħħar snin, sabiex ikomplu jissaħħu il-pensjonijiet kontributorji, permezz ta’ miżura tal-Budget 2022, iddaħħal qafas leġiżlattiv fejn persuna li ma jkollhiex impjieg full-time, ingħatat id-dritt li tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fuq l-impjiegi part-time, li jkollha sa massimu ta’ 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa sabiex ma ssofrix tnaqqis fid-dritt għall-pensjoni kontributorja futura tagħha.

Persuni li twieldu qabel l-1962 – Reviżjoni tal-pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28200 u jgħid kemm għad hemm pensjonanti li twieldu qabel l-1962 li għadhom ma ħadux iż-żieda dovuta mill-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma romol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li bir-riforma li kienet saret kważi 20 sena ilu fl-2006, kien ġie deċiż. li d-dħul massimu pensjonabbli għal dawk li twieldu qabel is-sena 1962 kellu jiżdied biż-żieda tal-għoli tal-ħajja biss u d-dħul pensjonabbli massimu ta’ dawk li twieldu wara s-sena 1962, wara żieda ta’ Lm1,500 (€3,494 maqsuma fuq 3 snin bejn l-2011 u l-2013), kellu jiżdied b’dak l-ammont li jkun jikkorrispondi għal sebgħin fil-mija miż-żieda perċentwali fil-paga medja nazzjonali kif pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mwaqqaf bis-saħħa tal-artikolu 9 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta u bi tletin fil-mija tar-rata tal-inflazzjoni kif pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għas-sena kalendarja ta’ qabel. B’konsegwenza ta’ dan, tali parti tar-riforma tal-2006 ħolqot żewġ kategoriji ta’ pensjonanti. Kien għalhekk li ddaħħlu żewġ miżuri fil-Budget 2024, sabiex fl-ewwel lok il-pensjonanti kollha twieldu meta twieldu ikollhom iż-żidiet fil-pensjoni tagħhom kkalkulati fuq il-mekkaniżmu tas-70%/30% imsemmi fuq u mhux dawk li twieldu qabel l-1962 kellhom biss garanzija li jiżdiedu bil-COLA waqt li dawk li twieldu wara jiżdiedu bil-mekkaniżmu msemmi. Barra minn hekk, għal dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962, id-Dħul Pensjonabbli Massimu issa beda jiżdied b’mod aċċellerat sabiex eventwalment jilħaq id-Dħul Pensjonabbli Massimu ta’ dawk li twieldu wara l-1962. Waqt li l-ewwel miżura tolqot lill-pensjonanti kollha, din it-tieni miżura tolqot lil dawk li d-Dħul Pensjonabbli tagħhom huwa ogħla mid-Dħul Pensjonabbli Massimu, kif rivedut. Mit-tieni miżura, il-persuni li kienu eliġibbli matul is-sena 2024 kienu madwar 22,600 pensjonanti, fosthom 3,600 romol. Matul is-sena 2025 kienu eliġibbli madwar 20,000 pensjonanti, fosthom 3,000 romol. Ta’ min jgħid li aktar ma jogħla d-Dħul Pensjonabbli Massimu, jistgħu ikunu anqas il-pensjonanti li jibqgħu jibbenefikaw, jekk dan jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli tagħhom. Dan għaliex ikunu laħqu ż-żewġ terzi sħaħ li jistgħu jieħdu u jibqgħu mbagħad jiżdiedu kull sena bil-mekkaniżmu tas-70%/30% imsemmi fuq.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837, 27993, 28303, 28476 u 28707 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli, kif ukoll miżżewġin. Persuna singola, minbarra l-pensjoni, jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra. Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra, dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn. Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn. Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali. Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità. Dan kollu qed jingħad sabiex l-Interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata. Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 519 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €500 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi. Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena. Dħul kull 4 Ġimgħat Total Anqas minn Nisa Irġiel Total €500 292 227 519

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838, 27994, 28304, 28477 u 28708 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli u kif ukoll miżżewġin. Persuna singola, minbarra l-pensjoni jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra. Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra jew dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn. Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn. Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali. Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità. Dan kollu qed jingħad sabiex l-interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata. Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 735 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €600 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi. Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena. Dħul kull 4 Ġimgħat Total Anqas minn Nisa Irġiel Total €600 419 316 735

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839, 27995, 28305, 28478 u 28709 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli u kif ukoll miżżewġin. Persuna singola, minbarra l-pensjoni jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra. Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra jew dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn. Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn. Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali. Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità. Dan kollu qed jingħad sabiex l-interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata. Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 1,083 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €700 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi. Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena. Dħul kull 4 Ġimgħat Total Anqas minn Nisa Irġiel Total €700 646 437 1,083

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840, 27996, 28306, 28479 u 28710 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli u kif ukoll miżżewġin. Persuna singola, minbarra l-pensjoni jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra. Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra jew dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn. Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn. Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali. Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità. Dan kollu qed jingħad sabiex l-interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata. Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 2,686 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €800 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi. Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena. Dħul kull 4 Ġimgħat Total Anqas minn Nisa Irġiel Total €800 1,698 988 2,686

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Public Expo Village 2025 - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28672 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.