Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13623 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13461, 12946 u 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13630 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

talba għall-għoti tal-herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13033, 12805 u 11885 u jgħid kemm kien hemm talbiet għall-għoti tal-Herceptin u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13631 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Età tal-persuni li jagħmlu talba għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13032, 12804 u 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11306 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Royal College of Surgeons — studenti gradwati fil-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda (RCSI) li kellhom jiftħu ċentru f’Malta u joffru korsijiet għall-gradwati fil-mediċina f’Settembru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li r-Royal College of Surgeons in Ireland hu wieħed minn żewġ istituzzjonijiet ta’ tagħlim li wrew interess li joffru korsijiet ta’ livell universitarju fil-qasam tal-mediċina. L-istituzzjoni l-oħra hi s-St. George’s College ta’ l-Università ta’ Londra bi sħab ma’ l-Università ta’ Malta. Informa ukoll li dawn iż- żewġ istituzzjonijiet ġew mitluba jagħtu dettalji relevanti u dawn għaddew għand kumitat maħtur apposta biex jixtarr iż-żewġ sottomissjonijiet. Il-kumitat talab ukoll numru ta’ spjegazzjonijiet liż-żewġ partijiet fuq xi punti li dwarhom xtaq iżjed informazzjoni. Ġew imsejħa wkoll biex jagħtu preżentazzjoni hawn Malta qabel mal-kumitat beda d-deliberazzjonijiet tiegħu biex joħroġ rapport li fih ġabar dawk il-fatturi kollha relevanti għad-deċiżjoni. Meta tlesta, r-rapport għadda lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u deċiżjoni fuq x’inhi l-aħjar alternattiva taħt iċ-ċirkustanzi għadha trid tittieħed.
Leg 11 PQ #12579 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — responsabilitajiet tal-inkwilini

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-responsabbiltajiet li għandhom l-inkwilini tal-postijiet tal-Gvern u r-responsabbiltà li għandu l-Gvern għall-postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kuntratt tal-kirja li l-inkwilini jiffirmaw meta jiġu allokati post tal-Gvern jew ta' l-Awtorità tad-Djar. Minn-naħa l-oħra l-Awtorità tad-Djar tara li l-proprjetà mikrija minnha ma tiġix abbużata b'mod illeċitu, il-kera tkun mħallsa dejjem u puntwalment, li l-appartamenti jiġu okkupati b'mod regolari u bħala residenza ordinarja ta' l-inkwilini u kif tkun taf li hemm il-perikolu tieħu azzjoni mmedjata biex jiġi eliminat dan il-perikolu.
Leg 11 PQ #12581 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — kirjiet tal-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex vera li l-kirjiet tal-postijiet tal-Gvern (inkwilini) qed jogħlew? Kemm hu l-ogħla ammont li inkwilin ta' post tal-Gvern qed iħallas? Kemm hu l-orħos kera li qed iħallas inkwilin ta' post tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tinħadem fuq id-dħul li jkollu/hom l-inkwilini. L-għola kera kummerċjali ta' post mikri mill-Awtorità tad-Djar hu ta' €2,236.20 però l-inkwilina tħallas kera sussidjata ta' €116.47 u l-irħas kera kummerċjali ta' post mikri mill-Awtorità tad-Djar hu ta' €698.81 waqt ukoll li l-inkwilini jħallas kera ssusidjata ta' €139.76 fis-sena. Fir-rigward ta' postijiet mikrija mill-Gvern, dawn jiġu ammininstrati mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-kera titħallas hemm ukoll għalhekk din il-mistoqsija l-aħjar issir ukoll lill-Ministru konċenrat.
Leg 11 PQ #12582 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet tal-Gvern — xogħol ta' upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu nkarigat li jagħmel ix-xogħol ta' upgrading fil-parti komuni tal-binja tal-Gvern? X'inhi l-policy f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tagħmel it-tiswijiet ġenerali meħtieġa fil partijiet komuni ta’ blokki ta’ appartamenti li huma okkupati minn inkwilini konuxxuti. It-talbiet mill-inkwilini f’dan ir-rigward jiġu pproċessati skond l-urġenza u l-prijorità tal-każ partikolari.
Leg 11 PQ #13386 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żoni Industrijali — fabbriki vojta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12847, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid kemm kienu jħaddmu nies iż-żewġ fabbriki li kienu jintużaw u li fil-preżent jinsabu vojta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħti iktar informazzjoni dwar dawn il-fabbriki biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitlluba.

Salmetenol Inhaler

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12512, 12084, 11491, 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ma kien hemm ebda problema meta Salmeterol kien l-uniku prodott fis-suq bħala long acting beta2 agonist inhaler. L-kwistjoni tal-long acting beta2 agonist inhaler saret kimplessa ħafna meta d-dipartiment fetaħ l-speċifikazjoniet peress li fis-suq żdiedu numru ta' prodotti f’din il-klassi ta’ mediċinali. It-tender bl-ispeċifikazjonijiet ġodda kellu jiġi abbundunat għaliex ma kellux framework dikjarat minn qabel dwar kif tagħżel bejn prodotti differenti minn manifatturi differentli li jfornu dożi differenti lill-pazjent biex jinkiseb l-effett terapewtiku mixtieq. Informat ukoll li għaldaqstant fit-tenders ta’ wara l-ispeċifikazjonijiet reggħu inbidlu u nħarġu żewġ sejħiet separati: Sejħa A – Salmeterol għal tfal taħt it-12 –il sena: il-proċess tat- tender tat-Teżor huwa konkluż u hemm kuntratt ta’ tliet snin. Sejħa B – Salmeterol jew Formeterol għall-adulti u tfal ‘l fuq minn 12 –il sena: ebda prodott offrut f’dan it- tender tat-Teżor ma kien jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha mituba. Il-problemu kienu jew prezzjijiet għoljin ħafna jew delivery periods twal ħafna. Għalhekk fuq dan it-tender ser tinfetaħ “negotiated procedure”. Dadanittant sabiex naqdu lill-pubbliku ntalbu kwotazzjonijiet direttament mingħand il-manifatturi u l- aġenti permezz ta’ tender dipartimentali. Il -letter of acceptance għat-tender dipartimentali ser tinħareġ fil-ġranet li ġejjin.

Part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12509 u 12070 u ċioe: Peress li kienu għalqu l-applikazzjonijiet għal part-time social assistants f'Lulju li għadda, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ingaġġati dawk magħżula?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità qiegħed fil-proċess li jingaġġa dawn il-PTSAs fix-xhur li ġejjin.

Lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12670, 12506, 12077 u 11900 u jgħid x'inhi l-lista ta' stennija għad-djar tal-anzjani: a) sena b'sena skond is-sena li saret l-applikazzjoni? b) dar b'dar? ċ) bħala total?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Djar 2005 2006 2007 2008 2009 Bormla 4 26 33 45 51 Floriana 7 13 16 34 30 Gżira 2 3 6 6 14 Mellieħa - - 10 61 85 Mosta 4 13 15 29 40 Msida 13 24 42 34 52 Mtarfa 10 27 28 33 68 Żejtun 7 23 36 39 70 Total 48 129 186 281 410

mediċina Effexor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12669 u12443 u jara li l-mediċina Effexor terġa' tiġi provduta lill-pazjenti li lilhom ġiet preskritta minn konsulenti peress li dawn il-biċċa l-kbira jkunu fuq il-karta r-roża minħabba dħul baxx u dan l-antidepressant hu għoli ħafna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Mediċina Effexor li fiha l-ingredjent attiv Venlafaxine fil-fatt baqgħet tiġi ipprovduta mis-servizzi tas-Saħħa tal-Gvern iżda bħalha kapsoli minflok pilloli, b'doża għola ta' 75mg minflok ta' 37.5mg b'effett prolongat. Din il-mediċina ma tingħatax taħt is-sistema tal-kartuna r-roża.

San Vincenz de Paule u d-day centres — part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmanetari 12676 u jgħid kemm hemm part-time social assistants impjegati mad-djar tal-anzjani San Vincenz de Paule u fid-day centres? Kemm minnhom jaħdmu aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minn dawn tal-aħħar qegħdin regolarment jintalbu jaħdmu aktar sigħat b'sahra? Għaliex dawn ma jiġux impjegati full-time?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità hemm 49 PTSAs li jaħdmu fid-Djar tal-anzjani tal-Gvern, 76 PTSAs jaħdmu ġewwa d-Day Centres u 156 PTSAs jaħdmu ġewwa San Vinċenz de Paule. Minn dawn hemm 24 li regolarment jaħdmu iktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa, imma s-siegħat żejda li jinħadmu ma jitħallsux bħala sahra imma jingħatu bħala time off in lieu. L-impjieg tal-PTSAs mhuwiex fuq bażi full-time. Id-Dipartiment qed jevalwa l-possibilità li jofri dan it-tip ta' impjieg fuq bażi full-time.

informazzjoni dwar appuntamenti fl-Outpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12671 u 12444 u jgħid kemm-il persuna ngħatat appuntament l-outpatients: a) Sptar Mater Dei b) Sptar Boffa ċ) Sptar Zammit Clapp Bħala new case: f'Ġunju 2010, f'Lulju 2010, f'Awwissu 2010, f'Settembru 2010, f'Ottubru 2010, f'Novembru 2010, f'Diċembru 2010 u fis-sena 2011?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- a) Sptar Mater Dei In-numru ta’ appuntamenti new case bħala Out-patients fl-Isptar Mater Dei bejn Ġunju 2010 u Diċembru tal-istess sena jammonta għal 2,262. Ma jirrizultawx appuntamenti new case għas-sena 2011. Xahar b’ xahar, l-ammont ta’ appuntamenti huwa kif jidher hawn taħt. Ġunju 2010 585 Lulju 2010 503 Awwissu 2010 391 Settembru 2010 378 Ottubru 2010 279 Novembru 2010 111 Diċembru 2010 15 Dan ma jirreferux għan-numru ta’ persuni imma għan-numru ta’ appuntamenti, peress li l-istess persuna jista’ jkollha aktar minn appuntament new case wieħed bħala Out-patient fi klinici differenti u f’xhur differenti. Din l-informazzjoni ġiet miġbura mill- Out-patient Module tal- Patient Administration System fil- 11 ta’ Novembru 2009. Il-limitazzjonijiet ta’ din l-analizi huma dawn li ġejjin: · F’ każijiet ur ġ enti, il-pazjenti jaraw il-Konsulent mil-lum għal għada jew fl-ewwel out-patients clinic li jmiss. · Pazjenti għandhom mnejn li jkollhom appuntament ibbukjat fil-futur imma jiġu għal vizta qabel dik id-data u imbagħad ma jħassrux l-appuntament li kellhom u għalhekk jibqa’ jidher fuq is-sistema · Certu Clinics ma jużawx il- Out-patient Module biex jagħtu l-appuntamenti lil pazjenti · Il-pazjent jista’ jagħżel meta jrid l-appuntament u għalhekk dan jista’ jirrifjuta d-data li tingħatalu u jagħzel oħra aktar 'il bogħod. b) u ċ) Fl-isptarijiet Boffa u Żammit Clapp Ma jirriżultawx appuntamenti ta’ new case minn Ġunju 2010 ‘l quddiem. Iktar tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13429 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna b'diżabilità — spejjeż jew għoti ta' għajnuna għal taħriġ u korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament jew provedimenti saru mill-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin a tenur ta' l-artikolu 3 (1) tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta? X'ħallas il-Gvern għall-għoti ta' għajnuna għal taħriġ jew korsijiet lill-persuni b'diżabilità kif jipprovdi l-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13430 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin biex persuni mniżżla fir-Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità msemmi fil-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta jiġu mħassra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13431 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

investigazzjonijiet dwar reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13432 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuna b'diżabilità gravi — impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex persuna b'diżabilità gravi li mhux reġistrata kif jipprovdi l-Kap 210 tiġi impjegata?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13433 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur ta' l-Artikolu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13434 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

provedimenti dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi provedimenti ħa u għamel il-Gvern dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja a tenur ta' l-Artikolu 21 tal-Kap 210 tal-Ligijiet ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.