Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan konkret tal-Gvern, b’kronoloġija indikattiva, sabiex jinvesti fi flotta moderna, sostenibbli u effiċjenti għall-Gozo Channel?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Opportunitajiet ta’ finanzjament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzja investiment fi flotta ġdida għall-Gozo Channel?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rikbu passiġġieri minn u lejn Ta’ Qali fuq ir-rotot diretti numri 403 u 405 matul dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata, maqsuma ġurnata b’ġurnata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar ħmistax-il ġurnata qabel it-tqegħid ta’ din il-mistoqsija, ir-rotta 403 intużat minn total ta’ 801 il-passiġġier, filwaqt li r-rotta 405 intużat minn total ta’ 450 il-passiġġier.
Il-Mosta – Triq il-Missjunarji Maltin – Miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jittieħdu miżuri mill-aktar fis possibbli, bħall-installazzjoni ta' barrikati jew bollards, fi Triq il-Missjunarji Maltin fil-Mosta, fis-sit li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex il-vetturi ma jibqgħux jaqsmu bejn il-karreġġjati f’parti perikoluża, u b'hekk jitnaqqas il-periklu u r-riskju ta' inċidenti tat-traffiku gravi f'din iż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 507 u jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 507.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 495 u jgħid jekk il-Gvern għandux pjan ħolistiku biex jindirizza l-problema tal-parkeġġ madwar il-pajjiż, u jekk iva, jipprovdi dettalji dwar il-miżuri ppjanati, il-lokalitajiet prijoritarji, il-miri u t-timeline għall-implimentazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul din il-leġiżlatura, il-Ministeru qiegħed jaħdem fuq Strateġija Nazzjonali tal-Parkeġġ bħala parti mill-implimentazzjoni tal-
Malta in Motion
. Din l-istrateġija qed tiġi żviluppata fuq il-bażi tal-istudji li qed isiru mill-ARUP u ser tindirizza, fost l-oħrajn, id-domanda għall-parkeġġ. L-istrateġija ser tagħmel enfasi fuq parkeġġi fil-periferiji tal-lokalitajiet, flimkien ma' servizzi ta' trasport pubbliku ċirkolari li jiffaċilitaw l-aċċess lejn iċ-ċentri tal-lokalitajiet.
Ġestjoni u miżuri relatati mat-traffiku – Użu tal-AI
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 494 u jgħid x’inhu l-progress tal-Gvern fl-użu jew l-adattament tal-intelliġenza artifiċjali (AI), fil-ġestjoni tat-traffiku u fil-miżuri relatati mat-traffiku? Jista’ jgħid ukoll liema proġetti pilota, tenders jew sistemi diġà ġew ippjanati jew implimentati?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 494.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-moorings fil-Bajja tal-Miżieb (Mistra Bay) humiex ser ikunu parti mill-proċess ta’ riorganizzazzjoni tal-moorings li Transport Malta qed twettaq? Jekk iva, jista’ jgħid meta huwa mistenni li dan il-proċess jitwettaq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-intenzjoni tal-Awtorità hija li, eventwalment, iż-żoni kollha tal-irmiġġi amministrati minnha, inkluża l-Bajja tal-Miżieb (
Mistra Bay
), ikunu inklużi fi proċessi ta’ riorganizzazzjoni.
Tajjeb li tkun taf li r-riorganizzazzjoni ma tistax ssir fil-bajjiet kollha f’daqqa, u dan minħabba sigurtà, buon ordni u finanzi.
B’referenza għall-irbit fil-bajja ta’ Buġibba (wara l-breakwater) peress li jidher li l-irmiġġi żdiedu u mhux tnaqqsu bis-sistema ta’ poppa-pruwa, u peress li jidher li diġà tfaċċaw dgħajjes li ma kenux marbutin f’dawn l-akkwati qabel, jista’ l-Ministru jagħti l-kriterji li abbażi tagħhom tqassmu dawn l-irmiġġi ġodda u żejda, speċjalment meta numru ta’ sidien li kellhom dgħajjes irmiġġati hemmhekk għal iktar minn għoxrin sena, tilfu l-post li kellhom u ma ngħatawx alternattiva? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir dwar dawk li ntlaqtu mill-fairway u mir-riorganizzazzjoni u tilfu posthom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perimetru tal-
footprint
madwar il-moll ta’ Buġibba, fejn saret ir-riorganizzazzjoni tal-irmiġġi, senjatament fejn jopera l
-fast ferry
ma nbidilx. Madankollu, f’dak il-
footprint
kellu jittieħed spazju sabiex isiru l-
fairways
meħtieġa għall-operat tal-
fast ferry
, filwaqt li tiġi garantita s-sigurtà tan-navigazzjoni ta’ terzi. Dawk li kellhom l-irmiġġi tagħhom fil-konfini ta’ fejn ġew stabbiliti l-
fairways
ingħataw priorità fl-allokazzjoni ta’ post ta’ rmiġġ ġdid.
Għal dawk l-irmiġġi li kienu barra l-footprint fejn saret ir-riorganizzazzjoni, li kienu pożizzjonati fejn ġiet stabbilita l-
fairway
tal-
fast ferry
, u liema rmiġġi ma kienux regolari, iżda kienu ilhom tul ta’ żmien fil-post, ingħataw l-opportunità sabiex, flimkien mal-Awtorità, jidentifikaw u jaqblu fuq post fejn għandu jsir l-irmiġġ il-ġdid.
Dawk li qed isostnu li tilfu l-irmiġġi tagħhom huma ftit minn dawk li qed nirreferi għalihom fil-paragrafu preċedenti, ossia uħud minn dawk li ma kellhomx irmiġġ regolarizzat, kienu jinstabu fil-
fairway
, u rrifjutaw li jaslu mal-Awtorità sabiex jinstab post alternattiv għalihom, u dan minkejja li l-Awtorità kienet disposta li tkoprilhom l-ispejjeż ta’ tali rilokament.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Kirja tal-vapur Nikolaus – Evalwazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ammont li ntefaq sal-lum fuq il-kirja tal-vapur Nikolaus seta’ jintuża għal investiment sostanzjali fi flotta ġdida għall-Gozo Channel? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll x’inhi l-evalwazzjoni li għamel il-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li t-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel ikun miftuħ għal kompetizzjoni effettiva u ma jkunx imfassal b’tali mod li ma jirċievi l-ebda offerta konformi, bil-konsegwenza li l-Gozo Channel terġa’ tiddependi fuq il-vapur Nikolaus?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif it-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel huwa differenti mit-tenders preċedenti u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet kollha tas-sejħa għall-offerti (tender)?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-kirja tal-vapur Nikolaus, li l-Gvern beda jikri f’Ġunju tal-2019, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm hija l-ispiża totali mħallsa s’issa fir-rigward ta’ din il-kirja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 186 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti? Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tat-terminal li jservi r-rotta Għawdex–Valletta, il-canopies eżistenti ser jiġu sostitwiti, bix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Fir-rigward tat-tieni terminal li jservi r-rotta Sliema–Buġibba–Għawdex, it-tinda, il-mobile unit u l-police barriers huma ta’ natura temporanja.
Il-Belt Valletta – Ta’ Liesse – Terminal tal-passiġġieri – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 187 u 552 u jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq it-terminal tal-passiġġieri tal-fast ferry li hemm f’Ta’ Liesse fil-Belt Valletta, wara l-ħsarat li ġarrab fil-maltempata ta’ Jannar 2026? Jista’ jgħid ukoll:
(i) liema xogħlijiet fadal isiru sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
(ii) meta huwa ppjanat li jitlestew dawn ix-xogħlijiet; u
(iii) kemm hu stmat b’kollox li ser jiġi jiswa dan ix-xogħol kollu wara l-ħsarat li ġarrab dan it-terminal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kontrolli qegħdin isiru sabiex jiġi żgurat li d-dgħajjes ta’ kull tip josservaw il-limitu tal-veloċità fil-Port tal-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġu installati cameras jew mezzi oħra ta’ sorveljanza sabiex jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi f’din iż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Il-Port tal-Imġarr huwa mmonitorjat mill-Mġarr Local Port Service (Mgarr LPS), li jissorvelja t-traffiku marittimu 24 siegħa kuljum. Il-veloċità tal-bastimenti mgħammra b’Automatic Identification System (AIS) tiġi mmonitorjata permezz ta’ tagħmir apposta, filwaqt li s-sistema ta’ CCTV u s-sorveljanza diretta mill-uffiċjali jassistu fl-infurzar. Għalhekk, diġà jeżistu mezzi ta’ sorveljanza u monitoraġġ fiż-żona.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 488 u jgħid kemm hawn vetturi rreġistrati f’Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont kull kategorija ta’ vettura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta’ vetturi liċenzjati, sal-aħħar ta’ Marzu, f’Malta maqsum skont il-kategoriji.
Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 551 u jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti? Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 551.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.