Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasferiment ta' proprjetà

Question

B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-lista ta’ 15-il trasferiment ta’ proprjetà li ġew approvati mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, s’issa ġew konklużi 5 trasferimenti, li kopja tal-kuntratt finali tagħhom qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament tal-kuntratti jinsabu għand l-għaqdiet rispettivi sabiex ikunu approvati qabel ma jsir l-iffirmar tal-Kuntratt finali.

Tribunal tal-Konsumaturi — deċiżjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Konsumaturi tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tat-Tribunal tal-Konsumaturi, ilha pendenti ħdax-il xahar, għaliex is-seduta tas-smiegħ inżammet f'Marzu 2011?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li s-sentenza dwar dan il-każ għanda tingħata in difett ta’ ostakolu, f’Marzu.

xiri ta' proprjetajiet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-proprjetajiet li għandu l-gvern u li huma mikrija lil ċittadini Maltin fil-Fgura, Żejtun u Wied il-Għajn (senjatament il-housing estates) jistgħux jinxtraw mir-residenti rispettivi? Jekk iva, kif jiġi komputat il-prezz u x'inhuma l-kriterji? Kemm għandu postijiet minn dawn il-gvern fil-lokalitajiet imsemmija?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-oqsma tad-djar li hemm fil-lokalitajiet taż-Żejtun, Fgura u Wied il-Għajn, fil-parti l-kbira tagħhom huma kollha mibnija fuq art proprjetà tal-Gvern, u għaldaqstant, l-proprjetajiet li hemm mikrija jistgħu jinxtraw mir-residenti rispettivi wara li l-proprjetà tgħaddi f’idejn l-Awtorità tad-Djar. Madanakollu għad fadal partijiet żgħar li jinsabu fil-Fgura u Wied il-Għajn li huma mibnija fuq artijiet li l-akkwist tagħhom għadu mhux finalizzat u għaldaqstant il-proprjetajiet mibnija fuq dawn l-artijiet ma jistgħux jinxtraw għalissa. It-talbiet għax-xiri ta’ dawn ir-residenzi kif ukoll kif jiġi komputat il-prezz huma responsabbilità tal-Awtorità tad-Djar u għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jressaq il-kumplament tad-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appartamenti vakanti fi Block 1, Flat 1 u Block 1, Flat 2 Misraħ San Gwann, Valletta hux se jibqgħu jintużaw għal skop residenzjali?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-flat 1, Block 1, Misraħ San Ġwann, Valletta, huwa mikri u kien dejjem mikri lill-istess familja għal żmien twil. Il-flat 2, Block 1, Misraħ San Ġwann, Valletta, huwa vojt u qatt ma kien mikri għal skopijiet residenzjali. L-inkwilin ta' qabel ġie żgumbrat u bħalissa hemm kawża quddiem il-Qorti dwar dan. Għaldaqstant għadu mhux deċiż x'se jsir minn dan il-flat.

self employed u SMEs — miżuri biex titnaqqas il-burokrazija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'miżuri ħa l-gvern, partikolarment dawk leġislattivi, biex itaffi l-piż tal-burokrazija fuq (a) min hu self-employed u (b) għandu small and medium enterprises?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32185 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32153 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32153.

Trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32183 u cioè: B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32183.

Trasferiment ta' proprjetà

Question

B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — trasferiment ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull xahar fl-2011?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2011 saru 14-il Att Pubbliku dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Ghawdex. Dawn l-atti pubbliċi saru f’dawn ix-xhur, kif gej: Jannar 1 Frar 1 Marzu 1 April 0 Mejju 3 Ġunju 4 Lulju 2 Awwissu 1 Settembru 1 Ottubru 0 Novembru 0 Diċembru 0 Total 14

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Tribunal tal-konsumatur — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet li jinsabu pendenti quddiem it-tribunal tal-konsumatur, bħalissa? Kemm ilu pendenti l-iktar wieħed minn dawn il-każijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li hemm 575 każ pendenti quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur. L-aktar każ li ilu pendenti hu dak li ġie rreġistrat mat-Tribunal fis-16 ta’ Ottubru 2008 u li l-aħħar seduta tiegħu saret fil-15 ta’ Novembru 2011. Dan il-każ qiegħed għas-sentenza. Nixtieq inżid li biex kemm jista' jkun jitnaqas id-dewmiwn tal-każijiet quddiem it-Tribunal u l-konsumatur ikun mgħoqdi aħjar, ġew maħtura tliet arbitri ġodda u bħalissa hemm erba' arbitri jisimgħu l-każijiet.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kuntratti għas-servizz ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinghata f’seduta oħra.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’sdeduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Tribunal tal-Konsumaturi — deċiżjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Konsumaturi tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tat-Tribunal tal-Konsumaturi, ilha pendenti ħdax-il xahar, għaliex is-seduta tas-smiegħ inżammet f'Marzu 2011?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

proprjetajiet jew djar li huma battala

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm il-gvern għandu proprjetajiet jew djar li huma battala u li jinsabu: a) f'Wied il-Għajn b) fiż-Żejtun c) fil-Fgura? Fejn huma dawn il-proprjetajiet/djar li huma battala?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern huma battala fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Zejtun u fil-Fgura. Din il-lista ma tinkludiex proprjetajiet li qabel kienu tal-Knisja u li għaddew għand il-Gvern skont il-ftehim tal-1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede peress li preżentament id-Dipartiment m’għandux il-fakulta li jiġbor din l-informazzjoni fuq dawn il-proprjetajiet peress li l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet li qabel kienu tal-Knisja għadhom m’humiex imdaħħla fis-sistema kompjuteriżżata tal-LEMIS.

Raħal Ġdid — resdienti li jixtiequ l-kuntratt ta' akkwist

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ċara ta' meta r-residenti li joqogħdu f’dawn it-toroq ġo Raħal Ġdid cioè Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Triq l-Għaqdiet tal-Ħaddiema, Triq Fr Charles Plater u l-madwar li għandhom proprjetà tal-gvern jew darhom mibnija fuq proprjetà li originarjament kienet tal-gvern u għadhom fuq konvenju se jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt finali ta' akkwist?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li ħafna mill-artijiet li jinsabu fiż-żona msemmija mill-Onorevoli Membru kienu trasferiti lill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ Avviż Legali Numru 236/2011 wara li d-Dipartiment tal-Artijiet ħallas fl-2011 lis-sidien oriġinali tal-art in kwistjoni. Dwar il-kumplament tal-artijiet li għad fadal biex jiġu trasferiti id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern lesta l-proċess kollu biex jitrasferrixi l-proprjetà f’din iż-żona u jonqos biss li l-Awtorità tad-Djar toħroġ l-Avviż Legali għal dan it-trasferiment. Il-kuntratti finali ta’ akkwist mar-residenti ma jsirx mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern iżda jsir mill-Awtorità tad-Djar. Fil-proċess kollu biex l-art tiġi trasferita lill-Awtorità tad-Djar u r-residenti jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt finali, id-Dipartiment Proprejetà tal-Gvern matul l-2011 iddepożita f’kont bankarju l-ammont ta’ €3,304,708 sabiex is-sidien li kellhom l-art tagħhom f’din iż-żona u li kienet ġiet akkwista mill-gvern biex isir dan il-Qasam tad-Djar jiġu kkumpensati.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.