Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Gwardjani jaħdmu fil-kċina

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31000 dwar gwardjani li jaħdmu fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-Ispettur relatati mat-tmexxija tal-kċina?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Ispettur responsabbli mit-tmexxija tal-kċina ilu jokkupa din il-pożizzjoni għal dawn l-aħħar seba’ snin u għalhekk huwa meqjus bħala persuna b’esperjenza fl-immaniġjar tal-kċina.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Gabbana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gabbana li tinsab quddiem il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin taqax taħt is-sjieda (ownership) tal-istess faċilità u jekk iva, jista’ jgħid lejn xiex imur il-qligħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-gabbana li tintrama minn żmien għal żmien quddiem il-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin hija propjetà tal-istess Faċilita u l-qliegħ imur għal attivitajiet li jsiru għal ħaddiema tal-Aġenzija w anke għal priġuniera.  Infurmat ukoll li Parti mil-qliegħ jiġi mogħti bħala donazzjoni waqt inizzjattivi għal dawk inqas ixxurtjati bħall-Istrina.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W460.

Reġistru tal-qgħad - Persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad preżentement u kemm hemm persuni b’diżabilità li preżentement għandhom impjieg? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew l-opportunità ta’ xogħol dawk li għadhom ma sabux xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li skont l-aħħar ċifri ppubblikati, f’Mejju 2025, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu fl-impjieg kien ta’ 5,668.  Minnhom, 4,215 persuna kienu jaħdmu full-time filwaqt li 453 persuna kienu jaħdmu part-time. Dan b’differenza li f’Diċembru 2012, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu fl-impjieg kien ta’ 1,699.  Minnhom, 1,382 persuna kienu jaħdmu full-time filwaqt li 317 persuna kienu jaħdmu part-time. Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw għal xogħol full-time ma’ Jobsplus fl-aħħar ta’ Settembru 2025  kien ta` 194 persuna. Infurmat ukoll li fil-maġġoranza tal-persuni ż-żmien huwa ta’ anqas minn tnax -il xahar.

Korp tal-Pulizija – Dog Section – Klieb li ser jirtiraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġu rtirati klieb mid-Dog Section tal-Korp tal-Pulizija fl-2025/2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha tletin kelb operattiv, u tnejn li ġew irtirati però għadhom jieħdu ħsiebhom membri fl-istess Taqsima. Ninsab infurmat li huwa diffiċli li wieħed ibassar meta xi klieb mit-taqsima ser jiġu rtirati f’dan l-istadju, minħabba li dan jiddependi minn diversi fatturi li jinkludu kwistjonijiet ta’ saħħa, marbuta ma’ l-attività tagħhom u l-prestazzjoni waqt xogħolhom.

Ċittadinanza Maltija - Applikazzjonijiet li ġew rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għaċ-ċittadinanza Maltija naturalizzata li l-applikazzjoni tagħhom ġiet rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu ilhom hawn Malta u mil-liema pajjiżi kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 2752 persuna (756 kienu dipendenti), li l-applikazzjoni tagħhom għan-naturalizzazzjoni bħala ċittadini Maltin ġiet miċħuda.

‘I Belong Programme’ – Long-Term Residence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li applikaw għal ‘Long-Term Residence’ wara li temmew b’suċċess il-programm ‘I Belong’?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-programm ‘I Belong’ huwa wieħed mir-rekwiżiti bażiċi biex applikant japplika għal permess Long-Term Residence flok residence permit ta' sena. F’każ li applikazzjoni tiġi sottomessa u l-applikant ma jippreżentax prova ċara li jkun attenda dan il-kors u li kiseb mill-inqas 75 fil-mija tal-marki fl-eżami, tali applikazzjoni ma tiġix aċċettata. Infurmat li din is-sena huma 309.

‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ għal din is-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Green jobs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħluqa ‘green jobs’ bejn is-snin 2019 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?  Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-natura ta’ dawn l-impjiegi, jiġifieri l-okkupazzjoni jew it-titlu tax-xogħol tagħhom, u f’liema setturi speċifiċi ġew maħluqa dawn il-postijiet tax-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Okkupazzjonijiet (ISCO) ma tispeċifikax liema okkupazzjonijiet huma assoċjati max-xogħolijiet ħodor fis-setturi ekonomiċi. Fl-istess ħin hemm diskussjonijiet fuq livell internazzjonali dwar dan u Malta qed tipparteċipa.

‘I Belong Programme’ - Lista’ ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal ‘I Belong Programme’ u li ilhom fil-lista ta’ stennija skont dawn iż-żmien: ·       0 – 6 xhur; ·       7 – 12-il xahar; ·       13 – 18-il xahar; ·       19 – 24 xahar; u ·       24+ xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ċittadinanza Maltija li ġiet irtirata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati ċittadinanzi Maltin matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena, b’sena u x’kienu r-raġunijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-15 t’ Ottubru 2025 in-numru ta’ persuni li ġew ipprivati miċ-ċittadinanza Maltija kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena                                                                   Numru ta’ persuni 2020 7 2021 3 2022 0 2023 0 2024 1 2025 1

Pulizija tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pulizija tat-traffiku bħalissa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-roads policing unit fiha 65 ħaddiem/uffiċjal. Ukoll, illum hemm diversi entitajiet li jassistu f’dak li tradizzjonalment kien ix-xogħol tal-pulizija fit-toroq, fosthom Transport Malta u l-LESA.

Servizz psikoloġiku - Ħaddiema tas-CPD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz psikoloġiku għall-ħaddiema tas-CPD li jkunu raw jew esperjenzaw każ traġiku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw servizz psikoloġiku regolarment skont il-ħtieġa permezz tal-Employee Support Programme. Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw servizz psikoloġiku regolarment skont il-ħtieġa permezz tal-Employee Support Programme offrut lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.