Ksur ta’ Liġi – Distributuri taċ-ċilindri tal-gass
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx saru rapporti lill-Pulizija u lill-REWS (Regulator Energy Water Services) dwar distributuri taċ-ċilindri tal-gass li jkunu kisru l-liġi u jekk iva, x'passi ttieħdu u x'azzjoni ttieħdet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bħal ma jsir f’kull rapport li tirċievi il-Pulizija, rapporti ta’ din ix-xorta jiġu nvestigati u fejn ikun hemm ksur ta’ liġi jittieħdu dawk il-passi skond il-provedimenti tal-liġijiet relatati.
Dwar każijiet rrapurtati u passi meħuda mill-REWS (Regulator Energy Water Services) fuq l-istess suġġett, l-Onorevoli Interpellant hija mitluba tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ħabsin li kellhom sentenza ta’ ħabs oħra qabel din li qed jiskontaw issa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm detenuti fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin li kienu ġa ġew ikkundannati għal sentenza ta' ħabs għal xi reat ieħor, qabel is-sentenza ta’ ħabs li qegħdin jiskontaw bħalissa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor interpellant li preżentement fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin hemm 228 detenut li kienu ġa ġew ikkundannati għal sentenza ta' ħabs għal xi reat ieħor, qabel is-sentenza ta’ ħabs li qegħdin jiskontaw bħalissa.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni l-ħabs fuq falsifikazzjoni ta’ passaporti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni fil-ħabs li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs wara li ġew ikkundannati bir-reat ta' falsifikazzjoni ta’ passaport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor interpellant li preżentement fil-ħabs, hemm 72 persuna li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs wara li ġew ikkundannati bir-reat ta' falsifikazzjoni ta’ passaport.
Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20351, jista' l-Ministru jgħid:
a. kemm hemm persuni li bħalissa qed jiskontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempli1i tal-Kannabis;
b. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi tal-Kannabis;
c. kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkomettew att kriminali marbuta mal-użu tal-Kannabis (eż. serq); u
d. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkommettew att kriminali marbut mal-użu tal-Kannabis (eż. serq)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor interpellanta li r-records tal-Faċilità Korrettiva ta’ kordin ma jispeċifikawx it-tip ta’ droga, li d-detenuti jkunu sentenzjati dwarhom mill-Qrati tal-Ġustizzja.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellanta tirreferiha lill-Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati każijiet ta' abbuż fuq l-anzjani lill-pulizija fis-snin 2019 u 2020? X'tip ta' rapporti ġew irrapurtati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li reati kriminali, u n-natura tagħhom, fuq anzjani (60 sena ‘l fuq) huma skont hawn taħt.
Tip ta’ rapport
2019
2020
Feriti fuq il-persuni
82
78
Vjolenza domestika
145
183
Serq b’armi
4
4
Mugging
8
4
Snatch and grab
23
11
Total
262
280
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — direct orders lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li li t- tweġiba min-naħa tal- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi hija fin-negattiv.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12318, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' studju u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja u pjanti ta' dawn l-istudji biex issir it-tkabbir tal-helipad tal-Forzi Armati ta' Malta ġewwa Għawdex biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-istudju ġie konkluż u x-xogħolijiet huma mistennija jibdew fil-jiem li ġejjin.
Għawdex – AFM – rilokazzjoni tal-komponent marittimu
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn l-Forzi Armati ta’ Malta, Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Ministeru għal Għawdex għar-rilokazzjoni tal-komponent marittimu fi ħdan l-AFM ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li t-taħdidiet dwar ir-rilokazzjoni tal-komponent marittimu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta ġewwa Għawdex għadhom għaddejjin bil-għan li tinstab l-aħjar soluzzjoni.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19987, l-informazzjoni mitluba hija kemm ġew reġistrati petizzjonijiet quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet u kemm ġew deċiżi, kemm għadhom pendenti, kemm ġew milqugħa u kemm irrifjutati għas-sena li għaddiet 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
PQ 20204: Petizzjonijiet Registrati fl-2020, hekk kif processati sal-5 ta April 2021
Total
Mhux Milqugha
12,841
Milqugha
7,151
Milqugha Parzjalment
247
Ma tistax tigi Processata
1,233
Irtirata fit-tribunal
4
Decizjoni Pendenti
266
Total
21,742
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Membri tal-Monitoring Board
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17693 u jindika min huma l-membri tal-Monitoring Board tal-Ħabs ta' Kordin, kemm-il darba u fejn ltaqgħu fis-sena 2020, x'rimunerazzjoni jirċievu u x'passi ħadu sabiex jinvestigaw l-allegazzjonijiet serji li qed isiru dwar it-tmexxija tal-istess ħabs ta' Kordin ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-bord li qed jirreferi għalih iltaqa’ ħames darbiet fl-2020. Dan fid-dawl tal-pandemija li ħasdet lil pajjiżna u r-restrizzjonijiet kollha li ġabet magħha. Il-bord normalment jitlaqqa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li waqt il-bidu tal-pandemija għamel ġimgħat twal b’ numru ta’ restrizzjonijiet interni bil-għan ewlieni li jipproteġi lir-residenti tal-Faċilità.
Proċess ta’ visa għal nurses barranin li jaħdmu mas-settur privat u l-knisja
Question
Filwaqt li huwa pass tajjeb ħafna li ntlaħaq ftehim bejn il-Union tan-Nurses (MUMN) u l-Gvern biex jitħaffef il-proċess ta’ visa minn nurses barranin li japplikaw biex jaħdmu mal-Gvern, jaħsibx il-Ministru li dan il-proċess għandu jiġi estiż wkoll għan-nurses barranin li jiġu jaħdmu mas-settur privat u tal-knisja li wkoll qed jagħtu kontribut mhux żgħir fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna? Jaħsibx il-Gvern li tkun ħaġa tajba jekk il-ftehim milħuq biex jitħaffef proċess ta’ visa, working permit, permess ta’ residenza u ħlas imnaqqas jiġi estiż għan-nurses barranin kemm li jiġu biex jaħdmu mal-Gvern kif ukoll mal-knisja u mal-privat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-diskussjonijiet fuq din il-proposta mal-istakeholders prinċipali għadhom għaddejjin
Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-ħabs minħabba pussess sempliċi (għall-użu personali - 3.5gr) tal-kannabis mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-katavru tal-vittma li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie maqtul fi qtil razzista sentejn ilu, se jiġi rritornat lill-familja fil-Kosta tal-Avorju u dan fid-dawl li l-familja qed issostni li l-ġisem kellu jintbagħat f’Marzu 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ikkommetta ruħu li jħallas l-ammont sabiex l-katavru tal-vittma jiġi trasportat lura lejn pajjiżu u dan jinkludi t-trasport lejn il-post tad-difna, permessi u ħlas tal-kamra mortwarja. Il-Gvern ser ikopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tar-rappreżentant tal-familja li ser jakkumpanja l-katavru minn Malta. Il-familja ingħatat assigurazzjoni li dawn ser jitħallsu f’Marzu 2020. Minkejja diversi emails mibgħuta mill-Ministeru lir-rapreżentant tal-familja fl-aħħar sena, l-awtoritajiet għadhom bla risposta rigward data għat-trasferiment tal-katavru.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar stħarriġ li sar fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar is-servizzi li huma qed iwettqu? X’azzjoni ttieħdet wara dan l-istħarriġ biex jiġu ndirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninfroma lill-Onor Interpellant kull komunikazzjoni interna tal-Korp mal-membri tagħha ssir sabiex dejjem jitjieb is-servizz li jingħata mill-korp u sabiex il-membri tal-korp jaħdmu dejjem f'ambjent aħjar. Jintilef kull skop jekk rapporti ta' dan ix-xorta, purament intiżi sabiex jitjieb l-operat, li jispiċċaw fil-konsum pubbliku. Bħala politiċi għandna nħeġġu sabiex istituzzjonijiet bħal Pulizija, jistħarrġu u jaraw b'mod konsistenti x'hemm bżonn li jinbidel jew jissaħħaħ.
Jista’ l-Ministru jindika d-drittjiet tal-vittmi tal-kriminalità? Kemm kien hemm vittmi li talbu l-għajnuna f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern qed isaħħaħ is-servizzi lill-vittmi tal-krimintalità skont id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u fid-dawl ta' dan kollu, fi żmien qasir, se titħabbar Aġenzija ġdida li se toffri servizz ħolistiku lil dan il-vittmi.
Il-Unit għas-Sapport tal-Vittmi attwil tal-Korp tal-Pulizija kien ta' assistenza skont hawn taħt:
Jannar 2019 - Diċembru 2019 - 465 każ
Jannar 2020 - Diċembru 2020 - 464 każ
Jannar 2021 - Marzu 2021 - 183 Każ
Jista’ l-Ministru jagħti statistika li turi:
a. kemm saru reati f’Marsaskala u liema kienu l-iktar tip ta’ reati li twettqu bejn l-2017 sal-lum; u
b. kemm hemm pulizija assenjati fl-għassa ta’ Marsaskala?
Response (CAMILLERI, BYRON)
In-numru ta’ reati li seħħew f’Marsaskala u li ġew reġistrati fis-sistema tal-Pulizija mill-ewwel ta’ Jannar 2017 sa l-aħħar ta’ Frar 2021, jammontaw għal elf ħames mija u tnejn u ħamsin (1552). L-iktar tip ta’ reati li twettqu kienu reati ta’ serq, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Fl-għassa ta’ Marsaskala hemm assenjati ħmistax (15) il-uffiċjal tal-Pulizja u dawn jiġu assistiti min pulizija oħra mid-Distretti ta’ Haż-Żabbar jew Bormla, skont il-bżonn.
Tip ta’ reat
2017
2018
2019
2020
2021*
Total
Hruq
1
2
4
2
0
9
Attentat ta’ offizi
8
6
24
10
1
49
Feriti fuq persuna
19
21
15
18
2
75
Uzu ħazin ta’
computer
5
5
6
12
0
28
Reati kontra sigurta pubblika
1
0
0
0
0
1
Hsarat
92
80
98
92
14
376
Vjolenza domestika
38
66
77
76
9
266
Drogi
8
3
2
9
13
35
Falsifikazzjoni
0
1
0
1
0
2
Frodi
15
26
20
22
3
86
Immigrazzjoni
0
0
0
1
0
1
Infanticidju/abbandun ta’ tfal
0
1
0
0
0
1
Hasil ta’ flus
1
0
0
0
0
1
Pornografija
0
0
1
0
0
1
E¿erċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
2
5
9
7
1
24
Prostituzzjoni
0
0
0
0
1
1
Offizi sesswali
4
2
6
2
1
15
Serq
119
112
156
119
21
527
Theddid u vjolenza
7
10
8
11
1
37
Vjolenza fuq ufficcjal pubbliku
3
1
5
8
0
17
Total
323
341
431
390
67
1552
*sa l-aħħar ta’ Frar
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19712, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet ta’ sewqan eċċessiv fis-Central Link (ċjoè l-Bypass il-ġdida li tagħti mill-Imrieħel sa Ħ’Attard) bejn Jannar 2021 u l-15 ta’ Marzu 2021 u mhux fi Triq in-Nutar Zarb kif ġie imwieġeb?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispeed camera qegħda fi Triq in-Nutar Zarb ftit il-bogħod. Għaldaqstant ma ngħatat ebda taħrika fil-bypass li qed isemmi.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.
Persuna ssentenzjata f’Malta li serviet is-sentenza f’pajjiż ieħor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fl-aħħar ħames snin fejn persuna ssentenzjata minn Qorti f'Malta, serviet is-sentenza tagħha jew parti minnha f'xi pajjiż ieħor? Jista’ jgħid f'kull każ meta sar hekk u f’liema pajjiż ġiet skontata s-sentenza f'kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onor Interpellant li fl-aħħar ħames snin kien hemm 3 okkazzjonijiet fejn persuna ssentenzjata minn Qorti f'Malta, serviet is-sentenza tagħha jew parti minnha f'xi pajjiż ieħor
Fis-27 ta’ Ġunju 2018, persuna waħda ġiet trasferita l-Belgju
Fl-01 ta’ April 2019, persuna waħda ġiet trasferita l-Olanda
Fis-06 ta’ Ġunju 2019, persuna waħda ġiet trasferita Spanja
Immigranti li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea li jirrisjedu Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jispejga lill-Parlament kemm immigranti ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea huma reġistrati li qed jirrisjedu f’Għawdex? Jista’ jpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra fejn turi:
a) Kemm minn dawn huma rġiel, nisa u tfal;
b) L-ammont t’immigranti li qed jgħixu f’kull lokalità Għawdxija; u
c) Lista tal-pajjiżi tal-oriġni ta’ dawn l-immigranti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk huwiex qed jirreferi għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi kollha li jirrisjedu f'Għawdex jew inkella benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li huma residenti f'Għawdex.