Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Iterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Positions of Trust - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru wettaqx xi studji partikolari għal dak li jikkonċerna l-ħtieġa ta' CCTVs fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) u jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar x'kienu r-riżultati ta' dawn l-istudji? Jista' jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali għamilx talbiet biex il-Ministeru jipprovdi tali CCTVs? Jista' jgħid jekk tali CCTV cameras għandhomx bżonn ta' permessi mill-Ministeru qabel jiġu installati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fil-baġit għas-sena 2024 il-Gvern qed jerġa’ jalloka investiment qawwi fis-sigurtà, inkluż sigurtà megħjuna bit-teknoloġija. L-għażla tal-ewwel lokalitajiet imsemmija fil-baġit saret wara analiżi tal-krimini anke hekk kif provdut fil-crime reports. Minn barra hekk hemm diversi Kunsilli Lokali li investew f'mezzi teknoloġiċi, inkluż cameras sabiex jattakkaw l-abbuż wara li ħadu fondi mill-Aġenzija LESA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux sistema ċentralizzata li magħha huma mqabbda s-CCTV cameras kollha li hawn madwar Malta u Għawdex? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jipprepara biex f'Malta jkollna sistema ċentralizzata b'dan il-mod?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13381.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Maltija li mietu f’dawn l-aħħar erba’ snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Maltija li l-mewt tagħhom kienet irreġistrata mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew mar-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex fl-aħħar erba’ snin huma kif ġej:
MALTA
GĦAWDEX
TOTAL
2020
3,663
268
3,931
2021
3,680
311
3,991
2022
3,711
281
3,992
2023
2,699
215
2,914
Persuni ta’ nazzjonalità barranija reġistrati f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11659 u jelenka n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija li hawn reġistrati f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna hawn f’Malta maqsuma għal kull pajjiż u kemm huma nisa u kemm huma rġiel?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew akkużati l-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2023 l-ammont ta’ persuni mressqa huwa ta’ 184.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa mill-kariga tiegħu u safa trasferit għall-Ministeru ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Bastiment P-71 – Xogħol ta’ salvataġġ ġewwa l-Libya
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ntużax il-bastiment P-71 sabiex twassal membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) biex jagħmlu xogħol ta’ salvataġġ ġewwa l-Libya u minflok intuża l-bastiment P-61?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-missjoni ta' salvataġġ bla preċedent ġewwa Derna fil-Libja kienet waħda konġunta bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta' Malta, fejn dawn il-ħaddiema miż-żewġ korpi dixxiplinanati kienu preparati fi ftit siegħat sabiex jassistu poplu ġar tagħna f'mumenti l-aktar diffiċli, fejn Malta rrispondiet b’assistenza umanitarja mmedjata. It-tim Malti kien jinkludi 31 ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili fosthom infermiera, 12-il membru tal-Forzi Armati ta’ Malta li jinkludu tabib, infermiera u 30 suldat ieħor li jiffurmaw l-ekwipaġġ tal-offshore patrol boat. Infurmat illi l-ekwipaġġ tal-lanċa P71 fil-preżent għaddej b'taħriġ estensiv fuq l-istess lanċa.
Bastiment P-71 – Tender biex jiġi fornut id-diesel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħariġx tender biex jiġi fornut id-diesel għall-generator li qed jintuża għall-bastiment P-71 u jekk dan id-diesel li jinxtara huwiex issussidjat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li nħareġ tender u li l-ebda sussidju ma japplika f’dan it-tender.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed joffri servizzi legali lill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u x’inhuma l-kundizzjonijiet/remunerazzjoni li tingħata għall-għoti ta’ tali servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi tirċievi assistenza legali mill-Avukat tal-Istat u wkoll għandha kuntratt għal servizz legali ma’ Mifsud Advocates. Għal dan is-servizz l-Aġenzija tħallas €30.00 fis-siegħa sa massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed joffri servizzi legali lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) u x’inhuma l-kundizzjonijiet/remunerazzjoni li tingħata għall-għoti ta’ tali servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħmel użu mill-għajnuna legali provduta mill-Avukat tal-Istat.
Peress li qed jiġi rrapportat li immigranti ekonomiċi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea qed jiġu sfruttati anke minn aġenti lokali, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx min huma dawn l-aġenti? Jekk iva, se jittieħdu passi kontrihom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li kull meta aġenzija Identità tirċievi rapport sostanzjat dwar allegat abbuż, isiru l-verifiki meħtieġa u tittieħed l-azzjoni neċessarja, fil-maġġor parti bl-involviment tal-awtoritajiet pertinenti li taħt il-mandat tagħhom taqa’ l-allegazzjoni rrappurtata, bħall-Pulizija, DIER u Jobsplus.
Identity Malta – passi kontra l-isfruttament ta’ immigranti ekonomiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti u sistematiċi qed jittieħdu, anke permezz ta’ Identity Malta, biex twaqqaf li immigranti ekonomiċi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea jiġu sfruttati, anke minn aġenti lokali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ir-responsabbiltajiet tal-aġenzija Identità fid-dawl tal-immigranti ekonomiċi huma li tirregola l-Proċedura ta’ Applikazzjoni Waħda għal Permess Uniku fir-Rigward ta’ Residenza u Xogħol u Ġabra Komuni ta’ Drittijiet għal dawk il-Ħaddiema ta’ Pajjiżi Terzi li jirrisjedu Legalment f’Malta. Ir-rwol prinċipali tal-Aġenzija Identità huwa li tevalwa applikazzjonijiet sottomessi għandha, u dawn jgħaddu għal skrutinju ieħor minn entitajiet pertinenti oħra. L-aġenzija tagħmel ukoll monitoraġġ b'mod attiv fuq id-data sottomessa għal attività dubjuża fuq ix-xejriet tal-impjieg ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u ssegwi billi tirrapporta ksur ikkonfermat lill-awtoritajiet responsabbli, wara li tkun għamlet il-kontrolli meħtieġa nklużi laqgħat diretti ma' min iħaddem li jidher li qed jiksru l-liġi.
Bħala parti mid-dmirijiet ta’ konformità tagħha, l-Aġenzija Identità twettaq spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol u anke f’postijiet ta’ residenza, f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fis-Centre of Residential Restorative Services (CORRS) fl-Imtaħleb fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 24 resident f’Centre of Residential Restorative Services (CORRS).
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Nefqa fuq reklmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba fil-perjodu msemmi tikkonsisti f’€1,279.77 mill-Aġenzija Identità, €3,561.19 mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, €495 mill-Aġenzija għas-Sapport tal-Vittmi, €2,000 mill-Aġenzija Residenza Malta, €145 mill-Aġenzija LESA, €916.83 minn Riformi, €212 minn Sigurtà, €2,049.78 mill-Pulizija ta’ Malta u €601.74 mid-Direttorat għad-Drittijiet Umani.
Jista’ l-Ministru jgħid hux qed ikun hemm provvediment ta' aktar sigurtà fit-toroq kollha ġewwa l-Belt Valletta li tant jiġu ffrekwentati min-nies differenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Korp tal-Pulizija qed jibqa’ jsaħħaħ ħidmietu fil-qalba tal-komunitajiet, u dan permezz tad-distrett, il-pulizija tal-komunita’ li issa huwa mifrux mal-maġġoranza tal-pajjiż u diversi skwadri oħra fosthom ir-rapid intervention unit, f’kull lokalità f’dawn il-gżejjer, inkluż it-toroq ġewwa l-Belt Valletta. Fil-Belt Valletta u l-madwar il-Pulizija qed tieħu azzjonijiet diversi azzjonijiet primarjament b’mod pro-attiv. Żdiedet il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq tal-Belt permezz tal-Pulizija tal-Komunità, kemm dawk stazzjonati ġewwa l-Belt Valletta kif ukoll minn bosta timijiet oħra madwar Malta tal-istess sezzjoni, kif ukoll bl-għajnuna tal-Pulizija tad-Distrett tal-Belt.
Dan ix-xogħol qed tagħmlu wkoll bi sħab mal-komunità. Saru diversi laqgħat ma’ NGO’s, mal-FSWS, u kif ukoll Aġenzija Żgħażagħ, fejn flimkien ma’ dawn qed isir outreach maż- żgħażagħ bl-għan li tinbena relazzjoni ta’ rispett bejn l-entitajiet u l-pubbliku fejn b’hekk jiġu evitati ċertu inċidenti kif ukoll jekk ikun hemm xi stanzi fejn ikun se jinqala’ xi nkwiet jew vandaliżmu, tkun tista’ tinkiseb informazzjoni mill-istess żgħażagħ li tkun inbniet l-imsemmija relazzjoni. Il-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jibqa’ jaħdem id f’id mal-komunità nkluż mhux biss ma’ dawn iż-żgħażagħ iżda wkoll mal-ġenituri tagħhom jew l-adulti li jieħdu ħsiebhom.
Jista’ l-Ministru jserraħ ras il-ġenituri ta' ħafna żgħażagħ li jiffrekwentaw il-Belt Valletta speċjalment fil-weekends, wara li f'dawn l-aħħar xhur seħħew ħafna inċidenti ta' vjolenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12925.
Korp tal-Pulizija — Gender Based & Domestic Violence Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riżorsi umani fil-Gender Based & Domestic Violence Unit (GBDVU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija żdiedux? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' taħriġ qed jingħataw dawn il-ħaddiema u kemm assistew persuni minn mindu twaqqaf dan il-unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn meta twaqqfet il-Gender Based & Domestic Violence Unit (GBDVU) fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ir-riżorsi umani żdiedu konsiderevolment matul perjodu in kwistjoni u bħal dejjem dawn jiżdiedu, meta l-esiġenzi tal-korp jippermettu, biex jiġi garantit servizz aħjar għall pubbliku u tissaħħaħ l-ġlieda kontra dan ir-reat. Dawn l-uffiċċjali huma dedikati u specjaliżżati f’dan ix-xogħol, biex ikunu jistgħu jassistu lill-pubbliku meta dawn jiġu bżonn is-servizzi tagħhom. Matul dan il-perjodu n-numru ta’ persuni li ġew assistiti kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt
Sena
Irgiel assistiti
Nisa assistiti
Total
2020 (min Ottubru)
156
336
492
2021
528
1069
1597
2022
645
1213
1858
2023 (sa Settembru)
501
1017
1518
Total
1830
3635
5465
Dwar taħriġ li qed jingħataw l-uffiċċjali stazzjonati f’din it-taqsima, dan isir min persuni professjonali fil-qasam, kemm fuq livell akkademiku kif ukoll dawk bi snin ta’ esperjenza fil-ħidma tagħhom ma vittmi ta’ dan ir-reat u jkopri diversi suġġetti. It-taħriġ huwa mmirat, biex l-uffiċċjali jkunu kapaċi li jindirizzaw is-sigurtà, id-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittma u jkollhom bażi soda waqt l-investigazzjonijiet, fid-dawl tal-liġijiet relatati. Barra min dan relatat ma reati ta’ vjolenza domestika, hemm diversi linji gwida li nħarrġu mill-Pulizija u li jiġu mġedda matul iż-żmien, anke kull meta kien hemm revisjoni tal-liġijiet relatati, li bihom l-istess uffiċċjali jiġu gwidati. Ma’ dan inħareġ Standard Operating Procedures (SOPs) dwar Vjolenza Domestika li bihom il-proċessi li jimxu bihom uffiċċjli tal-Korp f’dawn il-każi, jkun konsistenti u ta’ standard komuni.