Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Konsulenti — Nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tagħha, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Tista’ tgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellha tirrispondi hi personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għat-tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula Interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna kellha l-blue badge fl-aħħar ta' Diċembru 2024 u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 12,587 persuna li kellha l-Blue Badge, kif ġej:
Ġeneru
Total
Rġiel
Nisa
X
Detenturi ta’ Blue Badge fl-aħħar tal- 2024
12,587
6,891
5,694
2
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna kellha l-EU Disability Card fl-aħħar ta' Diċembru 2024 u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 26,094 persuna li kellha l-EU Disability Card, kif ġej:
Ġeneru
Total
Rġiel
Nisa
X
Detenturi ta’ EU Disability Card fl-aħħar tal-2024
26,094
13,294
12,787
13
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis – Kannabis li qed tiġi pprovduta
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25828, 26559 u 26562 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u tagħti dettalji u tgħid minn fejn qed tiġi l-Kannabis li qed tiġi pprovduta mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Ittestjar tal-Kannabis
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25829, 26560 u 26563 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament, u tgħid hux qed isir ittestjar tal-kannabis? Jekk iva, tista’ tgħid min qed jagħmel l-eżaminazzjoni tas-sustanza u xi proċedura qed tintuża biex dawk li qed jagħmlu użu jkollhom sustanza li hija eżaminata u ċċertifikata?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25830, 26561 u 26563 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè: Fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, tista’ l-Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ħaddiema part-time
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tagħha u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time x'imkien ieħor?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed l-informazzjoni mitluba hi fit-tabella t’hawn taħt:
Entità
Numru ta’ ħaddiema li jaħdmu part-time
Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
9
Aġenzija Sapport
70
Il-Kummissjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)
7
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS)
Nil
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO)
Nil
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tagħha? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, tista’ tgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li japplika policies u miżuri nklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-Interpellenza su referita
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Persuni b'diżabilità - Impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtha? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, tista’ tgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid għal kull individwu:
i. meta ngħata l-ewwel kumpens u kemm kien;
ii. meta ser jingħata t-tieni kumpens u ta' kemm ser ikun;
iii. meta ser jingħata t-tielet kumpens u ta' kemm ser ikun?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif spjegat fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 25796 il-kumpens dovut lil kull individwu eliġibbli ser jinqasam fuq tliet snin. Għalhekk l-ammonti kif diġà preżentati fuq il-Mejda tal-Kamra huma maqsumin ugwalment fuq tlett snin bl-ewwel pagament tħallas f'Mejju/Ġunju 2024. Iż-żewġ pagamenti l-oħra jitħallsu wara sena minn kull pagament. Il-pagamenti lill-vittmi eliġibbli jinħarġu mis-sistemi tas-Servizz Pubbliku u nserrħu ras l-Interpellanta li dawn huma sistemi above board, sikuri u hemm skrutinju sħiħ warajhom sabiex jiġi effettiv kull pagament.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex hemm differenza daqstant kbira bejn dak li ġie allokat fil-baġit u dak li tqassam jew ser ikun qed jitqassam lil dawn il-vittmi?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-amministrazzjoni tajba tal-fondi pubbliċi titlob li jiġu allokati l-fondi kif meħtieġ u dak li jkun forecasted jista’ jiġi aġġustat skont ir-realtajiet hekk kif jiżviluppaw l-affarijiet – dan bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi. Għaldaqstant tajjeb li wieħed jifhem li ġaladarba l-ammont kif provdut fir-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 25796 huwa total ta’ 3 snin, (b’disbursement ta’ 33% kull sena), ma jagħmel l-ebda sens finanzjarju li l-ammont totali ta’ tliet snin jitpoġġa f’line item ta’ sena waħda biss. Għalhekk infakkar lill-Onor. Interpellanta li bħalma jsir kull sena, il-baġit allokat għal din l-iskema fl-estimi tal-baġit 2025 jirrifletti t-total ta’ kumpensi maħsuba li jitħallsu fis-sena kkonċernata.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25670 u 25885 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva rispettivament u tgħid jekk persuna li tħaddem carer magħha fil-privat (fid-dar tagħha) għandhiex benefiċċji li ma tħallasx VAT fuq il-pagament lill-istess carer?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq hospitality
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tagħha, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-line item ta' hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 25789 u tgħid kemm hemm NGOs reġistrati f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll f’liema kategorija ta' NGOs huma rreġistrati dawn l-istess NGOs maqsuma għal kull lokalità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ħaddiema full-time
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li l-kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
Mediċina Thalidomide — Kumpens għall-vittmi - Persuni li applikaw
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li applikaw għal dan il-kumpens?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox applikaw 46 persuna għal dan il-kumpens.
Mediċina Thalidomide — Kumpens għall-vittmi - Persuni mhux eleġibbli
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna applikat iżda ma kinitx eleġibbli għal dan il-kumpens? Għal kull każ, tista’ tgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn ġie deċiż li individwu ma kienx eleġibbli għall-kumpens?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox kien hemm sbatax (17)-il applikant li ma kinux eliġibbli għall-kumpens, kif spjegat hawn isfel:
Skont l-eżerċizzju ta’ screening (pre-assessment) tar-rekords mediċi li sar mill-bord indipendenti mmexxi minn esperti mediċi kif spjegat fir-risposta għall-PQ 16380, tlettax (13)-il applikant ma kwalifikawx għall-eżami mediku għaliex il-kundizzjoni medika u/jew diżabilità ma kinitx marbuta mat-teħid tal-mediċina Thalidomide waqt it-tqala.
Erba’ (4) applikanti ma kkwalifikawx għall-kumpens wara li sarilhom l-eżami mediku u li minnu ħareġ li ma kienx hemm evidenza li l-kundizzjoni / diżabilità tal-indivdwu kienet b’xi mod marbuta mat-teħid tal-mediċina Thalidomide.