Legislature:
Category:
Reset
Active:

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Passaport/Dokumenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” ġiex ippreżentat lill-awtoritajiet Maltin xi passaport, visa, permess jew dokument ieħor ta’ vjaġġar jew identifikazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x’tip ta’ dokument kien, minn liema Stat jew awtorità kien maħruġ, u jekk dan ġiex aċċettat jew irreġistrat mill-awtoritajiet Maltin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx rekord li l-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” daħal f’Malta jew ġie ppreżentat għal kontroll ta’ fruntiera f’Malta? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema data daħal, taħt liema kategorija ġie rreġistrat, u jekk ġiex ippreżentat xi dokument ta’ identifikazzjoni jew vjaġġar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

BCA – Liġi Sussidjarja 623.06 – Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1000 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 573, jista' l-Ministru jgħid il-kontravenzjonijiet imsemmija għal kemm jammontaw bħala flus, maqsuma separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-flus tħallsu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li b’kollox dawn il-kontravenzjonijiet jammontaw għat-total ta’ €808,400, u li minnhom tħallsu €642,000, kif ġej: Sena 2022: Inħarġu b’kollox €62,350 u li minnhom tħallsu €30,500 Sena 2023: Inħarġu b’kollox €190,600 u li minnhom tħallsu €170,150 Sena 2024: Inħarġu b’kollox €273,950 u li minnhom tħallsu €244,950 Sena 2025: Inħarġu b’kollox €192,750 u li minnhom tħallsu €145,000 Sena 2026: Inħarġu sa’ issa €88,750 u li minnhom tħallsu €51,400

Persuni impjegati f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 836 u 1044 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata f'Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bejn ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta` Jannar 2026 kien hemm 341,193 persuna jaħdmu f`Malta u Għawdex fuq bażi full-time u part-time bħala impjieg ewlieni tagħhom.

Bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan konkret biex issir ħidma estensiva u jkun assigurat li l-bankini kollha ta’ Malta u Għawdex ikunu jistgħu verament jintużaw minn kulħadd, inkluż dawk li għandhom diffikultajiet ta’ mobbiltà? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ dan il-pjan, inkluż il-perjodu ta’ żmien previst għall-implimentazzjoni tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Floriana – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Floriana sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’Xatt ic-Ċangatura,Triq Emvin Cremona, parti minn Triq Nazzjonali u parti minn Triq Indipendenza jikkonsistu f’ tibdil ta’ servizzi fit-triq, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda u tqegħid ta’ asfalt ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena.

Santa Venera – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Santa Venera sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Santa Venera ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq il-Ħarrub li mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjien. Ser isir ukoll xogħol ta’ major patching fi Triq Regjonali.

Il-Belt Valletta – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Belt Valletta sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jingħata wiċċ ġdid ta’ asfalt fi Triq San Bastjan, il-Belt Valletta.

Il-Ħamrun – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Ħamrun sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ħamrun ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq Mile End u Triq Schembri li mistenni jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħlijiet li ser isiru f’parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq San Ġorg Preca, parti minn Triq Joe Gasan u parti minn Triq Mountbatten jikkonsistu f’ tibdil ta’ servizzi fit-triq, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda u tqegħid ta’ asfalt ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjien.

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1130 u ċjoè; B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 840, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija għal kull proġett li għaddej bħalissa minn Infrastructure Malta, u ċjoè; sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant bil-lista ta’ toroq li bħalissa għaddej xogħol fihom: Triq Ħal Tarxien Sqaq Nru. 3, Żejtun; Triq il-Qaws, phase 2, Dingli; P/O Triq Dun Gużepp Calleja u P/O Triq San Franġisk u P/O Triq Marjanu Gerada, Tarxien; P/O Triq Misraħ Suffara, Rabat; Triq Lampat, Sta Luċija; Resurfacing works within Attard, Birkirkara & parts of Central Business District, Imrieħel; P/O Triq Dun Ġużepp Calleja u P/O Triq San Franġisk u P/O Triq Marjanu Gerada, Tarxien; Xoghol ta’ pavimentar, Mdina; Xoghol fi substation at SVPR, Ħal Luqa; Xogħol ta’ pavimentar f’ Valletta (MFT), Valletta; Triq Ball u Triq Paceville, San Ġiljan; P/O Vjal l-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali, Attard; Xogħol f’toroq rurali, Naxxar; Sqaq fi Triq Għallis, Naxxar; Triq Wied is-Sewda, Żebbug; Triq il-Madonna ta’ Lourdes, Birżebbuga; Trejqet Widnet il-Baħar, Żejtun; Sqaq il-Merħla, Żejtun; Triq Francis Falzon, Żurrieq; Triq Sant’ Anna, Floriana; Triq il-Panoramika, Siġġiewi; Triq Ħal Tarxien, Gudja u P/O Dawret il-Gudja, Gudja; Sqaq fi Trejqet il-Paċi, Żurrieq; Sqaq fi Triq Massabielle, Qrendi; P/O Triq il-Wied, Żurrieq; Triq l-Isqof Scicluna u Triq il-Wied, Qormi; Triq ix-Xagħri Mqalleb, Mqabba; Triq Wied Ganu, Żurrieq; Sqaq fi Triq Wied iż-Żurrieq, Żurrieq; Triq iċ-Ċimiterju, Għaxaq; Ta’ Qasam Barrani il-Mofra, Mellieħa; Sqaq fi Triq il-Fortizza Nru. 1, Birżebbuga; parking area over garages complex P/O Binja Qlejjgha, Triq ir-Reġimenti Maltin, Imtarfa; Triq ir-Rabat, Dingli; Triq il-Blajjiet, Marsaskala; Msida Creek Project, Msida; Triq Nikola Saure, Rabat; Fire Station building at Ecohive complex, Magħtab, Naxxar; Vjal Kulħadd, Floriana; Ġnien Paul Boffa, Paola; Triq Ġilormu Dingli, Rabat; Xatt iċ-Ċangatura u Triq Emvin Cremona, Floriana; Pjazza Tarxien, Tarxien; CSAM - Pieta works; Triq Mons Mikiel Azzopardi, Siggiewi; SCM Smart City - ring road, Kalkara; HDPE ducts at Military Chapel Mellieħa, Mellieħa; Triq Oscar Zammit, Msida; Triq John Adye, Naxxar; Triq il-Forn u Sqaq numru 1 in Triq il-Kunċizzjoni, Lija; Triq Antonio Schembri, San Ġwann; Triq Sir Anthony Mamo, San Ġwann; Triq Rgħajja, Rabat; Triq ta' Bur il-Kbir, Siġġiewi; Triq il-Freżja, Santa Luċija; Triq Nestu Laiviera, Birgu; Triq Mile End, Ħamrun; Triq Schembri, Ħamrun; Triq il-Ħarrub u P/O Triq is-Soll, Santa Venera; Triq iċ-Ċikwejra, Santa Luċija; P/O Triq l-Isqof F. Mattei, Triq Dun Bert Sant, Żejtun; Triq Dun A. Camilleri, Triq Megino u P/O Triq Psaila, Żejtun; P/O Triq Petunja, P/O Triq it-Tulipan c/w Triq Żinja, Santa Luċija; Triq Maria De Domenicis, Santa Luċija; Triq Qerd in-Naħal u Triq San Tumas, Safi; Triq Santa Katerina u Triq San Dwardu, Rabat; P/O Triq Giuseppe Stivala, P/O it-Telgha tal-Għaqba, P/O Triq Leli Falzon, Triq il-Forga, Naxxar; Trejqet il-Kjeriku Ġakbu Abela u Sqaq ta' Sejduna, Lija; Triq Lia u P/O Triq Lia, Żabbar; Triq Ivo Muscat Azzopardi, San Ġiljan; Triq il-Għajn, Swieqi; Triq il-Ktajjen, Swieqi; Triq Fra Gammari Zammit, Triq it-Torri u Triq is-16 ta' Lulju, Żurrieq; P/O Triq il-Linja, Attard; Triq Ta' Gidwet, Marsascala; Saqqajja, Rabat; Triq AM Valperga, Fgura; Triq Birżebbuga, Ħal Far; Ħal Far Motor Sport - Go karting Track and Paddock, Birżebbuga; Triq is-Sardin, Burmarrad; P/O Triq San Ġwanni Pawlu II, Burmarrad; Triq l-Arcipriet E. Mifsud, Żurrieq; Triq Gistakor, Għaxaq; Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk; Road formation and ancillary works in Ħal Far icw new emergency road for CPD access, Birżebbuga; Triq S. Cannataci, Swieqi; Triq il-Lampuka, Paola; Triq il-Baħħara, Triq Xerrik, Triq Luzzu u Triq San Piju V, Marsaxlokk; Triq Karmenu Vassallo, Iklin; Triq Clarence, Paola; Triq Sunny Aquilina, Bormla; Triq Carmelo Mifsud Bonnici, Bormla; Sqaq Baggi, Żejtun; Triq Nestu Laiviera, Birgu; P/O Triq Dun Nerik Mahoney u P/O Triq it-Tabib Gregorio Mifsud, Qrendi; Triq Huttafa, Fgura; Sqaq fi Triq Ħal Tarxien, Gudja; Triq l-Għasel, Mosta; Triq il-Masġar, Qormi (Mrieħel); P/O Triq Naggar u Triq l-Għassara, Mosta;  Embellishment Works at Mtarfa Depiro Grounds - Including Paving Works for Project Green, & Replacement of Existing Potable Mains for WSC, Imtarfa; Sqaqien Patrijiet, Zondadari, Repubblika, Rabat; Triq il-Kbira (Sqaq numru 4), Żabbar; DSA Detention Services Agency - construction of offices, Ħal Safi; SVPR - St Vincent de Paule, Ħal Luqa.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – Bypass – Rotot alternattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 993 dwar x’xogħlijiet, studji jew pjanijiet saru s’issa dwar rotot alternattivi mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar lejn il-Mellieħa, fejn ġie mwieġeb li “bħalissa, Infrastructure Malta qiegħda tivvaluta numru ta’ proposti.”, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-proposti u xi studju sar fuqhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta u l-Ministeru ser ikunu qed jagħtu aktar dettalji fil-mument opportun.

Strutturi illegali – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' strutturi li għalkemm tħallset il-multa massima, kienu għadhom illegali, irregolari jew mhux sanzjonati sal-aħħar tas-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każijiet ta’ strutturi li għalkemm tħallset il-multa massima, kienu għadhom illegali, irregolari jew mhux sanzjonati sal-aħħar tas-sena 2025, kienu erbgħa. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Birżebbuġa - Triq il-Bajja s-Sabiħa - Bankina ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ilmenti dwar id-disinn u/jew dwar ix-xogħlijiet u/jew dwar il-kwalità tal-bankina l-ġdida li saret fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa? Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 673.

Is-Swieqi u San Ġwann – Triq il-Pellikan – Qtugħ ta’ ħaxix u siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-ħaxix u s-siġar li hemm ħiereġ fi Triq il-Pellikan, bejn is-Swieqi u San Ġwann, li qed jostakola l-passaġġ u jkun ta' ħsara għal vetturi li jgħaddu minn din it-triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

BCA – Stop notices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tinfurmax lill-kunsilli lokali meta toħroġ stop notice fuq ix-xogħol, biex f’dawn il-każijiet, il-kunsill ma jispiċċax joħroġ permessi fejn mhux suppost u jsiru xogħlijiet fejn ikun hemm diġà stop notices?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ il-komunikati uffiċjali tagħha kemm lill-perit tal-proġett, kif ukoll lill-applikant. Meta l-Awtorità toħroġ avviż ta’ Stop Works, dan il-komunikat ikun ukoll disponibbli għall-pubbliku permezz tal-portal eApps, fejn jista’ jiġi aċċessat u vverifikat minn kull min ikun interessat.