Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura li tipprovdi rata preferenzjali ta’ taxxa fuq xiri u bejgħ ta’ proprjetà għal dawk kollha li rreġistraw il-konvenju tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 hux se terġa’ tiġi estiża?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-iskema għal dawk kollha li rreġistraw il-konvenju tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2021 ġiet estiża indefinitament.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 10169.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9913, jista' l-Ministru jispjega u jikkonferma jekk ħaddiema barranin li jkunu jaħdmu Malta għal żmien qasir iħallsu rata anqas ta’ taxxa? Kemm hu dan iż-żmien, u kemm hi r-rata ta’ taxxa? X’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi ma tipprovdix għal rata inqas ta’ taxxa fil-każ ta’ barranin li jkunu Malta għal żmien qasir.
Madankollu, skont numru ta’ trattati li għandna ma' diversi pajjiżi dwar ħelsien minn taxxa doppja, barrani li jaħdem Malta għal zmien qasir (ġeneralment 183 jum), ma jkunux taxxabbli hawn Malta jekk jiġu sodisfatti kundizzjonijiet provduti skont l-istess trattati.
Fid-dawl ta’ dak li qal il-Ministru dwar il-politika ekonomika tal-Gvern u ż-żieda fil-popolazzjoni, jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jattira setturi ġodda fl-ekonomija tagħna matul is-snin li ġejjin? Jista' jindika liema huma dawn is-setturi l-ġodda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi t-tweġiba lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9573, ninformah li m’hemm ebda persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta’ Mejju 2023, kemm kien hemm każijiet ġodda li daħlu fis-sena 2022 u kemm ġew deċiżi sal-aħħar tal-2022 u kemm huma l-iktar każijiet li ilhom pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Third Country Nationals reġistrati li qegħdin jaħdmu uffiċjalment f’pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2022 u kemm kien hemm li qegħdin jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 36 Third Country Nationals jirreġistraw fuq l-ewwel u tieni parti tar-reġistru sal-aħħar ta’ Diċembru 2022.
Rigward in-numru ta Third Country Nationals jaħdmu uffiċjalment f’pajjizna, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9781.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar, jekk ġewx imposti penalitajiet finanzjarji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) da parti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA)? Jekk ġew imposti xi penalitajiet, jista’ f’kull każ jgħid:
a. kemm kien l-ammont tal-penali imposti;
b. jekk deċiżjoni tal-MFSA fejn imponiet il-penali, ġietx appellata; u
ċ. jekk fil-konfront tal-istess deċiżjoni sarx rikors kostituzzjonali minħabba allegazzjoni li d-deċiżjoni meħuda kienet bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u/jew l-artikolu 6(1) tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Prim’Awla (Sede Kostituzzjonali) – kawżi pendenti kontra l-MFSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kawżi pendenti kontra l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) quddiem il-Prim’Awla (Sede Kostituzzjonali) li jitrattaw kontestazzjoni dwar l-allegat non-konformità mal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni u/jew l-Artikolu 6 tal-European Convention of Human Rights and Fundamental Freedom? Jekk hemm, jista’ jgħid liema huma u f’liema stadju tal-proċeduri waslu quddiem il-Qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Il-kawżi li hemm pendenti kontra l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (“MFSA”), u li qegħdin jinstemgħu quddiem il-Prim’Awla (Sede Kostituzzjonali) jammontaw għall-erbgħa. Dawn il-kawżi huma:
L-okkju tal-kawża
Stadju tal-proċeduri
Phoenix Payments Limited vs L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta et (272/2021)
Provi tas-soċjetà rikorrenti.
Clayton Formosa vs L-Avukat tal-Istat et (23/2023)
Provi tal-intimati.
Iosif Galea vs L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta et (49/2022)
Sentenza fuq eċċezzjoni preliminari mqajma mill-intimati.
Carmel Cortis et vs L-Onor. Prim Ministru et (21/2019)
Għas-sentenza.
Sentenzi tal-Qorti kontra penali maħruġa mill-FIAU
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9221 u tenut kont ukoll tal-fatt li fl-intervall fil-5 ta’ Ġunju 2023 ġiet mogħtija sentenza oħra tal-Prim Awla (sede Kostituzzjonali) fl-ismijiet Lombard Bank plc v Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) et fl-istess vena tas-sentenzi diġà ċitati fl-imsemmija mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn urġenti li jiġu riveduti l-liġijiet li jirregolaw l-ħidma u poteri tal-FIAU biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-FIAU tkompli timponi penalitajiet sostanzjali li probabbilment se jiġu lkoll kontestati b’suċċess quddiem il-Qrati bir-riżultat li effettivament il-FIAU tispiċċa f’qagħda li ma tistax tiżgura li jiġu mposti penalitjiet qabel ma jiġu emendati l-liġijiet applikabbli biex dawn ikunu konformi mal-interpretazzjoni tal-qrati mogħtija fil-konfront tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 9221, jien infurmat li fir-rigward tas-sentenzi tal-Prim Awla (sede Kostituzzjonali), li għalihom qed issir riferenza fil-mistoqsija, diġa ddaħħal, u fejn t-terminu tal-appell għadu ma skadiex, se jiddaħħal appell kemm mill-Avukat tal-Istat u kif ukoll mill-FIAU.
Nirrepeti li kull deċizjoni li tittieħed, tkun dejjem fl-aħjar interess tal-Pajjiz wara li nieħdu konjizzjoni tas-sentenzi finali tal-Qorti Kostituzzjonali.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – ftuħ ta’ uffiċċju f’San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu hux se tkun qed tiftaħ xi uffiċċju ġdid fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk iva, fejn se jkun qed jinfetaħ tali uffiċċju? X'servizzi se jkunu qed jingħataw minn dan l-uffiċċju? Meta se jinfetaħ? Jista’ jgħid jekk il post fejn se jinfetaħ huwiex tal-privat jew tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jew xi entita li taqa’ taħtu, mhux ser ikunu qed jiftħu ebda uffiċċju ġdid fil-lokalita ta’ San Pawl il-Baħar.
Belt Valletta – Evans Building – offerti għall-iżvilupp/privatizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk li tefgħu offerta għall-iżvilupp/privatizzazzjoni tal-Evans Building fil-Belt Valletta? Kemm kienu l-offerti mitfugħa rispettivament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Għoti ta’ kuntratti għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament kull sena minn Jannar 2019 ’il hawn? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’, jekk jogħġbu, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-Eco Tax, jiġifieri l-ħlas li kull turist irid iħallas għal kull lejl li jagħmel f’lukanda? Jista’ jgħid kemm kien id-dħul minn kemm ilha li daħlet l-Eco Tax sal-lum, sena b’sena? Kien hemm xi żieda ta’ Eco Tax minn meta din iddaħħlet? L-Eco Tax tapplika anke għal dawk il-Maltin li jqattgħu żmien f’lukandi Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-kontribuzzjoni ambjentali titħallas mit-turisti kollha li għandhom 18-il sena jew aktar irrispettivament min-nazzjonalità (inkluzi nies Maltin).
Il-kontribuzzjoni tammonta għal €0.50 għal kull persuna għal kull lejl li jqatta’ fil-G¿ejjer Maltin fi kwalunkwe tip ta’ akkomodazzjoni bħal lukandi, guesthouses, hostels, resorts, appartamenti, farmhouses, vilel, timeshare u familji ospitanti, fost oħrajn.
Il-kontribuzzjoni hija limitata għal massimu ta’ €5 għal kull waqfa kontinwa. Dan il-kalkolu kien hekk minn meta din il-kontribuzzjoni kienet introdotta u għadu hekk sal-lum
Rigward id-dħul li daħlet l-Eco Tax sal-lum, sena b’sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet mogħtija fil-PQ’s 670 u 7059.
NSO – persuni li huma mċaħħda minn affarijiet bażiċi
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jelenka l-lokalitajiet fejn jgħixu l-50,000 persuna f’pajjiżna li qed iħossuhom li huma mċaħħda minn affarijiet bażiċi, kemm bżonnijiet materjali kif ukoll dawk soċjali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NSO m’għandhiex l-informazzjoni skont il-lokalità hekk kif mitlub fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-€10,000 grant għal first-time buyers fuq medda ta’ għaxar snin tingħatax biss lil min ħa self minn bank lokali jew lil kull first-time buyer li jakkwista proprjetà ta’ valur li ma jaqbiżx il-€500,000?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt, inkluż annexes, li hemm maċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta u jgħid kemm huma l-ħlasijiet kollha li qed jingħata għal dan ir-rwol u oħrajn konnessi mal-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24130 tal-Leġiżlatura XIII.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninformah li hemm 8 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6224, il-kumplament tal-informazzjoni għad-dekasteru tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.