Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2025
Ilmenti reġistrati fis-sena 2025
Ilmenti tas-sena 2025 riżolti fis-sena 2025
Ilmenti tas-sena 2025 pendenti sal-aħħar tax-xahar
Jannar
27
0
27
Frar
15
0
42
Marzu
17
1
58
April
19
4
73
Mejju
35
14
94
Ġunju
19
10
103
Lulju
53
17
139
Awwissu
20
10
149
Settembru
18
12
155
Ottubru
50
25
180
Novembru
31
28
183
Diċembru
46
19
210
350
140
Fir-rigward tal-ilmenti riżolti fis-sena 2025, wieħed irid iżid ukoll 172 każ ieħor li kienu reġistrati fis-sena 2023 u 2024.
Dan ifisser li fis-sena 2025 ġew riżolti 312 każ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32494 u jgħid kemm hawn stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlasijiet bis-sistema tal- ‘Point-of-Sale’ (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti li ma jaċċettawx ħlas permezz ta’ sistemi point-of-sale (POS), u minflok jiddependu biss fuq metodi oħra ta’ ħlas, bħall-flus kontanti, ivarja b’mod sinifikanti skont l-industrija u n-natura tal-attività. Aktar dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta’ pajjiżna matul is-sena 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Dejn tal-Gvern Ċentrali (bażi ta’ flus kontanti) għas-sena 2025, maqsum xahar b’xahar
Jannar
€10,562,535
Frar
€10,935,235
Marzu
€10,794,073
April
€10,835,142
Mejju
€10,884,347
Ġunju
€10,992,733
Lulju
€11,162,378
Awissu
€11,138,181
Settembru
€11,110,165
Ottubru
€11,185,064
Novembru
€11,361,905
Diċembru
-
Il-figuri huma ppreżentati f’eluf ta’ Ewro u jaqblu mal-istqarrijiet tal-NSO ‘Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern, li tiġi ppublikata kull xahar.
Il-figura ta’ Diċembru 2025 għadha mhix disponibbli
Sors: Bank Ċentrali u d-Dipartiment tat-Teżor
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta’ pajjiżna, xahar b’xahar, matul is-sena 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Bilanċ fiskali (bażi ta’ flus kontanti) tal-Fond Konsolidat, xahar b’xahar ghall-2025
Jannar
-185.7m
Frar
+90.6m
Marzu
-145.4m
April
-21.0m
Mejju
+115.4m
Gunju
-311.4m
Lulju
-60.5m
Awissu
+314.6m
Settembru
-49.7m
Ottubru
-120.7m
Novembru
-100.4m
Diċembru
-
Il-figuri huma ppreżentati f’miljuni ta’ Ewro u s-sinjal + (surplus) / - (defiċit).
Il-figura ta’ Diċembru 2025 għadha mhix disponibbli.
Sors: Uffiċju Nazzjonali ta l-Istatistika
KM Malta Airlines - Statutory Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32722
u 32834
u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32480, jista’ l-Ministru jispjega għaliex mhux qed issir referenza għall-artikolu 182(3) tal-Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta ai termini ta’ liema “Meta l-ewwel żmien tal-kontijiet tal-kumpanija jkun żmien ta’ iktar minn tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha, iż-żmien li xort’oħra jkun permess għat-tqegħid quddiem il-kumpanija u l-approvazzjoni f’laqgħa ġenerali ta’ kontijiet annwali jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li bihom iż-żmien tal-kontijiet rilevanti jkun itwal minn tnax-il xahar.” ? Jista’ l-Ministru jikkonferma li in vista ta’ dan l-artikolu tal-liġi li japplika fiċ-ċirkostanzi tal-Każ tal-KM Malta Airlines Plc, l-iStatutory Financial Statements kellhom jiġu approvati sal-31 ta’ Awwissu 2025 u sottomessi lill-Malta Business Registry sat-12 ta’ Ottubru 2025, liema perjodu fil-fatt skada u mhux kif erroneament indikat fl-istess tweġiba?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Operaturi ta’ ristoranti - Income tax/corporate tax miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31827, 32163
u 32840
u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax fis-snin 2023 u 2024 minn operaturi ta’ ristoranti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Operaturi ta’ Lukandi - Income tax/corporate tax miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31828, 32162
u 32841
u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax minn operaturi ta’ lukandi fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika n-nazzjonalità tal-persuni barranin li applikaw għall-permess tal-Acquisition of Immovable Property (AIP) u ottjenew tali permess?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-konvenji reġistrati bejn l-2020 u l-2025 ġew ikkanċellati u kemm kien il-valur tagħhom fis-sena rispettiva tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-konvenji reġistrati bejn l-2020 u l-2025 li ġew ikkanċellati u l-valur tagħhom fis-sena rispettiva hu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
SENA
VALUR
GĦADD TA’ POSs
2020
€353,703,984.58
1,332
2021
€563,508,436.30
1,565
2022
€452,125,407.50
1,242
2023
€435,827,645.16
1,236
2024
€340,003,242.57
940
2025
€143,320,846.11
364
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32757 u 33050 u jgħid kemm intefqu flus fuq sigurtà tas-Selmun Palace Hotel? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallset il-kumpanija Air Malta, meta din ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda msemmija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-24 ta’ April 2016 sal-24 t’April 2025, intefqu €1,399,193.59 (eskluż il-VAT), fuq is-sigurtà tas-Selmun Palace Hotel, il-Palazz ta’ Selmun u l-artijiet tiegħu. Dan kien fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.
Il-kumpanija Air Malta ħadet kumpens ta’ €10,910,000 meta ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda msemmija.
Ta’ Qali - Picnic Area - Xogħlijiet - Direct order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk approvax id-direct order biex iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali nksiet bir-ramel u ż-żrar, u jgħid x’kienet il-ġustifikazzjoni provduta biex saret it-talba għal direct order?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Proprjetajiet - Spezzjonijiet għal under declaration
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32888 u jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq proprjetajiet li nxtraw biex jaraw li ma kienx hemm under declaration mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm persuni li nstabu li kellhom under declaration u li ma jirriflettix il-piż attwali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid ukoll kemm inġabru taxxi b’dan il-mod matul l-istess perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32823 u 33121 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’:
i. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ii. ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
iii. ċittadini Maltin,
separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed?
Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa:
i. 0% taxxa;
ii. 15% taxxa;
iii. 25% taxxa u
iv. 35% taxxa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinħadem.
Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32822 u 33120 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej:
i. ċittadini Maltin;
ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u
iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)?
Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinħadem.